EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32013R1072

Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 24 ta’ Settembru 2013 dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (riformulazzjoni) (BĊE/2013/34)

ĠU L 297, 7.11.2013, p. 51–72 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument Fis-seħħ: Danl-attinbidel. Verżjoni kkonsolidata kurrenti: 01/01/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1072/oj

7.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/51


REGOLAMENT (UE) Nru 1072/2013 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-24 ta’ Settembru 2013

dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (riformulazzjoni)

(BĊE/2013/34)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 63/2002 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta’ Diċembru 2001 dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għal depożiti u self għal unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji (BĊE/2001/18) (2) ġie emendat b’mod sostanzjali. Peress illi jridu jsiru aktar emendi, b’mod partikolari fid-dawl tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (3), huwa għandu jkun riformulat fl-interessi taċ-ċarezza.

(2)

Biex tkun tista' twetaq il-kompiti tagħha, is-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) teħtieġ il-produzzjoni ta’ statistika dwar ir-rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (IFM), bl-eċċezzjoni ta’ banek ċentrali u fondi tas-swieq tal-flus (MMFs), fuq depożiti u self għal unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji, li l-għan ewlieni tagħha huwa li tagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) stampa sħiħa, dettaljata u armonizzata tal-livell tar-rati ta' imgħax applikati minn dawn l-istituzzjonijiet u l-bidliet li jkun fihom hemm matul iż-żmien. Dawn ir-rati ta' imgħax jipprovdu l-aħħar ħolqa fil-mekkaniżmu għat-trażmissjoni tal-politika monetarja li tirriżulta minn bidliet fir-rati ta' imgħax uffiċjali u, għalhekk, huma kondizzjoni meħtieġa minn qabel għal analiżi affidabbli tal-iżviluppi monetarji fl-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem “Stati Membri taż-żona tal-euro”). Fl-istess waqt, jeħtieġ li jkun hemm tagħrif dwar l-iżviluppi fir-rata ta' imgħax sabiex is-SEBĊ tkun tista' tagħti sehemha fit-tmexxija mingħajr xkiel tal-politika mħaddma mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istabbilità tas-sistema finanzjarja.

(3)

Il-BĊE huwa mitlub, b’konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont il-kundizzjonijiet tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem “Statut tas-SEBĊ”), li jagħmel regolamenti sa fejn hu neċessarju biex jimplimenta l-kompiti tas-SEBĊ kif definit fl-Istatut tas-SEBĊ u f’xi każijiet kif stipulat fid-dispożizzjonijiet adottati mill-Kunsill bis-saħħa tal-Artikolu 129(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(4)

L-Artikolu 5.1 tal-Istatut tas-SEBĊ jitlob li l-BĊE, megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), jiġbor it-tagħrif statistiku meħtieġ jew mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew direttament mingħand operaturi ekonomiċi sabiex huwa jkun jista’ jidħol għall-kompiti tas-SEBĊ. L-Artiklu 5.2 tal-Istatut tas-SEBĊ jistipula li l-BĊNi għandhom iwettqu, sa fejn huwa possibbli, il-kompiti deskritti fl-Artikolu 5.1.

(5)

Jista' jkun meħtieġ, u jista’ jitnaqqas il-piż tar-rappurtar, li BĊNi jiġbru mingħand il-popolazzjoni attwali li tirrapporta t-tagħrif statistiku meħtieġ biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-BĊE għal rappurtar statistiku bħala parti minn qafas ta' rappurtar statistiku aktar wiesgħa li jistabbilixxu l-BĊNi taħt ir-responsabbiltà tagħhom stess b’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali jew prattika stabbilita, u li jservi għal għanijiet statistiċi oħrajn, sakemm ma jiġix mhedded it-twettiq tal-ħtiġijiet statistiċi tal-BĊE. Sabiex titkattar it-trasparenza, huwa xieraq, f’dawn il-każijiet, illi l-operaturi li jirrapportaw jiġu informati illi d-dejta sabiex jitwettqu skopijiet statistiċi oħrajn. F’każijiet speċifiċi, il-BĊE jista’ joqgħod fuq tagħrif statistiku miġbur għal dawn l-iskopijiet l-oħrajn sabiex jissodisfa l-ħtiġijiet tiegħu.

(6)

Wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 63/2002 (BĊE/2001/18), sar titjib fl-iskema ta’ rapportar għal rati ta’ imgħax fuq self lil unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji u fil-metodi għall-għażla tal-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar u dan għandu għalhekk jiġi kkunsidrat fl-istruzzjonijiet dwar it-teħid ta’ kampjun u l-ħtiġijiet ta’ rapportar statistiku.

(7)

Huwa wkoll meħtieġ illi l-BĊE jitħalla jagħti appoġġ analitiku u statistiku lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) b’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta’ Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (4)

(8)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jitlob li l-BĊE jispeċifika l-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar fi ħdan il-limiti tal-popolazzjoni tar-rapportar ta' referenza u li jimminimizza l-piż tar-rapportar involut. Minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tal-IFM f'kull wieħed mill-Istati Membri taż-żona tal-euro, l-għażla finali tal-metodu ta’ selezzjoni fir-rigward tal-popolazzjoni li tirrapporta titħalla lill-BĊNi. L-għan huwa li jitnaqqas il-piż tar-rapportar waqt illi fl-istess ħin tiġi żgurata statistika ta' kwalità għolja. L-Artikolu 5(1) jistipula illi l-BĊE jista' jadotta regolamenti għad-definizzjoni u l-impożizzjoni tar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tiegħu fuq il-popolazzjoni attwali li tirrapporta fl-Istati Membri taż-żona tal-euro. L-Artikolu 6(4) jistipola illi l-BĊE jista’ jadotta regolamenti li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jiġi eżerċitat id-dritt għall-verifika jew it-twettiq tal-ġbir obbligatorju ta’ tagħrif statistiku.

(9)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jistipola li l-Istati Membri jorganizzaw lilhom infushom fil-qasam tal-istatistika u jikkoperaw bis-sħiħ mas-SEBĊ sabiex jiġi żgurat li l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ jiġu sodisfatti.

(10)

Filwaqt li huwa rikonoxxut illi regolamenti adottati mill-BĊE skont l-Artikolu 34.1 tal-Istatut tas-SEBĊ ma jagħtu l-ebda dritt jew ma jimponu l-ebda obbligu fuq Stati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro (minn hawn ’il quddiem “Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro”), l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ japplika kemm għal Stati Membri taż-żona tal-euro kif ukoll għal dawk li mhumiex fiż-żona tal-euro. Il-premessa 17 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 tirreferi għall-fatt illi l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ, flimkien mal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jimplika li hemm obbligu biex jiġu ppjanati u implimentati f’livell nazzjonali l-miżuri kollha illi l-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro jqisu xierqa sabiex issir il-ġabra tat-tagħrif statistiku meħtieġ biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-BĊE għar-rapportar ta' statistika u t-tħejjija f'waqtha fil-qasam tal-istatistika biex huma jkunu jistgħu isiru Stati Membri taż-żona tal-euro.

(11)

L-istandards għall-protezzjoni u l-użu ta’ tagħrif statistiku kunfidenzjali kif stipulati fl-Artikolu 8 ta’ Regolament (KE) Nru 2533/98 għandhom japplikaw.

(12)

L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jistipola illi l-BĊE għandu s-setgħa li jimponi sanzjonijiet fuq operaturi li jirrapportaw illi jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi ta’ rapportar statistiku stabbiliti f’regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-għan ta’ dan ir-Regolament:

1.

it-termini “operaturi li jirrapportaw” u “residenti” għandhom l-istess tifsira mogħtija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98;

2.

“unitajiet domestiċi” tfisser is-settur tal-unitajiet domestiċi u s-settur ta’ istituzzjonijiet li ma għandhomx skop ta' profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (S.14 u S.15 ikkombinati) kif stipulat fis-Sistema Ewropea ta‘ Kontijiet reveduta (minn hawn ’il quddiem l-“ESA 2010”) stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 549/2013;

3.

“korporazzjonijiet mhux finanzjarji” tfisser is-settur ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11) kif stipulat fl-ESA 2010;

4.

“istituzzjoni finanzjarja monetarjai” (IFM) għandha l-istess tifsira kif definit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (5);

5.

“statistika dwar ir-rati ta' imgħax ta' IFM” tfisser statistika konnessa ma' dawk ir-rati ta' imgħax li huma applikati minn IFM residenti minbarra banek ċentrali u MMFs fuq depożiti u self denominati f’euro fir-rigward ta’ unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji residenti fl-Istati Membri taż-żona tal-euro. “Statistika dwar ir-rata ta’ imgħax ta’ IFM” tinkludi volumi ta’ negozju ġdid korrispondenti ta’ depożiti u self denominati f’euro, kif ukoll volumi ġodda fin-negozju ta’ self innegozjat mill-ġdid;

6.

“fondi tas-swieq tal-flus” (MMF) għandha l-istess tifsira kif definit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) (6);

7.

“popolazzjoni ta’ referenza li tirrapporta” tfisser IFM residenti minbarra banek ċentrali u MMFs li jieħdu depożiti denominati f’euro mingħand u/jew jagħtu self denominat f’euro lil unitajiet domestiċi u/jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji residenti fl-Istati Membri taż-żona tal-euro.

8.

“istituzzjoni tad-denb” tfisser IFM żgħira minbarra bank ċentrali jew MMF li tkun ingħatat deroga bis-saħħa tal-Artikolu 4.

Artikolu 2

Popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar

1.   Il-popolazzjoni attwali li tirrapporta tikkonsisti IFM residenti minbarra banek ċentrali u MMFs mill-popolazzjoni ta’ referenza li tirrapporta u magħżulin minn BĊNi. Il-BĊNi jagħzlu l-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar permezz ta’ ċensiment jew kampjun.

2.   Fil-każ ta’ kampjun, il-BĊNi għandhom jistratifikaw il-popolazzjoni ta’ referenza li tirrapporta fi strata omoġenji u mbagħad jew jagħżlu l-popolazzjoni attwali li tirrapportar fuq bażi aleatorja minn kull fergħa jew jagħżlu l-akbar istituzzjonijiet fi ħdan kull fergħa.

3.   F’każ ta’ għażla permezz tat-teħid ta’ kampjuni aleatorju, id-daqs minimu tal-kampjun nazzjonali għandu jkun tali li l-iżball massimu aleatorju fil-livell nazzjonali m’għandux jeċċedi medja ta’ 10 punti bażi b’intervall ta’ fiduċja ta’ 90 %. Fejn jintgħażlu l-akbar istituzzjonijiet, id-daqs minimu tal-kampjun nazzjonali għandu jkun konformi ma’ livell simili ta’ kejl tal-kwalità fuq il-bażi ta’ funzjoni tal-medja tal-valur assolut stmat tal-iżbalji.

4.   Il-BĊNi japplikaw ukoll il-formoli u l-kriterji għall-għażla tal-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar stipulati fil-Linja Gwida BĊE/2007/9 tal-1 ta’ Awwissu 2007 dwar l-istatistika monetarja, tal-istituzzjonijiet finanzjarji u dik tas-swieq (7).

5.   Kull BĊN għandu jgħarraf lill-operaturi residenti li jirrapportaw bl-obbligi ta’ rapportar statistiku tagħhom skont il-proċeduri nazzjonali.

6.   Il-Kunsill Governattiv huwa intitolat jivverifika l-konformità ma’ dan l-Artikolu.

Artikolu 3

Obbligi ta’ rapportar statistiku

1.   Għall-finijiet tal-produzzjoni regolari ta' statistika dwar ir-rati ta' imgħax ta' IFM, il-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar għandha tirrapporta tagħrif statistiku ta’ kull xahar dwar negozju ġdid u ammonti pendenti lill-BĊNi tal-Istat Membru li fih huwa residenti l-operatur li jirrapporta. It-tagħrif statistiku meħtieġ huwa speċifikat fl-Anness I.

2.   Il-BĊNi għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw l-arranġamenti tar-rapportar li jridu jiġu segwiti mill-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar b’konformità mal-ħtiġijiet nazzjonali. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li dawn l-arranġamenti tar-rapportar jagħtu t-tagħrif statistiku meħtieġ u jippermettu li ssir verifika preċiża tal-konformità mal-istandards minimi għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità mal-kunċetti u r-reviżjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 3.

3.   It-tagħrif statistiku meħtieġ għandu jiġi rappurtat skont l-istandards minimi għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità mal-kunċetti u r-reviżjonijiet kif stipulat fl-Anness II.

4.   Il-BĊNi għandhom jirrapportaw it-tagħrif statistiku nazzjonali aggregat ta’ kull xahar lill-BĊE sat-tmiem tal-ġurnata tax-xogħol fid-19-il jum tax-xoghol wara t-tmiem tax-xahar ta' referenza.

5.   Il-BĊE jista’ jimponi sanzjonijiet fuq operaturi li jirrapportaw illi jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi ta’ rapportar statistiku stabbiliti f’dan ir-Regoilament skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/10 tad-19 ta’ Awwissu 2010 dwar nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti għar-rappurtar tal-istatistika (8).

Artikolu 4

Derogi

1.   Meta l-operaturi li jirrapportaw jintgħażlu permezz ta’ ċensiment, il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil IFM żgħar minbarra banek ċentrali u MMFs fir-rigward tal-frekwenza tar-rapportar, sakemm il-kontribut ikkombinat ta’ dawn l-operaturi li jirrapportaw lill-karta tal-bilanċ tal-IFM nazzjonali f’termini ta’ ammonti pendenti, kif ikkalkolat skont ir-Regolament Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33), ma jeċċedix il-5 %. Minflok ir-rapportar ta’ kull xahar, l-istituzzjonijiet żgħar jistgħu jirrapportaw statistika dwar ir-rati ta’ imgħax ta’ IFM fuq bażi trimestrali.

2.   Il-BĊNi għandhom jivverifikaw it-twettiq tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ta’ kull sena b’mod tempestiv sabiex jagħtu jew jirtiraw, jekk meħtieġ, kull deroga b’effett mill-bidu ta’ kull sena.

3.   Istituzzjonijiet tad-denb jistgħu jagħżlu li ma jagħmlux użu minn derogi u li minflok jissodisfaw l-rekwiżiti tar-rapportar kollha.

4.   Għall-estrapolazzjoni sa kopertura ta’ 100 %, il-BĊNi jistgħu jagħżlu l-proċedura biex iressqu ’l quddiem id-dejta rapportata fil-perijodi neqsin billi japplikaw tekniki xierqa ta’ stima statistika sabiex jikkunsidraw x-xejriet ft-tendenzi tad-dejta jew staġjonali. Il-BĊNi għandhom jimmonitorjaw in-numru ta’ istituzzjonijiet tad-denb fuq bażi annwali.

Artikolu 5

Verifika u ġbir obbligatorju

Il-BĊNi għandhom jeżerċitaw id-dritt li jivverifikaw jew jiġbru b’mod obbligatorju informazzjoni li l-operaturi li jirrapportaw huma mitlubin jipprovdu bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, mingħajr ħsara għad-dritt tal-BĊE li jeżerċita dan id-dritt huwa stess. B’mod partikolari, il-BĊNi għandhom jeżerċitaw dan id-dritt meta operatur li jirrapporta ma jissodisfax l-istandards minimi għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità mal-kunċetti u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness II.

Artikolu 6

L-ewwel rapportar

L-ewwel rapportar bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament għandu jibda bid-dejta għal Diċembru 2014.

Artikolu 7

Tħassir

1.   Ir-Regolament (UE) Nru 63/2002 (BĊE/2001/18) huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2015.

2.   Ir-referenzi għar-Regolament imħassar jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 8

Dispożizzjoni finali

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l’24 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(2)  ĠU L 10, 12.1.2002, p. 24.

(3)  ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1.

(4)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 162.

(5)  Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(6)  ĠU L 15, 20.1.2009, p. 14.

(7)  ĠU L 341, 27.12.2009, p. 1.

(8)  ĠU L 226, 28.8.2010, p. 48.


ANNESS I

SKEMA TA’ RAPPORTAR GĦAL STATISTIKA TAR-RATA TA’ IMGĦAX TA’ ISTITUZZJONI FINANZJARJA MONETARJA

PARTI 1

Tip ta’ rata

I.    Rata miftiehma annwalizzata

Prinċipju ġenerali

1.

It-tip ta’ rata li l-operaturi li jirrapportaw jipprovdu għall-kategoriji kollha ta’ strumenti ta’ depożiti u self li jirreferu għal negozju ġdid u ammonti pendenti hija r-rata miftiehma annwalizzata (AAR — annualised agreed rate). Hija ddefinita bħala r-rata ta’ imgħax li hija miftiehma individwalment bejn l-operatur li jirrapporta u l-unità domestika jew korporazzjoni mhux finanzjarja għal depożitu jew self, mibdula għal bażi annwali u kkwotata f’perċentwali għal kull sena. L-AAR tkopri l-ħlasijiet kollha tal-imgħax fuq depożiti u self, imma l-ebda ħlas ieħor li jista’ japplika. Disagio, iddefinit bħala d-differenza bejn l-ammont nominali tas-self u l-ammont irċevut mill-konsumatur, jitqies bħala ħlas ta’ imgħax fil-bidu tal-kuntratt (ħin t0) u huwa għalhekk rifless fl-AAR.

2.

Jekk il-ħlasijiet ta’ imgħax miftiehma bejn l-operatur li jirrapporta u l-unità domestika jew korporazzjoni mhux finanzjarja huma kkapitalizzati f’intervalli regolari fi spazju ta’ sena, pereżempju kull xahar jew kull trimestru aktar milli kull sena, ir-rata miftiehma hija annwalizzata permezz tal-formola li ġejja biex wieħed jasal għar-rata miftiehma annwalizzata:

Formula

fejn:

x

bħala l-AAR,

rag

bħala r-rata tal-imgħax għal kull sena li hija miftiehma bejn l-aġenti tar-rapportar u l-unità domestika jew korporazzjoni mhux finanzjarja għal depożitu jew self, fejn id-dati tal-kapitalizzazzjoni tal-imgħax tad-depożitu u l-ħlasijiet kollha u l-ħlasijiet kollha mill-ġdid tas-self iseħħu f’intervalli regolari matul is-sena, u

n

bħala n-numru ta’ perijodi ta’ kapitalizzazzjoni tal-imgħax għall-perijodi ta’ depożitu u ta’ ħlas jew ta’ ħlas mill-ġdid għas-self għal kull sena, jiġifieri 1 għal ħlasijiet annwali, 2 għal ħlasijiet ta’ kull sitt xhur, 4 għal ħlasijiet trimestrali u 12 għal ħlasijiet ta’ kull xahar.

3.

Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jistgħu jitolbu lill-operaturi li jirrapportaw tagħhom biex jipprovdu r-rata effettiva ddefinita b’mod ristrett (NDER — narrowly defined effective rate) għall-istrumenti kollha ta’ depożiti u self li jirreferu għal negozju ġdid u ammonti dovuti jew uħud minnhom, minflok l-AAR. L-NDER hija definita bħala r-rata tal-imgħax, fuq bażi annwali, li ġġib indaqs il-valur preżenti tad-dovuti kollha minbarra l-imposti (depożiti jew self, ħlasijiet jew ħlasijiet mill-ġdid, ħlasijiet ta’ imgħax), futuri jew eżistenti, miftiehma mill-aġenti tar-rapportar u l-unità domestika jew il-korporazzjoni mhux finanzjarja. L-NDER hija ekwivalenti għall-komponent fir-rata ta' imposta perċentwali fis-sena (APRC – annual percentage rate of charge) tal-imgħax kif definita fl-Artikolu 3(i) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1). L-NDER tuża approssimazzjoni suċċessiva u għalhekk tista’ tiġi applikata għal kull tip ta’ depożitu jew self, filwaqt illi l-AAR tuża l-formola alġebrajka definita fil-paragrafu 2, u għalhekk tapplika biss għal depożiti u self b’kapitalizzazzjoni regolari ta’ ħlasijiet ta’ imgħax. Ir-rekwiżiti l-oħra kollha huma identiċi, li tfisser li r-referenzi fil-bqija ta’ dan l-Anness tal-AAR japplikaw ukoll għall-NDER.

Trattament tat-taxxi, sussidji u arranġamenti regolatorji

4.

Il-ħlasijiet tal-imgħax koperti fl-AAR jirriflettu dak li l-operatur li jirrapporta jħallas fuq id-depożiti u dak li jirċievi għas-self. Fejn l-ammont imħallas minn parti waħda u rċevut mill-oħra jvarja, il-fehma tal-operatur li jirrapporta tiddetermina r-rata tal-imgħax irrapportata għall-finijiet tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM.

5.

Skont dan il-prinċipju, ir-rati tal-imgħax jitniżżlu fuq bażi gross qabel it-taxxa, billi r-rati tal-imgħax ta’ qabel it-taxxa jirriflettu dak li l-aġenti tar-rapportar iħallsu fuq id-depożiti u dak li jirċievu għas-self.

6.

Barra minn dan, is-sussidji mogħtija lil unitajiet domestiċi jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji minn terzi persuni ma jiġux ikkunsidrati meta jiġi ddeterminat il-ħlas tal-imgħax, għaliex is-sussidji ma jitħallsux jew ma jiġux riċevuti mill-operatur li jirrapporta.

7.

Rati favorevoli applikati mill-aġenti tar-rapportar lill-impjegati tagħhom huma koperti bl-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM.

8.

Fejn ftehim regolatorji jaffettwaw il-ħlasijiet ta’ imgħax, pereżempju l-limiti massimi tar-rati tal-imgħax jew il-projbizzjoni tar-remunerazzjoni ta’ depożiti ta’ matul il-lejl, dawn huma riflessi fl-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM. Kull bidla fir-regoli li jiddeterminaw il-ftehim regolatorji, pereżempju l-livell ta’ rati ta’ imgħax amministrati jew il-limiti massimi tar-rati tal-imgħax, tintwera fl-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM bħala bidla fir-rata tal-imgħax.

II.    Rata tal-perċentwali annwali tal-imposta

9.

Minbarra l-AARs, l-operaturi li jirrapportaw jipprovdu l-APRC għal negozju ġdid fir-rigward tal-kreditu lill-konsumatur u s-self lil unitajiet domestiċi għax-xiri ta’ djar, jiġifieri:

APRC wieħed għal kreditu ġdid lill-konsumatur (ara l-indikatur 30 fl-Appendiċi 2), u

APRC wieħed għal self ġdid lil unitajiet domestiċi għax-xiri ta’ djar (ara l-indikatur 31 fl-Appendiċi 2) (2).

10.

L-APRC tkopri l-“kost totali tal-kreditu lill-konsumatur”, kif definit fl-Artikolu 3(g) tad-Direttiva 2008/48/KE. Dawn il-kostijiet totali jkopru komponent tar-rata tal-imgħax u komponent ta’ imposti oħra (relatati), bħall-kost tal-istħarriġ, l-amministrazzjoni, il-preparazzjoni tad-dokumenti, il-garanziji, l-assigurazzjoni ta’ kreditu, eċċ.

11.

Il-kompożizzjoni tal-komponent ta’ imposti oħra tista’ tvarja fil-pajjiżi, minħabba li d-definizzjonijiet fid-Direttiva 2008/48/KE huma applikati b’mod differenti, u minħabba li s-sistemi finanzjarji nazzjonali u l-proċedura għas-sikurezza tal-kreditu jvarjaw.

III.    Konvenzjoni

12.

L-operaturi li jirrapportaw japplikaw sena standard ta’ 365 jum għall-kumpilazzjoni tal-AAR, jiġifieri huwa injorat l-effett ta’ jum addizzjonali fi snin biżestili.

PARTI 2

Kopertura tan-negozju

13.

Operaturi li jirrapportaw jipprovdu statistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM li tirreferi għal ammonti pendenti u għal negozju ġdid.

IV.    Rati tal-imgħax fuq ammonti pendenti

14.

Ammonti pendenti huma definiti bħala l-istokk tad-depożiti kollha mqiegħda minn unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji mal-operatur li jirrapporta u l-istokk tas-self kollu mogħti mill-operatur li jirrapporta lil unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji.

15.

Rata ta’ imgħax fuq ammonti pendenti tirrifletti r-rata medja tal-imgħax medja ippeżata applikata lill-istokk ta’ depożiti jew self fil-kategorija tal-istrumenti relevanti fil-ħin tal-punt taż-żmien ta’ referenza kif definit fil-paragrafu 29. Ir-rata tal-imgħax medja ippeżata hija s-somma tal-AAR immultiplikata bl-ammonti pendenti korrispondenti u diviżi bit-total tal-ammonti pendenti. Hija tkopri l-bilanċi kollha pendenti fuq kuntratti li jkunu ġew miftiehma fil-perijodi kollha qabel id-data ta’ referenza.

V.    Negozju ġdid fuq depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn fuq karti ta’ kreditu u self li jiġġedded u overdrafts

16.

F’każ ta’ depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, kreditu estiż fuq karti ta’ kreditu u self li jiġġedded u overdrafts kif definiti fil-paragrafi 46 sa 49 u 55, il-kunċett ta’ negozju ġdid huwa estiż għall-istokk kollu. Għalhekk, il-bilanċ tad-debitu jew tal-kreditu, jiġifieri l-ammont pendenti fil-punt taż-żmien ta’ referenza kif definit fil-paragrafu 32, jintuża bħala indikatur għal negozju ġdid fuq depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn fuq karti ta’ kreditu u self li jiġġedded u overdrafts.

17.

Ir-rati tal-imgħax għal depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn fuq karti ta’ kreditu u self li jiġġedded u overdrafts jirriflettu r-rata tal-imgħax medja ippeżata applikata lill-istokk fuq dawn il-kontijiet fil-punt taż-żmien ta’ referenza kif definit fil-paragrafu 32. Huma jkopru l-pożizzjonijiet kurrenti fil-karta tal-bilanċ tal-kuntratti kollha pendenti li jkunu ġew miftiehma fil-perijodi kollha qabel id-data ta’ referenza.

18.

Sabiex jiġu kkalkolati r-rati tal-imgħax tal-IFM fuq kontijiet li jistgħu jkunu jew depożitu jew self, skont il-bilanċ tagħhom, l-operaturi li jirrapportaw jiddistingwu bejn il-perijodi b’bilanċ ta’ kreditu u l-perijodi b’bilanċ ta’ debitu. L-operaturi li jirrapportaw jagħtu rapport dwar ir-rati tal-imgħax medji ippeżati li jirreferu għall-bilanċi ta’ kreditu bħala depożiti ta’ matul il-lejl u r-rati tal-imgħax medji ippeżati li jirreferu għall-bilanċi ta’ debitu bħala overdrafts. Huma ma jirrapportawx rati tal-imgħax medji ippeżati li jgħaqqdu flimkien rati ta’ depożitu ta’ matul il-lejl (baxxi) u rati ta’ overdraft (għolja).

VI.    Negozju ġdid f’kategoriji ta’ strumenti minbarra depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn fuq karti ta’ kreditu u self li jiġġedded u overdrafts

19.

Il-paragrafi 20 sa 27 li ġejjin jirreferu għal depożiti b’maturità miftiehma, ftehim ta’ riakkwist (repos) u s-self kollu minbarra self li jiġġedded u overdrafts u dejn fuq karti ta’ kreditu kif definit fil-paragrafi 46 sa 49 u 55. Il-paragrafi 22 sa 23 dwar self innegozjat mill-ġdid jirreferu biss għal self li mhuwiex self li jiġġedded, overdrafts u dejn fuq karti ta' kreditu.

20.

Negozju ġdid huwa definit bħala kull ftehim ġdid bejn l-unità domestika jew il-korporazzjoni mhux finanzjarja u l-operatur li jirrapporta. Ftehim ġodda jinkludu:

il-kuntratti finanzjarji kollha, li jispeċifikaw għall-ewwel darba r-rata tal-imgħax tad-depożitu jew tas-self, u

in-negozjati kollha mill-ġdid ta’ kuntratti ta’ depożitu jew ta’ self eżistenti kif definit fil-paragrafu 21.

21.

Innegozjar mill-ġdid tirreferi għall-involviment attiv tal-unità domestika jew il-korporazzjoni mhux finanzjarja fl-aġġustament tat-termini u l-kundizzjonijiet ta' kuntratt ta’ depożitu jew ta’ self eżistenti, inkluż ir-rata tal-imgħax. Għalhekk, estensjonijiet u aġġustamenti oħra tat-termini u l-kundizzjonijiet mwettqa b’mod awtomatiku, jiġifieri mingħajr l-involviment attiv tal-unità domestika jew il-korporazzjoni mhux finanzjarja mhumiex negozjati mill-ġdid.

22.

Għar-rapportar separat ta’ volumi ġodda ta’ negozju ta’ self innegozjat mill-ġdid lil unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji fl-istatistika tar-rati tal-imgħax ta’ IFM, l-innegozjar mill-ġdid jirreferi għal self ġdid għan-negozju, minbarra dejn fuq karti ta’ kreditu u self li jiġġedded u overdrafts, diġà fil-karta tal-bilanċ tal-operatur li jirrapporta fl-aħħar tax-xahar li jippreċedi x-xahar ta’ referenza.

23.

Self għar-ristrutturar ta’ dejn mhuwiex fih innifsu eskluż minn self innegozjat mill-ġdid. Madankollu jekk ir-ristrutturar jinvolvi negozjar mill-ġdid tar-rata tal-imgħax, u bħala riżultat, is-self jingħata b'rata aktar baxxa mill-kundizzjonijiet tas-suq kif deskritt fil-paragrafu 28, huwa m'għandux ikun inkluż fis-self innegozjat mill-ġdid jew fin-negozju l-ġdid.

24.

Ir-rata għan-negozju ġdida tirrifletti r-rata tal-imgħax medja ippeżata applikata lid-depożiti u s-self fil-kategorija relevanti tal-istrumenti, fir-rigward ta’ ftehim ġodda konklużi bejn unitajiet domestiċi jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji u l-operatur li jirrapporta matul il-perijodu taż-żmien ta’ referenza kif definit fil-paragrafu 35.

25.

Bidliet fir-rati tal-imgħax varjabbli fis-sens ta’ aġġustamenti awtomatiċi tar-rata tal-imgħax imwettqa mill-operatur li jirrapporta mhumiex ftehim ġodda u għalhekk mhumiex meqjusa bħala negozju ġdid. Għal kuntratti eżistenti, dawn il-bidliet fir-rati varjabbli għalhekk ma jinqabdux f’rati tan-negozju ġdid imma biss fir-rati medja fuq l-ammonti pendenti.

26.

Bidla minn rati ta’ imgħax fissi għal dawk varjabbli jew viċi versa (fil-ħin t1) matul iż-żmien tal-kuntratt, li tkun miftiehma fil-bidu tal-kuntratt (ħin t0), mhijiex ftehim ġdid iżda parti mit-termini u l-kundizzjonijiet tas-self stabbiliti fil-ħin t0. Għalhekk mhijiex meqjusa bħala negozju ġdid.

27.

Unità domestika jew korporazzjoni mhux finanzjarja hija normalment mistennija tieħu self li mhuwiex self li jiġġedded jew overdraft f’somma sħiħa fil-bidu tal-kuntratt. Madankollu, hija tista’ tieħu self f’parti waħda jew aktar fil-ħinijiet t1, t2, t3, eċċ. minflok ma tissellef l-ammont kollu fil-bidu tal-kuntratt (ħin t0). Il-fatt li self jittieħed f’parti waħda jew aktar huwa irrelevanti għall-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM. Il-ftehim bejn l-unità domestika jew il-korporazzjoni mhux finanzjarja u l-operatur li jirrapporta fil-ħin t0, li jinkludi r-rata tal-imgħax u l-ammont sħiħ tas-self, huwa kopert mill-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM dwar negozju ġdid. Jekk l-innegozjar mill-ġdid tat-termini u l-kundizzjonijiet iseħħ wara l-ħin t0, l-ammont kollu mogħti u li ma jkunx għandu tmħallas lura saż-żmien li fih iseħħ l-innegozjar mill-ġdid għandu jiġi rrapportat mas-self innegozjat mill-ġdid.

VII.    Trattament ta’ self li ma jistax jiġi rkuprat u ta’ self għar-ristrutturar tad-dejn skont kundizzjonijiet anqas minn dawk tas-suq

28.

Self li ma jistax jiġi rkuprat u self għar-ristrutturar tad-dejn mogħti b’rati anqas mill-kundizzjonijiet tas-suq mhumiex inklużi fir-rati tal-imgħax medji ippeżati jew fil-volumi ta’ negozju ġdid (Taqsimiet V u VI). Self li ma jistax jiġi rkuprat huwa ddefinit b'konformità mal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33), u l-ammont totali ta’ self ikklassifikat parzjalment jew totalment bħala self li ma jistax jiġi rkuprat huwa eskluż mill-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM. Self għar-ristrutturar ta’ dejn, jiġifieri ristrutturar fir-rigward ta’ debituri f’qagħda finanzjarja ħażina, għandu jiġi definit b’konformità mad-definizzjonijiet nazzjonali eżistenti.

PARTI 3

Punt taż-żmien ta’ referenza

VIII.    Punt taż-żmien ta’ referenza għar-rati tal-imgħax tal-IFM fuq ammonti pendenti

29.

Il-BĊNi jiddeċiedu jekk fuq livell nazzjonali, ir-rati tal-imgħax tal-IFM fuq ammonti pendenti, jiġifieri l-indikaturi 1 sa 26 deskritti fl-Appendiċi 1, humiex ikkumpilati bħala ritratt tal- osservazzjonijiet ta’ tmiem il-perijodu jew bħala rati impliċiti li jirreferu għal medji tal-perijodu. Il-perijodu kopert huwa ta’ xahar.

30.

Ir-rati tal-imgħax fuq ammonti pendenti bħala ritratt ta’ osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar huma kkalkulati bħala medji ppeżati tar-rati tal-imgħax applikati għall-istokk ta’ depożiti u self f’ċertu punt ta’ żmien fl-aħħar jum tax-xahar. F’dak il-punt ta’ żmien, l-operatur li jirrapporta jiġbor ir-rati tal-imgħax applikabbli u l-ammonti involuti għad-depożiti u s-self kollha pendenti fir-rigward tal-unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji, u jikkumpila rata ta’ imgħax medja ippeżata għal kull kategorija ta’ strument. B’kuntrast mal-medji ta’ kull xahar, ir-rati tal-imgħax tal-IFM fuq ammonti pendenti kkumpilati bħala osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar ikopru biss dawk il-kuntratti li jkunu għadhom pendenti fil-ħin tal-ġbir tad-dejta.

31.

Ir-rati tal-imgħax fuq ammonti pendenti bħala rati impliċiti li jirreferu għall-medja tax-xahar huma kkalkolati bħala kwozjenti, bl-imgħax akkumulat pagabbli fuq depożiti u riċevibbli fuq self matul ix-xahar ta’ referenza bħala n-numeratur, u l-istokk medju matul ix-xahar bħala d-denominatur. Fl-aħħar tax-xahar ta’ referenza, l-operatur li jirrapporta għandu jirrapporta l-imgħax akkumulat pagabbli jew riċevibbli matul ix-xahar għal kull kategorija ta’ strument u l-istokk medju ta’ depożiti u self matul l-istess xahar. B’kuntrast mal-osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar, ir-rati tal-imgħax tal-IFM fuq ammonti pendenti kkumpilati bħala medji ta’ kull xahar jinkludu wkoll kuntratti li kienu pendenti f’xi ħin matul ix-xahar, inma li ma jkunux aktar pendenti fi tmiem ix-xahar. Il-medja tal-istokk ta’ depożiti u self matul ix-xahar ta’ referenza huwa idealment ikkompilat bħala l-medja tal-istokks ta’ kuljum matul ix-xahar. Bħala standard minimu, l-istokk medju ta’ kull xahar jiġi dedott mill-bilanċi ta’ kuljum għal kategoriji ta’ strumenti volatili, jiġifieri ta’ lanqas depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, kreditu estiż fuq karti ta’ kreditu u self li jiġġedded u overdrafts. Għall-kategoriji l-oħra kollha ta’ strumenti, l-istokk medju ta’ kull xahar huwa dedott mill-bilanċi ta’ kull ġimgħa jew bilanċi aktar frekwenti.

IX.    Punt ta’ żmien ta’ referenza għal negozju ġdid fuq depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, kreditu estiż fuq karti ta’ kreditu u self li jiġġedded u overdrafts

32.

Il-BĊNi jiddeċiedu jekk fuq livell nazzjonali, ir-rati tal-imgħax tal-IFM fuq depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, kreditu estiż fuq karti ta’ kreditu u self li jiġġedded u overdrafts, jiġifieri l-indikaturi 1, 5, 6, 7, 12, 23, 32 u 36 deskritti fl-Appendiċi 2, humiex ikkumpilati bħala ritratt tal-osservazzjonijiet ta’ tmiem il-perijodu jew bħala rati impliċiti li jirreferu għal medji tal-perijodu. Il-perijodu kopert huwa ta’ xahar.

33.

Analogi mal-kompilazzjoni tar-rati tal-imgħax fuq ammonti pendenti li jinsabu fl-Appendiċi 1, ir-rati tal-imgħax fuq id-depożiti ta’ matul il-lejl, id-depożiti mifdija b’notifika, kreditu estiż fuq karti ta’ kreditu u self li jiġġedded u overdrafts jiġu kkompilati b’wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a)

tiġi kkalkolata stampa tal-osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar, jiġifieri l-medji ppeżati tar-rati tal-imgħax applikati għall-istokk ta’ dawn id-depożiti u self f’ċertu punt ta’ żmien fl-aħħar jum tax-xahar. F’dak il-ħin, l-operatur li jirrapporta jiġbor ir-rati tal-imgħax u l-ammonti involuti għad-depożiti kollha ta’ matul il-lejl, id-depożiti mifdija b’notifika, il-kreditu estiż fuq karti ta’ kreditu u s-self li jiġġedded u overdrafts fir-rigward ta’ unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji, u jikkompila rata tal-imgħax medja ippeżata għal kull kategorija ta’ strument. B’kuntrast mal-medji ta’ kull xahar, ir-rati tal-imgħax tal-IFM fuq ammonti pendenti kkompilati bħala osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar ikopru biss dawk il-kuntratti li jkunu għadhom pendenti fil-ħin tal-ġbir tad-dejta;

(b)

jiġu kkalkolati r-rati impliċiti li jirreferu għall-medja tax-xahar, jiġifieri kwozjenti, mal-imgħax akkumulat pagabbli fuq depożiti u riċevibbli fuq self bħala n-numeratur u l-istokk medju ta’ kuljum bħala d-denominatur. Fl-aħħar tax-xahar, għad-depożiti ta’ matul il-lejl, id-depożiti mifdija b’notifika, il-kreditu estiż fuq karti ta’ kreditu u s-self li jiġġedded u overdrafts, l-operatur li jirrapporta għandu jirrapporta l-imgħax akkumulat pagabbli jew riċevibbli matul ix-xahar u l-medja tal-istokk ta’ depożiti u self matul l-istess xahar. Għad-depożiti ta’ matul il-lejl, id-depożiti mifdija b’notifika, il-kreditu estiż fuq karti ta’ kreditu u s-self li jiġġedded u l-overdrafts, il-medja tal-istokk ta’ kull xahar huwa dderivat mill-bilanċi ta’ kuljum. B’kuntrast mal-osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar, ir-rati tal-imgħax tal-IFM fuq ammonti pendenti kkumpilati bħala medji ta’ kull xahar jinkludu wkoll kuntratti li kienu pendenti f’xi żmien matul ix-xahar, imma li ma għadhomx aktar pendenti fi tmiem ix-xahar.

34.

Fir-rigward ta’ kontijiet li jistgħu jkunu jew depożitu jew self, skont il-bilanċ tagħhom, huwa biss il-bilanċ f’ċertu ħin fl-aħħar jum tax-xahar li jiddetermina jekk il-kont huwiex depożitu ta’ matul il-lejl jew overdraft f’dak ix-xahar, jekk ir-rati tal-imgħax tal-IFM jiġu kkompilati bħala ritratt tal-osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar. Jekk ir-rati tal-imgħax tal-IFM huma kkalkolati bħala rati impliċiti li jirreferu għall-medja tax-xahar, issir evalwazzjoni ta’ kuljum dwar jekk il-kont huwiex depożitu jew self. Medja tal-bilanċi ta’ kreditu ta’ kuljum u l-bilanċi tad-debitu ta’ kuljum hija mbagħad ikkalkolata sabiex jiġi dderivat l-istokk medju ta’ kull xahar għad-denominatur tar-rati impliċiti. Barra minn dan, il-fluss fin-numeratur jiddistingwixxi bejn imgħax akkumulat pagabbli fuq depożiti u riċevibbli fuq self. L-operaturi li jirrapportaw ma jirrappurtawx rati tal-imgħax medji ippeżati li jgħaqqdu flimkien rati ta’ depożitu ta’ matul il-lejl (baxxi) u rati ta’ overdraft (għoljin).

X.    Punt ta’ żmien ta’ referenza għal negozju ġdid (minbarra depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn fuq karti ta’ kreditu u self li jiġġedded u overdrafts)

35.

Ir-rati tal-imgħax tal-IFM fuq negozju ġdid minbarra depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn fuq karti ta’ kreditu, u self li jiġġedded u overdrafts, jiġifieri l-indikaturi kollha deskritti fl-Appendiċi 2 minbarra l-indikaturi 1, 5, 6, 7, 12, 23, 32 u 36, huma kkalkolati bħala medji tal-perijodu. Il-perijodu kopert huwa ta’ xahar (sħiħ).

36.

Għal kull kategorija ta’ strument, l-operaturi li jirrapportaw jikkalkolaw ir-rata ta’ negozju ġdid bħala medja ppeżata tar-rati tal-imgħax kollha fuq operazzjonijiet ta’ negozju ġdid fil-kategorija tal-istrument matul ix-xahar ta’ referenza. Dawn ir-rati tal-imgħax li jirreferu għall-medja tax-xahar jintbagħtu lill-BĊN tal-Istat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro (minn hawn ’il quddiem “l-Istat Membru taż-żona tal-euro”) li fih huwa residenti l-operatur li jirrapporta, flimkien mal-ammont ta’ negozju ġdid imwettaq matul ix-xahar tar-rapportar għal kull kategorija ta’ strument. L-operaturi li jirrapportaw iqisu l-operazzjonijiet ta’ negozju ġdid imwettqa matul ix-xahar sħiħ.

37.

Għall-indikaturi li jirreferu għal self innegozjat mill-ġdid lil unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji, jiġifieri l-indikaturi 88 sa 91 deskritti fl-Appendiċi 2, huwa meħtieġ biss it-tagħrif dwar volumi ta’ negozju ġdid. In-negozjati kollha mill-ġdid ta’ kuntratti ta’ depożitu u ta’ self eżistenti kif definiti fil-paragrafi 22 sa 27 għandhom jiġu kkunsidrati, anke jekk l-istess kuntratt huwa nnegozjat mill-ġdid aktar minn darba matul ix-xahar ta’ referenza.

PARTI 4

Kategoriji ta’ strumenti

XI.    Disposizzjonijiet ġenerali

38.

L-operaturi li jirrapportaw jipprovdu l-istatistika dwar ir-rati tal-imgħax tal-IFM fuq ammonti pendenti għall-kategoriji ta’ strumenti speċifikati fl-Appendiċi 1 u dwar negozju ġdid għall-kategoriji ta’ strumenti speċifikati fl-Appendiċi 2. Kif definit fil-paragrafu 16, ir-rati tal-imgħax fuq depoziti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, self li jiġġedded u overdrafts u kreditu estiż fuq karti ta’ kreditu huma rati tal-imgħax fuq neozju ġdid, għalkemm il-kunċett ta’ negozju ġdid huwa estiż għall-istokk kollu, u huma għalhekk inkluzi fl-Appendiċi 2.

39.

Kategorija ta’ strumenti speċifikata fl-Appendiċi 1 u 2 hija inapplikabbli fuq livell nazzjonali f’xi Stati Membri taż-żona tal-euro u għalhekk hija injorata jekk istituzzjonijiet ta’ kreditu u oħrajn residenti ma joffru l-ebda prodott li jappartjeni għal din il-kategorija lil unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji. Id-dejta tingħata jekk jeżisti xi negozju, hu kemm hu limitat.

40.

Għal kull kategorija ta’ strumenti definita fl-Appendiċijiet 1 u 2, u applikata fin-negozju bankarju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u oħrajn residenti ma’ unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji residenti fl-Istati Membri taż-żona tal-euro, l-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM tiġi kkompilata fuq il-bażi tar-rati tal-imgħax kollha applikati lill-prodotti kollha li jaqgħu f’din il-kategorija ta’ strumenti. Dan ifisser li l-BĊNi ma jistgħux jiddefinixxu sett ta’ prodotti nazzjonali fi ħdan kull kategorija ta’ strumenti li fuqhom tinġabar l-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM; minflok, huma koperti r-rati fuq il-prodotti kollha offruti minn kull wieħed mill-operaturi li jirrapportaw. Kif hemm iddikjarat fl-Artikolu 16 tal-Linja Gwida BĊE/2007/9 tal-1 ta’ Awwissu 2007 dwar l-istatistika monetarja, tal-istituzzjonijiet finanzjarji u dik tas-swieq (3), mhuwiex meħtieġ li fil-kampjun il-BĊNi jkopru kull prodott li jeżisti fil-livell nazzjonali. Madankollu, huma ma għandhomx jeskludu kategorija sħiħa ta’ strumenti għal raġunijiet li l-ammonti involuti huma żgħar ħafna. Għaldaqstant, jekk kategorija ta’ strumenti tiġi offruta biss minn istituzzjoni waħda, allura din l-istituzzjoni tiġi rappreżentata fil-kampjun. Jekk kategorija ta’ strumenti ma kinitx teżisti fi Stat Membru taż-żona tal-euro fil-ħin tal-formulazzjoni inizjali tal-kampjun, iżda jkun qiegħed jiġi introdott prodott ġdid li jappartjeni għal din il-kategorija minn istituzzjoni minn hemm ’il quddiem, din l-istituzzjoni tiġi inkluża fil-kampjun fil-ħin tal-verifika dwar ir-rappreżentanza li jmiss. Jekk jinħoloq prodott ġdid fi ħdan kategorija ta’ strumenti eżistenti fil-livell nazzjonali, l-istituzzjonijiet fil-kampjun ikopruh mar-rappurtar li jmiss, billi l-operaturi kollha li jirrapportaw huma mitluba jirrapportaw dwar il-prodotti kollha tagħhom.

41.

L-eċċezzjoni għall-prinċipju li jiġu koperti r-rati kollha tal-imgħax applikati lill-prodotti kollha huma r-rati tal-imgħax fuq self li ma jistax jiġi rkuprat u s-self għar-ristrutturar ta’ dejn. Kif hemm iddikjarat fil-paragrafu 28, is-self kollu li ma jistax jiġi rkuprat, u s-self għar-ristrutturar ta’ dejn b’rati anqas mill-kundizzjonijiet tas-suq, jiġifieri applikati għal debituri f’qagħda finanzjarja ħażina, huwa eskluż mill-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM.

XII.    Kategorizzazzjoni skont il-munita

42.

L-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM tkopri r-rati tal-imgħax applikati mill-popolazzjoni li tirrapporta. Id-dejta dwar depożiti u self f’muniti li mhumiex l-euro m’għandhiex tintalab fil-livell tal-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro. Dan huwa rifless fl-Appendiċijiet 1 u 2 fejn l-indikaturi kollha jirreferu għal depożiti u self iddenominati f’euro.

XIII.    Kategorizzazzjoni skont is-settur

43.

Bl-eċċezzjoni tar-riakkwist, il-kategorizzazzjoni skont is-settur għandha tiġi applikata għad-depożiti u s-self kollha meħtieġa għall-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM. L-Appendiċijiet 1 u 2 għalhekk jiddistingwu bejn l-indikaturi fir-rigward tal-unitajiet domestiċi (inkluż l-istituzzjonijiet li ma għandhomx skop ta' profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi) (4) u fir-rigward ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji (5). Barra minn dan, dejta separata tiġi rrapportata għal proprjetarji uniċi/soċjetajiet mingħajr status legali bħala parti minn unitajiet domestiċi, iżda biss fir-rigward ta’ self għal negozju ġdid għal ‘skopijiet oħrajn’. Il-BĊNi jistgħu jirrinunzjaw għall-obbligu tal-identifikazzjoni separata tas-self lil proprjetarji uniċi meta dan is-self jikkostitwixxi anqas minn 5 % tas-self totali tal-unitajiet domestiċi tal-Istat Membru taż-żona tal-euro f’termini ta’ ammonti pendenti, kif ikkalkolat b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

44.

L-indikatur 5 fl-Appendiċi 1 u l-indikatur 11 fl-Appendiċi 2 jirreferu għar-riakkwisti. Għalkemm ir-remunerazzjoni tar-riakkwisti mhijiex indipendenti mis-settur tal-investimenti fl-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro, l-ebda kategorizzazzjoni skont is-settur ma hija mitluba minn unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji għal riakkwisti fuq il-livell tal-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro. Barra minn dan, l-ebda kategorizzazzjoni skont il-maturità ma hija mitluba fuq il-livell tal-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro, billi huwa assunt li r-riakkwisti huma fil-biċċa l-kbira għal żmien qasir ħafna. Ir-rata tal-imgħax tal-IFM fuq ir-riakkwisti tirreferi mingħajr divrenzjar għaż-żewġ setturi.

45.

L-indikaturi 5 u 6 fl-Appendiċi 2 jirreferu għal depożiti mifdija b’notifika miżmumin minn unitajiet domestiċi. Madankollu, ir-rata tal-imgħax u l-piż għal depożiti mifdija b’notifika, fuq il-livell tal-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro, jirreferu għal depożiti mifdija b’notifika miżmumin kemm minn unitajiet domestiċi kif ukoll minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji, jiġifieri ż-żewġ setturi magħqudin flimkien imma allokati lill-unitajiet domestiċi. Fuq il-livell tal-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro, ma hija mitluba l-ebda skont is-settur.

XIV.    Kategorizzazzjoni skont it-tip ta’ strument

46.

Sakemm ma jkunx iddikjarat b’mod ieħor fil-paragrafi li ġejjin 47 sa 55, il-kategorizzazzjoni skont l-istrument għar-rati tal-imgħax tal-IFM u d-definizzjonijiet tat-tipi ta’ strumenti jsegwu l-kategoriji tal-attiv u l-passiv stabbiliti f’Parti 2 tal-Anness II mar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

47.

Ir-rati tal-imgħax tal-IFM fuq depożiti ta’ matul il-lejl, jiġifieri l-indikaturi 1 u 7 fl-Appendiċi 2, ikopru d-depożiti kollha ta’ matul il-lejl, kemm jekk jirrendu l-imgħax kif ukoll jekk le. Għalhekk depożiti ta’ matul il-lejl mingħajr imgħax jinqabdu mill-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM.

48.

Għall-finijiet tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM, is-self li jiġġedded u l-overdrafts, jiġifieri l-indikaturi 12 u 23 fl-Appendiċi 2, għandhom l-istess tifsira kif definit f’Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33), minkejja l-perijodu inizjali tagħhom tal-iffissar tar-rata tal-imgħax. Penalitajiet fuq overdrafts applikati bħala komponent ta’ imposti oħra, pereżempju fil-forma ta’ tariffi speċjali, ma humiex koperti mill-AAR kif definit fil-paragrafu 1, peress illi din it-tip ta’ rata tkopri biss ir-rata tal-imgħax fuq is-self. Self irrapportat taħt din il-kategorija ma huwa rrappurtat taħt l-ebda kategorija oħra ta’ negozju ġdid.

49.

Għall-finijiet tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM, id-dejn fuq karti ta' kreditu għandu l-istess tifsira kif definit f’Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). Id-dejta fuq ir-rati tal-imgħax tiġi rrapportata biss fir-rigward ta’ kreditu estiż fuq karti ta' kreditu, fl-indikaturi 32 u 36. Ir-rata tal-imgħax fuq il-kreditu ta’ konvenjenza ma tiġix irrapportata separatament, peress li b’definizzjoni hija ta’ 0 %. Madankollu, il-kreditu pendenti fuq il-karti ta’ kreditu ta’ konvenjenza huwa inkluż bħala parti mill-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM fuq ammonti pendenti, flimkien mal-kreditu estiż pendenti fuq il-karta ta’ kreditu. La l-kreditu estiż u lanqas dak ta’ konvenjenza fuq il-karti ta’ kreditu ma hu rrapportat taħt xi indikatur ieħor ta’ negozju ġdid.

50.

Għall-finijiet tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM, self tan-negozju ġdid lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji (minbarra self li jiġġedded u overdrafts u kreditu fuq il-karti ta’ kreditu), jiġifieri l-indikaturi 37 sa 54, 80, 82, 84 u 91 fl-Appendiċi 2, ikopru s-self kollu minbarra dejn fuq il-karti ta’ kreditu u self li jiġġedded u overdrafts lil intrapriżi, irrispettivament mill-ammont tagħhom, filwaqt li l-indikaturi 62 sa 79, 81, 83 u 85 jirreferu għal self iggarantit kif definit fil-paragrafu 64. Self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji fl-Appendiċi 1 li jirreferi għal ammonti pendenti, għandu l-istess tifsira kif definit f’Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u jkopri self li jiġġedded u overdrafts u kreditu fuq il-karti ta’ kreditu.

51.

Għall-iskop tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM, self tan-negozju ġdid lill-unitajiet domestiċi għall-konsum, jiġifieri l-indikaturi 13 sa 15, 30 u 88 fl-Appendiċi 2, huwa definit bħala self, minbarra dejn fuq il-karti ta’ kreditu jew self li jiġġedded u overdrafts, mogħti għall-iskop ta’ użu personali fil-konsum ta’ oġġetti u servizzi, filwaqt li l-indikaturi 55 sa 57 jirreferu għal self iggarantit kif definit fil-paragrafu 64. Self għall-konsum fl-Appendiċi 1 li jirreferi għal ammonti pendenti għandu l-istess tifsira kif definit f’Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u jkopri self li jiġġedded u overdrafts u kreditu fuq il-karti ta’ kreditu.

52.

Għall-iskop tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM, self tan-negozju ġdid lil unitajiet domestiċi għal xiri ta’ djar, jiġifieri l-indikaturi 16 sa 19, 31, u 89 fl-Appendiċi 2, huma definiti bħala kreditu minbarra self li jiġġedded u overdrafts jew kreditu fuq il-karti ta’ kreditu, estiż għall-iskop ta’ investiment fi djar, inkluż bini, garaxxijiet u titjib fid-dar (rinnovazzjoni), filwaqt li l-indikaturi 58 sa 61 jirreferu għal self iggarantit kif definit fil-paragrafu 64. Is-self lil unitajiet domestiċi għal xiri ta’ djar fl-Appendiċi 1 li jirreferi għal ammonti pendenti, għandu l-istess tifsira kif definit f’Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u jkopri self li jiġġedded u overdrafts u kreditu fuq il-karti ta’ kreditu.

53.

Għall-iskop tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM, self tan-negozju ġdid lil unitajiet domestiċi għal skopijiet oħra, jiġifieri l-indikaturi 20 sa 22, 33 sa 35 u 90 fl-Appendiċi 2, huwa definit bħala self minbarra self li jiġġedded u overdrafts jew kreditu fuq il-karti ta’ kreditu, mogħti għal skopijiet bħal negozju, il-konsolidazzjoni tad-dejn, l-edukazzjoni, eċċ. Self ieħor lil unitajiet domestiċi fl-Appendiċi 1 li jirreferi għal ammonti pendenti, għandu l-istess tifsira kif definit f’Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u jinkludi self li jiġġedded u overdrafts u kreditu fuq il-karti ta’ kreditu.

54.

Għal rati tal-imgħax tal-IFM fuq ammonti pendenti, is-self għall-konsum, is-self lil unitajiet domestiċi għax-xiri ta’ djar u self ieħor lil unitajiet domestiċi għal skopijiet oħra, flimkien ikopru s-self mogħti lil unitajiet domestiċi minn istituzzjonijiet ta’ kreditu u oħrajn residenti, inkluż is-self li jiġġedded u overdrafts u l-kreditu fuq il-karti ta’ kreditu.

55.

Għal rati tal-imgħax tal-IFM fuq negozju ġdid, kreditu estiż fuq il-karti ta’ kreditu, is-self li jiġġedded u overdrafts, is-self lil unitajiet domestiċi għall-konsum, għax-xiri ta’ djar u għal skopijiet oħra jkopri s-self kollu kreditu ta’ konvenjenza fuq il-karti ta’ kreditu mogħti lil unitajiet domestiċi minn istituzzjonijiet ta’ kreditu oħrajn residenti. Il-kreditu ta’ konvenjenza fuq il-karti ta’ kreditu ma jiġix irrapportat separatament fl-istatistika dwar ir-rati tal-imgħax tal-IFM għal negozju ġdid, iżda jiġi inkluż bħala parti mill-partiti korrispondenti tal-ammont pendenti.

XV.    Kategorizzazzjoni skont il-kategoriji tal-ammont

56.

Għal self ieħor lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji, jiġifieri l-indikaturi 37 sa 54 u 62 sa 85 fl-Appendiċi 2, issir distinzjoni bejn tliet kategoriji ta’ ammonti: (a) “sa u li jinkludi EUR 0,25 miljun”; (b) “aktar minn EUR 0,25 miljun sa u li jinkludi EUR 1 miljun”. L-ammont jirreferi għat-tranżazzjoni singola ta’ self meqjusa bħala negozju ġdid, aktar milli għan-negozju kollu bejn il-korporazzjoni mhux finanzjarja u l-operatur li jirrapporta.

XVI.    Kategorizzazzjoni skont il-maturità oriġinali u reżidwa, in-notifika u l-perijodu li fih isir l-iffissar mill-ġdid tar-rata tal-imgħax jew l-iffissar tar-rata inizjali

57.

Skont it-tip ta’ strument u jekk ir-rata ta' imgħax tal-IFM tirreferix għal ammonti pendenti jew għal negozju ġdid, l-istatistika tipprovdi skont il-maturità oriġinali u reżidwa, il-perijodi ta’ notifika u l-perijodu li fih isir l-iffissar mill-ġdid tar-rata tal-imgħax jew l-iffissar tar-rata inizjali. Dawn l- jirreferu għal termini ta’ żmien jew firxiet, pereżempju rata tal- imgħax fuq depożitu b’maturità miftiehma ta’ sa sentejn tirreferi għal rata medja fid-depożiti kollha b’maturità oriġinali miftiehma ta’ bejn jumejn u massimu ta’ sentejn, ippeżati skont id-daqs tad-depożitu.

58.

Il-kategorizzazzjoni skont il-maturità oriġinali u reżidwa kif ukoll il-perijodi ta’ notifika u tal-iffissar mill-ġdid tar-rata tal-imgħax isegwu d-definizzjonijiet stipulati f’Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). Kategorizzazzjoni skont il-maturità oriġinali ssir lill-kategoriji kollha ta’ depożiti li mhumiex riakkwisti li jirreferu għal ammonti pendenti u lill-kategoriji kollha ta’ self li jirreferu għal ammonti pendenti kif stipulat fl-Appendiċi 1. Kategorizzazzjoni skont il-maturità oriġinali flimkien mal-maturità reżidwa u l-iffissar mill-ġdid li jmiss tar-rata tal-imgħax hija applikata lill-indikaturi 15 sa 26 kif definit fl-Appendiċi 1. Kategorizzazzjoni skont il-maturità oriġinali tiġi applikata wkoll lil negozju ġdid fuq depożiti b’maturità miftiehma, u kategorizzazzjoni skont il-perijodu ta’ notifika lil negozju ġdid fuq depożiti li jinfdew b’notifika kif stipulat fl-Appendiċi 2. Dejta separata fuq self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji b’perijodu inizjali li fih tiġi ffissata r-rata tal-imgħax li jkun sa sena flimkien mal-maturità oriġinali ta’ ’l fuq minn sena tiġi rrapportata għal kull daqs ta’ self imsemmi fil-paragrafu 56, kif stipulat fl-Appendiċi 2.

59.

Ir-rati tal-imgħax tas-self fuq negozju ġdid, minbarra għall-indikaturi 88 sa 91 fuq self innegozjat mill-ġdid fl-Appendiċi 2, huma analizzati skont il-perijodu inizjali tal-iffissar tar-rata tal-imgħax li jinsab fil-kuntratt. Għall-iskop tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM, il-perijodu inizjali tal-iffissar huwa definit bħala perijodu ta’ żmien iddeterminat minn qabel fil-bidu ta’ kuntratt li matulu l-valur tar-rata tal-imgħax mhuwiex ser jinbidel. Il-perijodu inizjali tal-iffissar jista’ jkun iqsar minn jew daqs il-maturità oriġinali tas-self. Il-valur tar-rata tal-imgħax jitqies biss bħala li ma jinbidilx jekk huwa ddefinit bħala livell eżatt, pereżempju bħala 10 %, jew bħala divrenzjali għal rata ta’ referenza f’punt ta’ żmien fiss, pereżempju bħala EURIBOR ta’ 6 xhur miżjuda b’2 punti perċentwali f’ċertu jum u ħin iddeterminat minn qabel. Jekk fil-bidu tal-kuntratt tinftiehem proċedura biex tiġi kkalkulata r-rata tas-self bejn l-unitajiet domestiċi jew il-korporazzjoni mhux finanzjarja u l-operatur li jirrapporta għal ċertu perijodu ta’ mien, pereżempju EURIBOR ta’ 6 xhur miżjuda b’2 punti perċentwali għal tliet snin, il-perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ma jitqiesx bħala ta’ tliet snin, iżda ta’ sitt xhur, billi l-valur tar-rata tal-imgħax jista’ jinbidel kull sitt xhur matul it-tliet snin. L-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM dwar negozju ġdid ta’ self tirrifletti biss ir-rata tal-imgħax li tinftiehem għall-perijodu inizjali tal-iffissar fil-bidu tal-kuntratt jew wara n-negozjar mill-ġdid tas-self. Jekk wara dan il-perijodu inizjali tal-iffissar ir-rata tal-imgħax tinbidel awtomatikament għal rata varjabbli, dan ma jiġix rifless fir-rati tal-imgħax tal-IFM fuq negozju ġdid iżda biss f’dawk l-ammonti pendenti.

60.

Il-perijodi tal-iffissar tar-rata inizjali li ġejjin huma differenti għas-self lil unitajiet domestiċi:

 

Għal self lil unitajiet domestiċi għall-konsum u skopijiet oħra:

rata varjabbli u iffissar tar-rata inizjali ta’ sa (u tinkludi) sena,

iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa (u tinkludi) ħames snin, u

iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn ħames snin.

 

Għal self lil unitajiet domestiċi għax-xiri ta’ djar:

rata varjabbli u iffissar tar-rata inizjali ta’ sa (u tinkludi) sena,

iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa (u tinkludi) ħames snin,

iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn ħames snin u sa (u tinkludi) 10 snin, u

iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin.

61.

Il-perijodi li ġejjin tal-iffissar tar-rata inizjali huma differenti għas-self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji sa EUR 0,25 miljun, ta’ aktar minn EUR 0,25 miljun u sa EUR 1 miljun u ta’ aktar EUR 1 miljun:

rata varjabbli u iffissar tar-rata inizjali ta’ sa (u tinkludi) tliet xhur,

iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn tliet xhur u sa (u tinkludi) sena,

iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa (u tinkludi) tliet snin,

iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn tliet snin u sa (u tinkludi) ħames snin,

iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn ħames snin u sa (u tinkludi) għaxar snin, u

iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin.

62.

Għall-iskopijiet tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM, “rata varjabbli” hija definita bħala r-rata tal-imgħax li hija suġġetta għal reviżjonijiet tal-imgħax fuq bażi kontinwa (eż. kuljum) jew fid-diskrezzjoni tal-IFM minbarra banek ċentrali u MMFs..

XVII.    Kategorizzazzjoni skont is-self iggarantit b’kollateral u/jew garanziji

63.

Self lil unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji iggarantit b’kollateral u/jew garanziji huwa rrapportat addizzjonalment u separatament għall-kategoriji kollha ta’ negozju ġdid tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM, minbarra l-kreditu fuq il-karti ta’ kreditu, is-self li jiġġedded u l-overdrafts, u s-self għal skopijiet oħra. Barra minn dan l-ebda kategorizzazzjoni skont il-kollateral/garanziji ma hija mitluba għall-indikaturi li jirreferu għal volumi ta’ negozju ġdid ta’ self innegozjat mill-ġdid.

64.

Għall-iskop tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM, il-kategorizzazzjoni ta’ self skont il-kollateral/garanziji tinkludi l-ammont totali ta’ self għal negozju ġdid li huwa kollateralizzat permezz tat-teknika tal-“protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjat” kif definit fl-Artikolu 4(58) Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir- rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment (6) u/jew iggarantit bl-użu tat-teknika “protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjat” kif definit fl-Artikolu 4(59) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, b’tali mod illi l-valur tal-kollateral u/jew garanzija jkun ogħla minn jew daqs l-ammont totali tas-self. Jekk IFM minbarra banek ċentrali u MMFs tapplika sistema differenti mill-“Metodu Standardizzat” kif definit fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal skopijiet superviżorji, hija tista’ tuża wkoll l-istess trattament fir-rapportar tas-self inkluż f’din il-kategorizzazzjoni.

TAQSIMA 5

Obbligi ta’ rapportar

65.

Sabiex jiġu dedotti l-aggregati li jirreferu għall-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro, jiġu applikati tliet livelli ta’ aggregazzjoni għal kull waħda mill-kategoriji ta’ strumenti elenkati fl-Appendiċijiet 1 u 2.

XVIII.    Tagħrif statistiku fil-livell tal-operaturi li jirrapportaw

66.

L-ewwel livell ta’ aggregazzjoni isir mill-operaturi li jirrapportaw kif definit fil-paragrafi 67 sa 72. Madankollu, il-BĊNi jistgħu jistaqsu wkoll lill-operaturi li jirrapportaw biex jipprovdu dejta fuq il-livell ta’ depożiti u self individwali. Id-dejta hija rrapportata lill-BĊN tal-Istat Membru taż-żona tal-euro li fih huwa residenti l-operatur li jirrapporta.

67.

Jekk ir-rati tal-imgħax fuq ammonti pendenti, jiġifieri l-indikaturi 1 sa 26 fl-Appendiċi 1, huma kkumpilati bħala stampa ta’ osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar, allura l-operaturi li jirrapportaw jagħtu rata tal-imgħax medja ippeżata li tirreferi għall-aħħar jum tax-xahar għal kull waħda mill-kategoriji ta’ strumenti.

68.

Jekk ir-rati tal-imgħax fuq ammonti pendenti, jiġifieri l-indikaturi 1 sa 26 fl-Appendiċi 1, huma kkumpilati bħala rati impliċiti li jirreferu għall-medja tax-xahar, l-operaturi li jirrapportaw jagħtu l-imgħax akkumulat pagabbli jew riċevibbli matul ix-xahar u l-istokk medju ta’ depożiti u self matul l-istess xahar għal kull waħda mill-kategoriji ta’ strumenti.

69.

Jekk ir-rati tal-imgħax fuq depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, kreditu estiż fuq il-karti ta’ kreditu u self li jiġġedded u overdrafts, jiġifieri l-indikaturi 1, 5, 6, 7, 12, 23, 32 u 36 fl-Appendiċi 2, huma kkumpilati bħala stampa tal-osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar, allura l-operaturi li jirrapportaw jagħtu rata tal-imgħax medja ppeżata li tirreferi għall-aħħar jum tax-xahar għal kull waħda mill-kategoriji ta’ strumenti.

70.

Jekk ir-rati tal-imgħax fuq depo¿iti ta’ matul il-lejl, depo¿iti mifdija b’notifika, kreditu esti¿ fuq il-karti ta’ kreditu u self li jiġġedded u overdrafts, jiġifieri l-indikaturi 1, 5, 6, 7, 12, 23, 32 u 36 fl-Appendiċi 2, huma kkumpilati bħala rati impliċiti li jirreferu għall-medja tax-xahar, allura l-operaturi li jirrapportaw jagħtu l-imgħax akkumulat pagabbli jew riċevibbli matul ix-xahar u l-istokk medju ta’ depożiti u self matul l-istess xahar għal kull waħda mill-kategoriji ta’ strumenti.

71.

Għal kull waħda mill-kategoriji ta’ strumenti dwar negozju ġdid, jiġifieri l-indikaturi 2 sa 4, 8 sa 11, 13 sa 22, 30 sa 31, 33 sa 35 u 37 sa 85 fl-Appendiċi 2, l-operaturi li jirrapportaw jagħtu rata tal-imgħax medja ppeżata. Barra minn dan l-operaturi li jirrapportaw jagħtu l-ammont ta’ negozju ġdid imwettaq f’kull kategorija ta' strumenti matul ix-xahar għall kull wieħed mill-indikaturi 2 sa 4, 8 sa 11, 13 sa 35 u 37 sa 85 fl-Appendiċi 2. Għall-kategoriji ta’ strumenti li jirreferu għal self innegozjat mill-ġdid lil unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji (indikaturi 88 sa 91 fl-Appendiċi 2), hija mitluba biss informazzjoni dwar negozju ġdid.

72.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u oħrajn li jitħallew minn BĊN biex jirrappurtaw l-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-IFM flimkien bħala grupp jitqiesu bħala operatur wieħed li jirrapporta u jagħtu d-dejta msemmija fil-paragrafi 64 sa 66 b’referenza għall-grupp sħiħ. Barra minn dan, dawn l-operaturi li jirrapportaw ta’ kull sena jagħtu n-numru ta’ istituzzjonijiet li jirrapportaw fi ħdan il-grupp u l-varjanza tar-rati tal-imgħax f’dawn l-istituzzjonijiet għal kull kategorija ta’ strumenti. In-numru tal-istituzzjonijiet li jirrapportaw fi ħdan il-grupp u l-varjanza jirreferu għax-xahar ta’ Ottubru u jiġu trażmessi mad-dejta ta’ Ottubru.

XIX.    Rati tal-imgħax medji ippeżati u riżultati aggregati nazzjonali għall-Istati Membri taż-żona tal-euro

73.

It-tieni livell ta’ aggregazzjoni jitwettaq mill-BĊNi. Huma jaggregaw ir-rati tal-imgħax u l-ammonti relatati tan-negozju għall-operaturi nazzjonali tagħhom kollha li jirrapportaw għal rata tal-imgħax nazzjonali medja ppeżata għal kull kategorija ta’ strumenti. Id-dejta tiġi rrapportata lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Il-livell finali tal-aggregazzjoni tal-kategoriji ta’ strumenti għal kull Stat Membru taż-żona tal-euro għal-livell tal-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro jitwettaq mill-BĊE.


(1)  ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66

(2)  Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi għall-kreditu lill-konsumatur u s-self lil unitajiet domestiċi għax-xiri ta’ djar fil-konfront ta’ istituzzjonijiet li ma għandhomx skop ta' profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi.

(3)  ĠU L 341, 27.12.2007, p. 1

(4)  S.14 u S.15 ikkombinati, kif iddefinit fl-ESA 2010 stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p.1).

(5)  S.11 kif iddefinit fl-ESA 2010.

(6)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1

Appendiċi 1

Kategoriji ta’ strumenti għal rati tal-imgħax fuq ammonti pendenti

AAR jew NDER hija rrappurtata fuq bażi ta’ kull xahar għal kull waħda mill-kategoriji inklużi fit-Tabella 1.

Tabella 1

 

Settur

Tip ta’ strument

Maturità oriġinali

Maturità reżidwa

Iffissar mill-ġdid tar-rata tal-imgħax

Indikatur tal-ammont pendenti

Rekwiżit ta’ rapportar

Depożiti f’EUR

Minn unitajiet domestiċi

B’maturità miftehma

Sa sentejn

 

 

1

AAR

Aktar minn sentejn

 

 

2

AAR

Minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji

B’maturità miftehma

Sa sentejn

 

 

3

AAR

Aktar minn sentejn

 

 

4

AAR

Repos Riakkwist

 

 

5

AAR

Self f’EUR

Lil unitajiet domestiċi

Għax-xiri ta’ djar

Sa sena

 

 

6

AAR

Aktar minn sena u sa 5 snin

 

 

7

AAR

Aktar minn 5 snin

 

 

8

AAR

Għal konsum u skopijiet oħra

Sa sena

 

 

9

AAR

Aktar minn sena u sa 5 snin

 

 

10

AAR

Aktar minn 5 snin

 

 

11

AAR

Total

Aktar minn sena

 

 

15

AAR

sa sena

 

16

AAR

aktar minn sena

fit-12-il xahar li jmiss

17

AAR

Aktar minn sentejn

 

 

18

AAR

sa sentejn

 

19

AAR

aktar minn sentejn

fl-24 xahar li jmiss

20

AAR

Lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Sa sena

 

 

12

AAR

Aktar minn sena u sa 5 snin

 

 

13

AAR

Aktar minn 5 snin

 

 

14

AAR

Aktar minn sena

 

 

21

AAR

sa sena

 

22

AAR

aktar minn sena

fit-12-il xahar li jmiss

23

AAR

Aktar minn sentejn

 

 

24

AAR

sa sentejn

 

25

AAR

aktar minn sentejn

fl-24 xahar li jmiss

26

AAR

Appendiċi 2

AAR jew NDER tiġi rrapportata fuq bażi ta’ kull xahar għall-kategoriji inklużi fit-Tabelli 2, 3 u 4. Ir-rapportar tal-AAR huwa akkompanjat mill-volum ta’ negozju relatat jekk indikat fit-tabelli mill-kelma “ammont”. Għall-kategoriji li jirreferu għal self innegozjat mill-ġdid fit-tabella 6, hija mitluba biss l-informazzjoni dwar il-volum ta’ negozju ġdid.

Il-kategoriji fi ħdan it-Tabelli 2 (minbarra l-indikaturi 33 sa 35), 3, 5 u 6 jeskludu lil xulxin fi ħdan kull tabella. Għalhekk, self irrapportat taħt xi indikatur fit-Tabella 2 (minbarra l-indikaturi 33 sa 35) u/jew fit-Tabella 3 u/jew fit-Tabella 5 u/jew fit-Tabella 6 ma jerġax jiġi rrapportat taħt xi indikatur ieħor fl-istess tabella, ħlief għal self irrapportat fl-indikaturi 33 sa 35, li għandhom ukoll jiġu rrapportati taħt l-indikaturi 20 sa 22.

Is-self kollu rrapportat taħt xi kategorija fit-Tabella 3 għandu jidher ukoll fil-kategoriji korrispondenti tat-Tabelli 2. Għall-indikaturi fit-Tabella 4, dawn huma subindikaturi tat-Tabella 2, u jekk iggarantit, tat-Tabella 3; għalhekk kull self irrapportat fit-Tabella 4 għandu jidher ukoll fit-Tabelli 2 u 3 skont il-każ. Is-self irrapportat taħt xi kategorija fit-Tabella 6 għandu jidher ukoll fil-kategorija xierqa fit-Tabella 2, u skont il-każ, fil-kategorija xierqa fit-Tabelli 3 u 4.

It-Tabella 5 tirreferi biss għall-APRC. Self imniżżel fit-Tabella 5 għandu jitniżżel ukoll fit-Tabelli 2, 3, 4 u 6 kif jixraq, u titqies il-metodoloġija differenti tal-APRC kif inkluż fil-paragrafu 9.

Il-kunċett ta’ negozju ġdid huwa estiż għall-istokk sħiħ, jiġifieri għall-ammonti pendenti fil-każ ta’ depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, self li jiġġedded u overdrafts u kreditu estiż fuq il-karti ta’ kreditu, jiġifieri l-indikaturi 1, 5, 6, 7, 12, 23, 32, 36.

Tabella 2

 

Settur

Tip ta’ strument

Maturità oriġinali, perijodu ta’ notifika, perijodu tal-iffissar tar-rata tal-imgħax inizjali

Indikatur ta’ negozju ġdid

u ta’ rapportar

Depożiti f’EUR

Minn unitajiet domestiċi

Matul il-lejl

1

AAR

B’maturità miftehma

Maturità sa sena

2

AAR, ammont

Maturità ta’ aktar minn sena u sa sentejn

3

AAR, ammont

Maturità ta’ aktar minn sentejn

4

AAR, ammont

Jinfeda b’avviż (*)

Notifika sa 3 xhur

5

AAR

Notifika ta’ aktar minn 3 xhur

6

AAR

Minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Matul il-lejl

7

AAR

B’maturità miftehma

Maturità sa sena

8

AAR, ammont

Maturità ta’ aktar minn sena u sa sentejn

9

AAR, ammont

Maturità ta’ aktar minn sentejn

10

AAR, ammont

Riakkwisti

11

AAR, ammont

Self f’EUR

Lil unitajiet domestiċi

Self li jiġġedded u overdrafts

12

AAR

Kreditu estiż fuq il-karti ta’ kreditu

32

AAR

Għall-konsum

Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa sena

13

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa 5 snin

14

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin

15

AAR, ammont

Għax-xiri ta’ djar

Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa sena

16

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa 5 snin

17

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin

18

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin

19

AAR, ammont

Għal skopijiet oħra

Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa sena

20

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa 5 snin

21

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin

22

AAR, ammont

Għal skopijiet oħra, li minnhom: Proprjetarji uniċi

Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa sena

33

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa 5 snin

34

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin

35

AAR, ammont

Self f’EUR

Lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Self li jiġġedded u overdrafts

23

AAR

Kreditu estiż fuq il-karti ta’ kreditu

36

AAR

Self sa ammont ta’ EUR 0,25 mn

Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa tliet xhur

37

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 xhur u sa sena

38

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa 3 snin

39

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 snin u sa 5 snin

40

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin

41

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin

42

AAR, ammont

Self ta’ aktar minn EUR 0,25 mn u sa EUR 1 mn

Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa tliet xhur

43

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 xhur u sa sena

44

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa 3 snin

45

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 snin u sa 5 snin

46

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin

47

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin

48

AAR, ammont

Self ta’ aktar minn EUR 1 mn

Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa tliet xhur

49

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 xhur u sa sena

50

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 1 snin u sa 3 snin

51

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 snin u sa 5 snin

52

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin

53

AAR, amount

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin

54

AAR, ammont


Tabella 3

Self għal negozju ġdid b’kollateral u/jew garanziji

 

Settur

Tip ta’ strument

Perijodu tal-iffissar tar-rata tal-imgħax inizjali

Indikatur ta’ negozju ġdid

Rekwiżit ta’ rapportar

Self f’EUR

Lil unitajiet domestiċi

Għall-konsum

Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa sena

55

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 1 snin u sa 5 snin

56

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin

57

AAR, ammont

Għax-xiri ta’ djar

Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa sena

58

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 1 snin u sa 5 snin

59

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin

60

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin

61

AAR, ammont

Self f’EUR

Lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Self sa ammont ta’ EUR 0,25 mn

Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa tliet xhur

62

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 xhur u sa sena

63

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 1 snin u sa 3 snin

64

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 snin u sa 5 snin

65

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin

66

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin

67

AAR, ammont

Self ta’ aktar minn EUR 0,25 mn u sa EUR 1 mn

Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa tliet xhur

68

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 xhur u sa sena

69

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 1 snin u sa 3 snin

70

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 snin u sa 5 snin

71

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin

72

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin

73

AAR, ammont

Self ta’ aktar minn EUR 1 mn

Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa tliet xhur

74

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 xhur u sa sena

75

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 1 snin u sa 3 snin

76

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 snin u sa 5 snin

77

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin

78

AAR, ammont

Perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin

79

AAR, ammont


Tabella 4

Self għal negozju ġdid lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji b’perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali ta’ anqas minn sena u ta’ maturità oriġinali ta’ aktar minn sena

 

Settur

Tip ta’ strument

Is-self kollu / is-self ikkollateralizzat/iggarantit skont il-maturità oriġinali

Indikatur ta’ negozju ġdid

Rekwiżit ta’ rapportar

Self f’EUR

Lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Self sa ammont ta’ EUR 0,25 mn

Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa sena, b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sena

80

AAR, ammont

Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa sena, b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sena, self ikkollateralizzat/iggarantit biss

81

AAR, ammont

Self ta’ aktar minn EUR 0,25 mn u sa EUR 1 mn

Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa sena, b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sena

82

AAR, ammont

Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa sena, b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sena, self ikkollateralizzat/iggarantit biss

83

AAR, ammont

Self ta’ aktar minn EUR 1 mn

Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa sena, b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sena

84

AAR, ammont

Rata varjabbli u perijodu tal-iffissar tar-rata inizjali sa sena, b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sena, self ikkollateralizzat/iggarantit biss

85

AAR, ammont


Tabella 5

Self għal negozju ġdid lil unitajiet domestiċi

 

Settur

Tip ta’ strument

Is-self kollu

Indikatur ta’ negozju ġdid

Rekwiżit ta’ rapportar

Self f’EUR

Lil unitajiet domestiċi

Għall-konsum

APRC

30

APRC

Għal xiri ta’ djar

APRC

31

APRC


Tabella 6

Self innegozjat mill-ġdid għal-negozju ġdid

 

Settur

Tip ta’ strument

Maturità oriġinali, perijodu ta’ notifika, perijodu tal-iffissar tar-rata tal-imgħax inizjali

Indikatur ta’ negozju ġdid

Rekwiżit ta’ rapportar

Self f’EUR

Lil unitajiet domestiċi

Għall-konsum

total

88

Ammont

Għax-xiri ta’ djar

total

89

Ammont

Għal skopijiet oħra

total

90

Ammont

Lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji

total

91

Ammont


(*)  Għal din il-kategorija ta’ strumenti, l-unitajiet domestiċi u l-korporazzjonijiet mhux finanzjarji huma miġburin flimkien u allokati lis-settur tal-unitajiet domestiċi.


ANNESS II

L-operaturi li jirrapportaw għandhom jissodisfaw l-istandards minimi li ġejjin sabiex biex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta‘ rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

1.

Standards minimi għat-trażmissjoni:

(a)

ir-rapportar għandu jkun f'waqtu u fl-iskadenzi stabbiliti mill-BĊN tal-Istat Membru taż-żona tal-euro fejn l-operatur li jirrapporta jkun residenti (minn hawn ’il quddiem il-“BĊN relevanti”);

(b)

ir-rapporti tal-istatistika għandhom jieħdu l-forma u l-format tagħhom mill-obbligi tar-rapportar tekniku stabbiliti mill-BĊN relevanti;

(c)

l-operatur li jirrapporta għandu jipprovdi d-dettalji ta’ persuna ta’ kuntatt waħda jew aktar lill-BĊN relevanti; u

(d)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trażmissjoni ta’ dejta lill-BĊN relevanti għandhom ikunu mħarsa.

2.

Standards minimi għall-preċiżjoni:

(a)

it-tagħrif statistiku għandu jkun korrett;

(b)

l-operaturi li jirrapportaw għandhom ikunu jistgħu jagħtu tagħrif dwar l-iżviluppi indikati mid-dejta trażmessa;

(c)

it-tagħrif statistiku għandu jkun komplet u m’għandux ikun fih; nuqqasijiet kontinwi u strutturali; nuqqasijiet eżistenti għandhom jiġu rikonoxxuti, spjegati lill-BĊN relevanti u, fejn applikabbli, irrikonċiljati malli dan ikun possibbli;

(d)

l-operaturi li jirrapportaw għandhom isegwu d-dimensjonijiet, il-politika tat-tqarrib u d-deċimali stabbiliti mill-BĊN relevanti għat-trażmissjoni teknika ta’ dejta.

3.

Standards minimi għall-konformità mal-kunċetti:

(a)

tagħrif statistiku għandu jkun konformi mad-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet li qegħdin f'dan ir-Regolament;

(b)

f’każ ta’ devjazzjonijiet minn dawn id-definizzjonijiet u klassifikazzjonijiet, l-operaturi li jirrapportaw għandhom jimmonitorjaw u jikkwantifikaw id-differenza bejn il-kejl użat u l-kejl li jinsab f'dan ir-Regolament fuq bażi regolari;

(c)

l-operaturi li jirrapportaw għandhom ikunu jistgħu jispjegaw nuqqasijiet fid-dejta trażmessa meta mqabbla maċ-ċifri tal-perijodi ta’ qabel.

4.

Standards minimi għal reviżjonijiet:

Il-politika ta' reviżjoni u l-proċeduri stipulati mill-BĊE u mill-BĊN relevanti għandhom ikunu mħarsa. Reviżjonijiet li jitbiegħdu minn reviżjonijiet regolari għandhom ikollhom magħhom noti spjegattivi.


ANNESS III

REGOLAMENT IMĦASSAR BIL-LISTA TA’ EMENDI SUĊĊESSIVI

(imsemmija fl-Artikolu 7)

Regolament (KE) Nru 63/2002 (BĊE/2003/18)

(ĠU L 10, 12.1.2002, p. 24)

Emendat minn:

 

Regolament (KE) Nru 2181/2004 (BĊE/2004/21)

(GU L 371, 18.12.2004, p. 42

 

Regolament (KE) Nru 290/2009 (BĊE/2009/7)

(ĠU L 94, 8.4.2009, p. 75)

 

Regolament (UE) Nru 674/2010 (BĊE/2010/7)

(ĠU L 196, 28.7.2010, p. 23)


ANNESS IV

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Regolament (KE) Nru 63/2002 (BĊE/2003/18)

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)

 

Artikolu 2(2)

 

Artikolu 2(3)

 

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(5)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(6)

Artikolu 3

Artikolu 3

 

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

 

Artikolu 8

Artikolu 7

Artikolu 9

Anness I (1)

 

Anness II

Anness I

Anness III

Anness II

 

Anness III

Anness IV

 


(1)  Għandha tiġi inkluża f’Linja Gwida tal-BĊE għar-riformulazzjoni tal-Linja Gwida BĊE/2007/9.


Fuq