Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema tat-28 ta' Lulju 2006

1 ta' Awissu 2006

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-28 ta’ Lulju 2006, it-tnaqqis ta’ EUR 16 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.5 biljun għal EUR 152 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema tat-titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 1.6 biljun għal-EUR 87.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.2 biljun għal EUR 588.4 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 7.2 biljun għal EUR 86.8 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 2.8 biljun għal EUR 458 biljun. Nhar it-Tlieta, 25 ta’ Lulju 2006, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 335 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 338 biljun. Nhar il-Ħamis, 27 ta’ Lulju 2006, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 40 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 40 biljun.

Ir-rikors kemm għall-faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kif ukoll għall-faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.3 biljun u EUR 0.1 biljun rispettivament fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 6 biljun għal EUR 162.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 175,135 −16
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 142,730 −1,043
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 12,668 −168
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
130,062 −875
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 24,716 −120
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 13,186 279
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 13,186 279
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 458,045 2,780
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 338,001 3,000
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 120,002 2
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 41 −221
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 1 −1
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,085 −309
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 87,113 −1,555
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 40,050 1
9 Assi oħra 181,225 3,114
Assi Totali 1,128,285 3,131
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 588,442 2,234
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 162,259 −6,076
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 162,247 −6,026
2.2 Faċilità ta’ depożitu 12 −47
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 0 −3
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 90 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 94,787 7,256
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 86,830 7,216
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,957 40
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,420 77
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 118 0
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 9,615 −672
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 9,615 −672
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,692 0
10 Passiv ieħor 66,970 311
11 Kont tar-rivalutazzjoni 121,984 0
12 Kapitali u riżervi 62,908 1
Total tal-passiv 1,128,285 3,131
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja