EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32004D0019(01)

Id-Deċiżjoni tal-Bank Centrali Ewropew ta' l- 14 ta' Diċembru, 2004 , dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2005 (BĊE/2004/19)

ĠU L 379, 24.12.2004, p. 107–107 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 269M, 14.10.2005, p. 123–123 (MT)

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/899/oj

14.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

123


ID-DEĊIŻJONI TAL-BANK CENTRALI EWROPEW

ta' l-14 ta' Diċembru, 2004,

dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2005

(BĊE/2004/19)

(2004/899/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunita` Ewropeja, partikolarment l-Artikolu 106 (2),

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta' Jannar, 1999, biex japprova l-volum ta' muniti li joħorġu l-Istati Membri li adottaw il-euro (l-Istati Membri parteċipanti).

(2)

L-Istati Membri parteċipanti ppreżentaw lill-BĊE għall-approvazzjoni tiegħu, kemm jistmaw li għandu jkun il-volum ta' muniti euro li se joħorġu fl-2005, flimkien ma' noti ta' spjega dwar il-metodoloġija tat-tbassir,

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

L-approvazzjoni tal-volum ta' muniti euro li se jinħarġu fl-2005

Il-BĊE japprova l-volum ta' muniti li l-iStati Membri parteċipanti se joħorġu fl-2005 kif deskritt fit-tabella li ġejja:

(miljuni f'EUR)

 

Il-ħruġ ta' muniti ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni u l-ħruġ ta' muniti għall-kolletturi (mhux iddestinati għaċ-ċirkolazzjoni) fl-2005

Il-Belġju

178,5

Il-Ġermanja

680,0

Il-Greċja

108,8

Spanja

642,0

Franza

468,5

L-Irlanda

131,0

L-Italja

675,0

Il-Lussemburgu

65,0

Il-Pajjiżi l-Baxxi

175,0

L-Awstrija

185,0

Il-Portugall

170,0

Il-Finlandja

60,0

Artikolu 2

Dispożizzjoni Finali

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-iStati Membri parteċipanti.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fl-14 ta' Diċembru, 2004.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


Fuq