Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjonijiet tal-Politika Monetarja

4 ta' Settembru 2014

Fil-laqgħa tal-lum il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ħa dawn id-deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja:

  1. Ir-rata tal-imgħax tal-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema se tonqos b’10 punti bażi għal 0.05% mill-operazzjoni li għandha tiġi konkluża fl-10 ta' Settembru 2014.
  2. Ir-rata tal-imgħax tal-faċilità tas-self marġinali se tonqos b’10 punti bażi għal 0.30% b’seħħ mill-10 ta' Settembru 2014.
  3. Ir-rata tal-imgħax tal-faċilità tad-depożitu se tonqos b’10 punti bażi għal -0.20% b’seħħ mill-10 ta' Settembru 2014.

Il-President tal-BĊE se jagħti l-fehmiet tiegħu dwar ir-raġunijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza stampa li għandha tibda fis-2.30 p.m. CET illum.

Għall-kliem eżatt miftiehem mill-Kunsill Governattiv, jekk jogħġbok ara l-verżjoni bl-Ingliż.

Għall-kliem eżatt miftiehem mill-Kunsill Governattiv, jekk jogħġbok ara l-verżjoni bl-Ingliż.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja