EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32015O0020
Guideline (EU) 2015/732 of the European Central Bank of 16 April 2015 amending Guideline (EU) 2015/510 on the implementation of the Eurosystem monetary policy framework (ECB/2014/60) (ECB/2015/20)
Linja gwida (UE) 2015/732 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2015 li temenda l-Linja Gwida (UE) 2015/510 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (BĊE/2015/20)
Linja gwida (UE) 2015/732 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2015 li temenda l-Linja Gwida (UE) 2015/510 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (BĊE/2015/20)
ĠU L 116, 7.5.2015, p. 22–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Fis-seħħ
7.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 116/22 |
LINJA GWIDA (UE) 2015/732 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-16 ta' April 2015
li temenda l-Linja Gwida (UE) 2015/510 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (BĊE/2015/20)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Centrali u tal-Bank Centrali Ewropew, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikoli 9.2, 12.1, 14.3, 18.2, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kisba ta' politika monetarja waħdanija tinvolvi d-definizzjoni tal-istrumenti u l-proċeduri li għandhom jintużaw mill-Eurosistema, li tikkonsisti fil-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali ta' dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem il-“BĊNi”), sabiex dik il-politika tiġi implimentata b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro. |
(2) |
Fid-dawl tal-Artikolu 12.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar 'il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), il-BĊE għandu l-awtorità li jifformula l-politika monetarja waħdanija tal-Unjoni u li joħroġ il-linji gwida meħtieġa sabiex jiżgura l-implimentazzjoni korretta tagħha. Skont l-Artikolu 14.3 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-BĊNi għandhom obbligu li jaġixxu skont dawk il-linji gwida. Din il-Linja Gwida b'hekk hija indirizzata lill-Eurosistema. Ir-regoli stabbiliti f'din il-Linja Gwida għandhom jiġu implimentati mill-BĊNi f'arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji. Il-kontropartijiet huma meħtieġa jikkonformaw ma' dawk ir-regoli kif implimentati mill-BĊNi f'dawk l-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji. |
(3) |
L-ewwel inċiż tal-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-SEBĊ jippermetti lill-Eurosistema li topera fis-swieq finanzjarji billi tixtri jew tbiegħ b'mod deċiżiv (spot u forward) jew taħt ftehim ta' xiri mill-ġdid u billi ssellef jew tissellef pretensjonijiet u strumenti kummerċjabbli, kemm jekk f'euro jew f'muniti oħrajn, kif ukoll metalli prezzjużi. It-tieni inċiż tal-Artikolu 18.1 jippermetti lill-Eurosistema biex twettaq operazzjonijiet ta' kreditu ma' istituzzjonijiet ta' kreditu u parteċipanti oħra fis-suq. |
(4) |
Sabiex l-Eurosistema tiġi mħarsa mir-riskju tal-kontroparti, it-tieni inċiż tal-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-SEBĊ jipprovdi li meta l-Eurosistema twettaq operazzjonijiet ta' kreditu ma' istituzzjonijiet ta' kreditu u parteċipanti oħrajn fis-suq, it-tislif għandu jkun ibbażat fuq kollateral adegwat. |
(5) |
Sabiex jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-kontrapartijiet, kif ukoll sabiex jittejbu l-effiċjenza u t-trasparenza operazzjonali, l-assi għandhom jissodisfaw ċerti kriterji uniformi fost l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro sabiex ikunu eliġibbli bħala kollateral għal operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema. |
(6) |
L-Eurosistema żviluppat qafas waħdieni għal assi eliġibbli bħala kollateral sabiex l-operazzjonijiet ta' kreditu kollha tal-Eurosistema jitwettqu b'mod armonizzat permezz tal-implimentazzjoni ta' din il-Linja Gwida fl-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro. |
(7) |
Il-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (1) għandha tiġi emendata biex tirrifletti bidliet fil-qafas tal-kollateral tal-Eurosistema relatati mal-istrutturi ta' kupuni aċċettabbli għal assi negozjabbli. |
(8) |
Għalhekk, il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) għandha tiġi emendata f'dan is-sens, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
L-Artikolu 63 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) huwa mibdul b'dan li ġej:
“Artikolu 63
Strutturi ta' kupuni aċċettabbli għal assi negozjabbli
1. Sabiex ikunu eliġibbli, l-istrumenti ta' dejn għandu jkollhom wieħed minn dawn l-istrutturi ta' kupun li ġejjin sal-fidi finali:
(a) |
kupuni fissi, żero, jew multi-step bi skeda ta' kupun predefinita u bvaluri tal-kupun predefiniti li ma jistgħux jirriżultaw fi fluss negattiv ta' kontanti; jew |
(b) |
kupuni varjabbli li ma jistgħux jirriżultaw fi fluss negattiv ta' kontanti u li għandhom din l-istruttura: rata tal-kupun = (rata ta' referenza * l) ± x, b' f ≤ rata tal-kupun ≤ c, fejn:
|
2. Kull struttura tal-kupun li ma tikkonformax mal-paragrafu 1 ma għandhiex tkun eliġibbli, inklużi każijiet fejn parti biss tal-istruttura ta' rimunerazzjoni, bħal primjum, ma tkunx konformi.
3. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, jekk il-kupun ikun jew ta' tip iffissat multi-step jew tip varjabbli multi-step, il-valutazzjoni tal-istruttura tal-kupun relevanti għandha tkun ibbażata fuq il-ħajja sħiħa tal-assi b'perspettiva li tħares kemm 'il quddiem kif ukoll lura.
4. Strutturi ta' kupuni aċċettabbli ma għandux ikollhom opzjonijiet għall-emittent, jiġifieri matul il-ħajja kollha tal-assi, ibbażata fuq perspettiva li tħares 'il quddiem u lura, il-bidliet fl-istruttura tal-kupun li huma kontinġenti fuq deċiżjoni tal-emittent ma għandhomx ikunu aċċettabbli.”
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-BĊNi.
2. Il-BĊNi għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida u għandhom japplikawhom mill-1 ta' Mejju 2015. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-24 ta' April 2015.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-16 ta' April 2015.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).