Deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja
Waqt il-laqgħa tal-lum, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ħa d-deċiżjonijiet li ġejjin dwar il-politika monetarja:
- Ir-rata tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema se tonqos b’25 punt bażi għal 1.00% b’seħħ mill-operazzjoni li għandha tiġi regolata fit-13 ta’ Mejju 2009.
- Ir-rata tal-imgħax fuq il-faċilità tas-self marġinali se tonqos b’50 punt bażi għal 1.75% b’seħħ mit-13 ta’ Mejju 2009.
- Ir-rata tal-imgħax fuq il-faċilità tad-depożitu se tibqa kif kienet, jiġifieri 0.25%.
Il-President tal-BĊE se jagħti l-kummenti tiegħu dwar ir-raġunijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza għall-istampa li tibda llum fis-2.30 p.m. CET.
Għall-kliem eżatt miftiehem mill-Kunsill Governattiv, jekk jogħġbok ara l-verżjoni bl-Ingliż.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja