Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport Finanzjarju Konsolidat ta' L-Eurosistema tas-16 ta' Diċembru 2005

20 ta' Diċembru 2005

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fis-16 ta’ Diċembru 2005, it-tnaqqis ta’ EUR 115 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema fi flus barranin (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv barra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.5 biljun għal EUR 164.6 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema tat-titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 0.4 biljun għal-EUR 93.9 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 4 biljun għal EUR 558.6 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 34.3 biljun għal EUR 34.5 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv barra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 25.1 biljun għal EUR 398.4 biljun. Nhar l-Erbgħa, 14 ta’ Diċembru 2005, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  333.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 308.5 biljun.

Ir-rikors għall-faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel), filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 4.2 biljun għal EUR 158.3 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 148,298 −115
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 156,711 −627
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 19,580 542
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
137,131 −1,169
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 22,606 1,080
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 9,456 464
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 9,456 464
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 398,516 −24,989
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 308,500 −25,000
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 90,000 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 0 −2
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 16 13
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,203 112
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 93,859 −389
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 40,662 −102
9 Assi oħra 143,632 −285
Assi Totali 1,016,943 −24,851
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 558,596 3,993
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 158,390 4,311
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 158,283 4,236
2.2 Faċilità ta’ depożitu 107 75
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 0 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 219 −51
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 42,389 −34,158
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 34,512 −34,342
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,877 184
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 12,065 −8
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 410 −7
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 8,441 −38
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,441 −38
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,885 0
10 Passiv ieħor 68,373 1,104
11 Kont tar-rivalutazzjoni 103,749 0
12 Kapitali u riżervi 58,426 3
Total tal-passiv 1,016,943 −24,851
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja