EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32014D0328

2014/328/UE: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 12 ta' Marzu 2014 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/35 dwar miżuri addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2014/11)

ĠU L 166, 5.6.2014, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 30/04/2015; Imħassar b' 32015D0009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/328/oj

5.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/31


DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-12 ta' Marzu 2014

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/35 dwar miżuri addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral

(BĊE/2014/11)

(2014/328/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, l-Artikolu 12.1, l-Artikolu 14.3 u l-Artikolu 18.2 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta' Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1) u d-Deċiżjoni BĊE/2013/6 tal-20 ta' Marzu 2013 dwar ir-regoli fuq l-użu bħala kollateral ta' bonds tal-bank skoperti għall-użu proprju ggarantiti mill-gvern għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema (2),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn 'il quddiem il-“BĊNi”) jistgħu jmexxu operazzjonijiet ta' kreditu ma' istituzzjonijiet ta' kreditu u parteċipanti oħra fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq kollateral xieraq. Il-kundizzjonijiet standard li skonthom il-BĊE u l-BĊNi jinsabu lesti biex jidħlu f'operazzjonijiet ta' kreditu, inkluż il-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà tal-kollateral għall-finijiet tal-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema, huma stabbiliti fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, kif ukoll id-Deċiżjoni BĊE/2013/6 u d-Deċiżjoni BĊE/2013/35 (3).

(2)

Skont it-Taqsima 1.6 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, il-Kunsill Governattiv jista', f'kull ħin, jibdel l-istrumenti, il-kundizzjonijiet, il-kriterji u l-proċeduri għat-twettiq ta' operazzjonijiet ta' politika monetarja tal-Eurosistema.

(3)

Fis-17 ta' Lulju 2013, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jsaħħaħ aktar il-qafas tiegħu għall-kontroll tar-riskju, billi jaġġusta l-kriterji tal-eliġibbiltà u t-telf impost applikati lill-kollateral aċċettati fl-operazzjonijiet tal-politika monetarja u jaddotta ċerti miżuri addizzjonali biex tittejjeb il-konsistenza ġenerali tal-qafas u l-implimentazzjoni prattika tiegħu. Dawn il-miżuri kienu stabbiliti fid-Deċiżjoni BĊE/2013/35.

(4)

Fir-rigward tal-obbligu ta' klassifikazzjoni għat-titoli ggarantiti minn assi, huwa meħtieġ li jiġi introdott irfinar ulterjuri għad-Deċiżjoni BĊE/2013/35, li għalhekk għandha tiġi emendata kif ġej,

AdoTtA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

L-Artikolu 6 tad-Direttiva BĊE/2013/35 huwa emendat kif ġej:

1.

Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'li ġej:

“2.   Il-limitu tal-kwalità tal-kreditu applikabbli għat-titoli ggarantiti minn assi, kif stabbilit fit-Taqsima 6.3 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, għandu jikkorrispondi għal Stadju 2 tal-Kwalità tal-Kreditu [fl-iskala ta' klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema (‘single A’) (*). It-titoli kollha ggarantiti minn assi għandhom ikollhom mill-inqas żewġ valutazzjonijiet ta' kreditu f'livell ta' ‘single A’ minn kwalunkwe ECAI aċċettata għall-ħruġ.

(*)  Klassifikazzjoni ta' ‘single A’ hija klassifikazzjoni ta' mill-anqas ‘A3’ minn Moody's, ‘A-’ minn Fitch jew Standard & Poor's, jew ‘AL’ minn DBRS.”;"

2.

Il-Paragrafu 3 huwa mħassar.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' April 2014.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-12 ta' Marzu 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 95, 5.4.2013, p. 22.

(3)  Deċiżjoni BĊE/2013/35 tas-26 ta' Settembru 2013 dwar miżuri addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (ĠU L 301, 12.11.2013, p. 6).


Fuq