EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32015D0046
Decision (EU) 2016/187 of the European Central Bank of 11 December 2015 amending Decision ECB/2013/1 laying down the framework for a public key infrastructure for the European System of Central Banks (ECB/2015/46)
Deċiżjoni (UE) 2016/187 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/1 li tistabbilixxi l-qafas għall-infrastruttura taċ-ċavetta pubblika għas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (BĊE/2015/46)
Deċiżjoni (UE) 2016/187 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/1 li tistabbilixxi l-qafas għall-infrastruttura taċ-ċavetta pubblika għas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (BĊE/2015/46)
ĠU L 37, 12.2.2016, p. 100–103
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Fis-seħħ
12.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 37/100 |
DEĊIŻJONI (UE) 2016/187 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-11 ta' Diċembru 2015
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/1 li tistabbilixxi l-qafas għall-infrastruttura taċ-ċavetta pubblika għas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (BĊE/2015/46)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 127 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-iStatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 12.1 flimkien mal-Artikolu 3.1, l-Artikolu 5, l-Artikolu 12.3 u l-Artikoli 16 sa 24 u 34 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) ħassar id-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (2) b'effett mill-1 ta' Lulju 2016. Għalhekk, huwa xieraq li ssir referenza għar-Regolament (UE) Nru 910/2014 fid-Deċiżjoni BĊE/2013/1 (3). |
(2) |
L-informazzjoni dwar l-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI, inklużi l-identità u l-komponenti tekniċi tagħha, kif stipulat fl-Anness għad-Deċiżjoni BĊE/2013/1, għandha tiġi aġġornata. |
(3) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni BĊE/2013/1 għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
Id-Deċizjoni BĊE/2013/1 hija emendata kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 1, il-punt 10 huwa mibdul b'dan li ġej:
|
2. |
fl-Artikolu 4, il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b'dan li ġej: “4. L-istqarrija tal-prattika ta' ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI hija ġabra ta' regoli li jirregolaw iċ-ċiklu tal-ħajja taċ-ċertifikati elettroniċi, mit-talba inizjali sat-tmiem jew ir-revoka tal-abbonament, kif ukoll ir-relazzjonijiet bejn l-applikant taċ-ċertifikat jew l-abbonat, l-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI u l-partijiet dipendenti. Din tkopri ċertifikati li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 1999/93/KE u r-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) u ċertifikati li jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom. Tistabbilixxi wkoll l-irwoli u r-responsabbiltajiet tal-partijiet kollha u tistabbilixxi l-proċeduri dwar il-ħruġ u l-ġestjoni taċ-ċertifikati. Hija annessa mal-Ftehim tal-Livell 2 — Livell 3. (*) Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Diretiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).”;" |
3. |
fl-Artikolu 10, id-dikjarazzjoni introduttorja u l-punt (a) tal-paragrafu 1 huma ssostitwiti b'dan li ġej: “1. Ħlief jekk iġibu prova li ma aġixxewx b'negliġenza, il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom ikunu responsabbli skont il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom fis-SEBĊ-PKI għal kwalunkwe ħsara kkawżata lil utent li jiddependi b'mod raġonevoli fuq ċertifikat ikkwalifikat, kif iddefinit fid-Direttiva 1999/93/KE u r-Regolament (UE) Nru 910/2014, fir-rigward ta':
|
4. |
l-Anness huwa ssostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni; |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tieghu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, 11 ta' Diċembru 2015.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li tħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
(2) Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi (ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12).
(3) Deċiżjoni BĊE/2013/1 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta' Jannar 2013 li tistabbilixxi l-qafas għall-infrastruttura taċ-ċavetta pubblika għas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (ĠU L 74, 16.3.2013, p. 30).
ANNESS
“ANNESS
Informazzjoni dwar l-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI, inkluża l-identità tagħha, u l-komponenti tekniċi tagħha
L-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI hija identifikata fiċ-ċertifikat tagħha bħala l-emittent u ċ-ċavetta privata tagħha tintuża biex tiffirma ċ-ċertifikati. L-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI hija inkarigata mill-:
(i) |
ħruġ ta' ċertifikati ta' ċwievet privati u pubbliċi; |
(ii) |
ħruġ ta' listi ta' revoka; |
(iii) |
l-iġġenerar ta' pari ta' ċwievet assoċjati ma' ċertifikati speċifiċi, eż. dawk li jeħtieġu l-irkupru ta' ċavetta; |
(iv) |
iż-żamma tar-responsabbiltà ġenerali għas-SEBĊ-PKI u l-iżgurar li r-rekwiżiti kollha meħtieġa għat-tħaddim tagħha jkunu sodisfatti. |
L-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI tinkludi kull individwu, politika, proċedura u sistema tal-kompjuter fdati bil-ħruġ ta' ċertifikati elettroniċi u tassenjahom lill-abbonati taċ-ċertifikat.
L-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI tinkludi żewġ komponenti tekniċi:
— |
L-awtorità għerq għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI: Din l-awtorità ta' ċertifikazzjoni, fl-ewwel livell, toħroġ biss ċertifikati għaliha nfisha u l-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni subordinati tagħha. Din tkun operattiva biss meta twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha stess iddefiniti b'mod ristrett. Id-dejta l-aktar sinifikanti tagħha huma:
|
— |
L-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI li tinsab online: Din l-awtorità ta' ċertifikazzjoni, fit-tieni livell, hija subordinata għall-awtorità tal-Għerq għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI. Hija responsabbli għall-ħruġ ta' ċertifikati SEBĊ-PKI għall-utenti. Id-dejta l-aktar sinifikanti tagħha huma:
|
(1) Dan iċ-ċertifikat għandu jintuża biss f'sistemi li ma jappoġġawx algoritmi ogħla.
(2) Dan iċ-ċertifikat għandu jintuża biss f'sistemi li ma jappoġġawx algoritmi ogħla.