EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32014O0022
2014/339/EU: Guideline of the European Central Bank of 5 June 2014 amending Guideline ECB/2014/9 on domestic asset and liability management operations by the national central banks (ECB/2014/22)
2014/339/UE: Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 5 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/9 dwar operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-attiv u l-passiv domestiċi mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊE/2014/22)
2014/339/UE: Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 5 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/9 dwar operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-attiv u l-passiv domestiċi mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊE/2014/22)
ĠU L 168, 7.6.2014, p. 118–119
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 30/09/2019; Impliċitament imħassar minn 32019O0007
7.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 168/118 |
LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-5 ta' Ġunju 2014
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/9 dwar operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-attiv u l-passiv domestiċi mill-banek ċentrali nazzjonali
(BĊE/2014/22)
(2014/339/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 12.1 u 14.3 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kunsill Governattiv jista' jiddeċiedi minn żmien għal żmien li jbaxxi r-rata ta' faċilità ta' depożitu għal anqas minn żero fil-mija. |
(2) |
F'każ ta' tnaqqis fir-rata ta' faċilità ta' depożitu, jenħtieġ li r-regoli dwar ir-remunerazzjoni ta' depożiti tal-gvern skont il-Linja Gwida BĊE/2014/9 (1) jiġu aġġustati. |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emenda
1. L-Artikolu 5(2) tal-Linja Gwida BĊE/2014/9 huwa mibdul b'li ġej:
“2. Fi kwalunkwe jum kalendarju, l-ammont totali ta' depożiti ta' matul il-lejl u b'terminu fiss tal-gvernijiet kollha ma' BĊN li jaqbeż l-ogħla bejn: (a) EUR 200 miljun; jew (b) 0,04 % tal-prodott domestiku gross tal-Istat Membru fejn il-BĊN ikun domiċiljat, għandu jkun remunerat b'rata ta' imgħax ta' żero fil-mija. Jekk ir-rata ta' faċilità ta' depożitu f'dan il-jum tkun negattiva, għandha tapplika rata ta' imgħax li m'għandhiex tkun ogħla mir-rata ta' faċilità ta' depożitu. Din id-dispożizzjoni għandha tkun soġġetta għall-Artikolu 11, li għandu japplika biss għall-bilanċ pendenti u l-maturità applikabbli rimanenti ta' depożiti b'terminu fiss miżmumin mill-BĊNi fil-jum kalendarju qabel il-jum li fih il-Kunsill Governattiv jiddeċiedi li jbaxxi r-rata ta' faċilità ta' depożitu għal anqas minn żero fil-mija. Rata ta' imgħax negattiva tinvolvi obbligu ta' ħlas lill-BĊN ikkonċernat mid-detentur tad-depożitu, inkluż id-dritt ta' dak il-BĊN li jiddebita l-kont tad-depożitu tal-gvern ikkonċernat f'dan is-sens.”
2. L-Artikolu 5(3) tal-Linja Gwida BĊE/2014/9 huwa mibdul b'li ġej:
“3. Id-depożiti tal-gvern relatati mal-Unjoni Ewropea/il-Fond Monetarju Internazzjonali u programmi ta' appoġġ finanzjarju oħrajn paragunabbli li jinżammu f'kontijiet mal-BĊNi għandhom ikunu suġġetti għar-rati ta' remunerazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew remunerati bir-rata ta' żero fil-mija, irrispettivament minn liema waħda hija l-oġħla, iżda ma għandhomx jgħoddu għall-ammont limitu msemmi fil-paragrafu 2.”
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ il-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Il-BĊNi għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida u japplikawhom mill-1 ta' Diċembru 2014. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2014.
Artikolu 3
Indirizzati
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-5 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Linja Gwida BĊE/2014/9 tal-20 ta' Frar 2014 dwar operazzjonijiet tal-ġestjoni tal-attiv u l-passiv domestiku mill-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 56).