Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
  • STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjonijiet tal-politika monetarja

6 ta’ Ġunju 2019

Aġġornata biex temenda t-traduzzjoni

Fil-laqgħa tal-lum, li saret f’Vilnius, il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ħa dawn id-deċiżjonijiet tal-politika monetarja li ġejjin:

(1) Ir-rata tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament u r-rati tal-imgħax fuq il-faċilità tas-self marġinali u l-faċilità ta’ depożitu ser jibqgħu l-istess jiġifieri 0.00%, 0.25% u -0.40% rispettivament. Il-Kunsill Governattiv issa jistenna li r-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE jibqgħu fil-livelli attwali tagħhom tal-inqas sal-ewwel nofs tal-2020, u fi kwalunkwe każ sakemm ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-konverġenza sostnuta tal-inflazzjoni sal-livelli li huma taħt, imma qrib it-2% matul perijodu ta’ żmien medju.

(2) Il-Kunsill Governattiv fiħsiebu jkompi jinvesti mill-ġdid, kollha kemm huma, il-pagamenti ewlenin mit-titoli li jimmaturaw mixtrija taħt il-programm tax-xiri ta’ assi għall-perijodu estiż ta’ żmien wara d-data meta jibda jgħolli r-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE, u fi kwalunkwe każ sakemm ikun meħtieġ sabiex jinżammu kundizzjonijiet ta’ likwidità favorevoli u grad wiesa’ ta’ akkomodament monetarju.

(3) Fir-rigward tal-modalitajiet tas-sensiela l-ġdida ta’ operazzjonijiet immirati ta’ rifinanzjament trimestrali fuq perijodi ta’ żmien itwal (TLTRO III), il-Kunsill Governattiv ddeċieda li r-rata tal-imgħax f’kull operazzjoni se tiġi ffissata f’livell li huwa 10 punti bażi ‘l fuq mir-rata medja applikata fl-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema matul il-ħajja tat-TLTRO rispettiv. Għall-banek li s-self nett eliġibbli jaqbeż punt ta’ riferiment, ir-rata applikata fit-TLTRO III se tkun iktar baxxa u tista’ tkun baxxa daqs ir-rata tal-imgħax medja fuq il-faċilità ta’ depożitu eżistenti matul il-ħajja tal-operazzjoni magħduda 10 punti bażi.

Il-President tal-BĊE ser jikkummenta fuq il-kunsiderazzjonijiet wara dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza stampa li tibda llum fis-14:30 CET.

Għall-kliem eżatt miftiehem mill-Kunsill Governattiv, jekk jogħġbok ara l-verżjoni bl-Ingliż.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja