EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32012O0029
2012/833/EU: Guideline of the European Central Bank of 10 December 2012 amending Guideline ECB/2010/20 on the legal framework for accounting and financial reporting in the European System of Central Banks (ECB/2012/29)
2012/833/UE: Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 10 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2010/20 dwar il-qafas legali għar-rappurtar tal-kontabilità u dak finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2012/29)
2012/833/UE: Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 10 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2010/20 dwar il-qafas legali għar-rappurtar tal-kontabilità u dak finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2012/29)
ĠU L 356, 22.12.2012, p. 94–108
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 01 Volum 009 P. 168 - 182
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 30/12/2016; Imħassar b' 32016O0034
22.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 356/94 |
LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-10 ta’ Diċembru 2012
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2010/20 dwar il-qafas legali għar-rappurtar tal-kontabilità u dak finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali
(BĊE/2012/29)
(2012/833/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 12.1, 14.3 u 26.4 tieghu,
Wara li kkunsidra l-kontribut tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew skont it-tieni u t-tielet inċiżi tal-Artikolu 46.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Billi:
(1) |
Il-Linja Gwida BĊE/2010/20 tal-11 ta’ Novembru 2010 dwar il-qafas legali għar-rappurtar tal-kontabilità u dak finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (1) tistabbilixxi r-regoli għall-istandardizzar tal-kontabilità u r-rappurtar finanzjarju ta’ operazzjonijiet imwettqa mill-banek ċentrali nazzjonali. |
(2) |
Anness IV tal-Linja Gwida BĊE/2010/20 diġa jistipula, f’termini mhux tassattivi, taħt element 13 tal-passiv ‘Provvisti’ il-possibbiltà li jiġu stabbiliti provvedimenti għar-riskji marbutin mar-rata tal-kambju barrani, ir-rata tal-imgħax, il-kreditu u l-prezz tad-deheb. Minħabba l-importanza li jiġi żgurat illi banek ċentrali nazzjonali jkollhom riżorsi fiannzjarji suffiċjenti sabiex ikopru r-riskji sinifikanti li jirriżultaw mill-attivitajiet tagħhom u mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali tal-kontabilità dwar provvedimenti għar-riskju, huwa meqjus neċessarju illi tissaħħaħ din l-opzjoni billi tiġi inserita fid-dispożizzjonijiet ta’ promulgazzjoni tal-Linja Gwida BĊE/2010/20. Ir-rakkomandazzjoni ma żżommx lil banek ċentrali nazzjonali milli jżommu jew joħolqu provvedimenti għal riskji addizzjonali skont ir-regoli nazzjonali tal-kontabilità tagħhom. |
(3) |
Ir-rapportar finanzjarju ta’ operazzjonijiet ta’ emerġenza għal assistenza ta’ likwidità għandhom ikunu armonizzati u klejms li jirriżultaw minn dawn l-operazzjonijiet għandhom jissemmew f’Anness IV tal-Linja Gwida BĊE/2010/20 taħt l-element 6 tal-assi “Klejms oħrajn kontra istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro”. |
(4) |
Il-Linja Gwida BĊE/2010/20 għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi
Il-Linja Gwida BĊE/2010/20 hija emendata kif ġej:
1. |
Jiżdied dan li ġej bħala Artikolu 6a: “Artikolu 6a Provvediment għar-rata tal-kambju barrani, ir-rata ta’ imgħax, il-kreditu u r-riskji fil-prezz tad-deheb Filwaqt illi jikkunsidra sew in-natura tal-attivitajiet tal-BĊNi, BĊN jista’ jistabbilixxi provvediment għar-rata tal-kambju barrani, ir-rata tal-imgħax, il-kreditu u r-riskji fil-prezz tad-deheb fil-karta tal-bilanċ tiegħu. Il-BĊN għandu jiddeċiedi dwar id-daqs u l-użu tal-provvediment fuq il-bażi ta’ stima rraġunata tal-iskopertura għar-riskju tal-BĊN.”. |
2. |
Anness IV għal-Linja Gwida BĊE/2010/20 huwa mibdul bl-Anness għal din il-Linja Gwida. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din il-Linja Gwida tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2012.
Artikolu 3
Indirizzati
Din il-Linja Gwida tapplika għall-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
ANNESS
“ANNESS IV
KOMPOŻIZZJONI U REGOLI TAL-VALUTAZZJONI GĦALL-KARTA TAL-BILANĊ (1)
ASSI
Element tal-karta ta’ bilanċ (2) |
Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-elementi tal-karta tal-bilanċ |
Prinċipju tal-valutazzjoni |
Skop tal- applikazzjoni (3) |
||||||||
1 |
1 |
Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb |
Deheb fiżiku, jiġifieri ingotti, muniti, platti, biċċiet tad-deheb maħżunin jew ‘under way’.’ Deheb mhux fiżiku, bħal ma huma bilanċi f’deheb, sight accounts (kontijiet mhux allokati), depożiti għal perijodu fiss u klejms biex jiġi riċevut deheb li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet li ġejjin: (a) transazzjonijiet ta’ titjib jew tnaqqis; u (ii) lokazzjoni tad-deheb jew swaps tal-purita’ fejn hemm differenza ta’ aktar minn jum ta’ negozju wieħed bejn ir-rilaxx u r-riċevuta |
Valur tas-suq |
Obbligatorju |
||||||
2 |
2 |
Klejms kontra residenti minn barra ż-żona tal-euro denominati f’valuta barranija |
Klejms kontra kontropartijiet residenti barra ż-żona tal-euro inklużi instituzzjonijiet internazzjonali u sovranazzjonali u banek ċentrali barra ż-żona tal-euro denominati f’valuta barranija |
|
|
||||||
2.1 |
2.1 |
Ammonti riċevibbli mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) |
(a) Drittijiet ta’ kreditu fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett) Kwota nazzjonali bil-bilanċi f’euro mnaqqsin għad-dispożizzjoni tal-IMF. Il-kont Nru 2 tal-IMF (kont f’euro għal spejjeż amministrattivi) jista’ jiġi inkluż taħt dan l-element jew taħt l-element ‘Passiv għar-residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro’ |
(a) Drittijiet ta’ kreditu fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett) Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
||||||
(b) SDRs) Investimenti f’SDRs (gross) |
(b) SDRs) Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
|||||||||
(c) Klejms oħrajn Arranġamenti ġenerali għat-teħid ta’ self, self taħt arranġamenti speċjali ta’ teħid ta’ self, depożiti li jsiru fi trusts taħt il-ġestjoni tal-IMF |
(c) Klejms oħrajn Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
|||||||||
2.2 |
2.2 |
Bilanci ma’ banek u investimenti f’titoli, self barrani u assi esterni oħrajn |
(a) Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’ Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo b’lura |
(a) Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-euro Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
||||||
(b) Investimenti f’titoli barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’ Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, strumenti ta’ ekwità miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti barra ż-żona tal-euro |
(i) Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumi sal-maturità Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
|||||||||
(ii) Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
(iii) Titoli mhux negozjabbli Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
(iv) Strumenti ta’ ekwità negozjabbli Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
||||||||||
(c) elf barrani (depożiti) ma’ banek barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’ |
(c) Self barrani Depożiti skont il-valur nominali maqlubin bir-rata tas-suq tal-kambju ta’ flus barranin |
Obbligatorju |
|||||||||
(d) Assi barranin oħrajn Karti tal-flus u muniti mhux taż-żona tal-euro |
(d) Assi barranin oħrajn Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
|||||||||
3 |
3 |
Krediti kontra residenti taż-żona tal-euro denominati f’valuta barranija |
(a) Investimenti f’titoli fiż-żona tal-euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’ Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, strumenti ta’ ekwità miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti taż-żona tal-euro |
(i) Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumi sal-maturità Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||
(ii) Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità: Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
(iii) Titoli mhux negozjabbli Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
(iv) Strumenti ta’ ekwità negozjabbli Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
||||||||||
(b) Klejms oħrajn kontra residenti taż-żona tal-euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’ Self, depożiti, tranżazzjonijiet repo b’lura, self varju |
(b) Klejms oħrajn Depożiti u self ieħor skont il-valur nominali, maqlubin bir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Mandatory |
|||||||||
4 |
4 |
Talbiet kontra residenti minn barra ż-żona tal-euro denominati f’euro |
|
|
|
||||||
4.1 |
4.1 |
Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self |
(a) Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’ Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus day-to-day. Tranżazzjonijiet ta’ xiri temporanju ta’ assi konnessi mal-amministrazzjoni tat-titoli denominati f’euro |
(a) Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-euro Valur nominali |
Obbligatorju |
||||||
(b) Investimenti f’titoli barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’ Strumenti ta’ ekwità, noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, kollha maħruġin minn residenti minn barra ż-żona tal-euro |
(i) Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità Prezz tas-suq Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
|||||||||
(ii) Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità Kost soġġett għall-indeboliment Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
(iii) Titoli mhux negozjabbli Kost suġġett għal indeboliment Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
(iv) Strumenti ta’ ekwità negozjabbli Prezz tas-suq |
Obbligatorju |
||||||||||
(c) Self barra ż-żona tal-euro li mhuwiex dak taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’ |
(c) Self barra ż-żona tal-euro Depożiti skont il-valur nominali |
Obbligatorju |
|||||||||
(d) Titoli minbarra dawk taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’, maħruġin minn entitajiet barra ż-żona tal-euro Titoli maħruġin minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali jew internazzjonali, eż il-Bank Ewropew għall-Investiment, irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom |
(i) Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumi sal-maturità Prezz tas-suq Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
|||||||||
(ii) Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità Kost soġġett għall-indeboliment Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
(iii) Titoli mhux negozjabbli Kost suġġett għal indeboliment Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
4.2 |
4.2 |
Klejms li jirriżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II |
Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||||
5 |
5 |
Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro |
Partiti 5.1 sa 5.5: tranżazzjonijiet skont l-instrumenti ta’ politika monetarja rispettivi deskritti fl-Anness I għal Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-istrumenti tal-politika monetarja u l-proċeduri tal-Eurosistema (4) |
|
|
||||||
5.1 |
5.1 |
Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin |
Tranżazzjonijiet b’lura regolari li jipprovdu l-likwidità ta’ kull ġimgħa u li normalment għandhom maturità ta’ ġimgħa |
Valur nominali jew prezz repo |
Obbligatorju |
||||||
5.2 |
5.2 |
Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal |
Tranżazzjonijiet b’lura regolari li jipprovdu l-likwidità ta’ kull xahar u li normalment għandhom maturità ta’ tliet xhur |
Valur nominali jew prezz repo |
Obbligatorju |
||||||
5.3 |
5.3 |
Operazzjonijiet ta’ rfinar b’lura |
Tranżazzjonijiet b’lura, eżegwiti bħala tranżazzjonijiet ad hoc għal finijiet ta’ kalibrazzjoni |
Valur nominali jew prezz repo |
Obbligatorju |
||||||
5.4 |
5.4 |
Operazzjonijiet strutturali b’lura |
Transazzjonijiet b’lura li jaġġustaw il-pożizzjoni strutturali tal-Eurosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju |
Valur nominali jew prezz repo |
Obbligatorju |
||||||
5.5 |
5.5 |
Faċilità ta’ self marġinali |
Faċilità ta’ likwidità mil-lejl għan-nhar b’rata ta’ imgħax fuq assi eliġibbli speċifikata minn qabel (faċilità permanenti) |
Valur nominali jew prezz repo |
Obbligatorju |
||||||
5.6 |
5.6 |
Krediti relatati ma’ sejħiet marġinali |
Kreditu addizzjonali lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jirriżulta minn żidiet fil-valur tal-assi sottostanti fir-rigward ta’ kreditu ieħor lil dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu |
Valur nominali jew kost |
Obbligatorju |
||||||
6 |
6 |
Krediti ohra kontra istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro |
Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo b’lura b’rabta mal-amministrazzjoni ta’ portafolli ta’ titoli taħt il-partita tal-attiv 7 ‘Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro’, inklużi tranżazzjonijiet li jirriżultaw mit-trasformazzjoni tar-riżervi ta’ qabel ta’ valuta barranija taż-żona tal-euro u klejms oħrajn. Kontijiet korrispondenti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux domestiċi fiż-żona tal-euro. Talbiet oħra u operazzjonijiet mhux relatati ma’ operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Klejms li jirriżultaw minn operazzjonijiet ta’ politka monetarja mibdijin minn BĊN qabel ma ssieħeb fl-Eurosistema |
Valur nominali jew kost |
Obbligatorju |
||||||
7 |
7 |
Titoli ta’ residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro |
|
|
|
||||||
7.1 |
7.1 |
Titoli miżmumin għal finijiet ta’ politika monetarja |
Titoli maħruġin fiż-żona tal-euro u miżmumin għal finijiet ta’ politika monetarja. Ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE mixtrijin għal finijiet ta’ kalibrazzjoni |
(a) Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumi sal-maturità Prezz tas-suq Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||
(b) Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità: Kost zuġġett għall-indeboliment (l-iprezz meta l-indeboliment huwa kopert minn provvediment taħt l-element tal-passiv 13(b) ‚Provvedimenti’) Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
(c) Titoli mhux negozjabbli Kost suġġett għal indeboliment Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
7.2 |
7.2 |
Titoli oħra |
Titoli minbarra dawk taħt l-element tal-attiv 7.1 ‘Titoli miżmumin għal finijiet ta’ politika monetarja’ u taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’; karti tal-flus u bonds, kambjali, bonds żero, strumenti tas-suq tal-flus miżmumin għal kollox, inklużi titoli tal-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM, denominati f’euro. Strumenti ta’ ishma azzjonarji |
(a) Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumi sal-maturità Prezz tas-suq Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||
(b) Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità: Kost suġġett għal indeboliment Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
(c) Titoli mhux negozjabbli Kost suġġett għal indeboliment Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
(d) Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli Prezz tas-suq |
Obbligatorju |
||||||||||
8 |
8 |
Dejn ġenerali tal-gvern denominat f’euro |
Klejms fuq il-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM (titoli mhux negozjabbli, self) |
Depożiti/self bil-valur nominali, titoli mhux negozjabbli skont il-kost |
Obbligatorju |
||||||
— |
9 |
Krediti intra-Eurosistema+) |
|
|
|
||||||
— |
9.1 |
Interess parteċipanti fil-BĊE+) |
Element tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss Is-sehem ta’ kull BĊN fil-kapital tal-BĊE skont it-Trattat u l-iskema kapitali u l-kontribuzzjonijiet rispettivi skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ |
Kost |
Obbligatorju |
||||||
— |
9.2 |
Klejms ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin+) |
Element tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss Klejms denominati f’euro fuq il-BĊE fir-rigward ta’ trasferimenti inizjali u addizzjonali ta’ riżervi barranin taħt l-Artikolu 30 tal-Istatut tas-SEBĊ |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||||
— |
9.3 |
Klejms marbutin mal-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn mill-BĊE+) |
Element tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss Klejms intra-Eurosistema fil-konfront ta’ BĊNi li jirriżultaw mill-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn mill-BĊE |
Kost |
Obbligatorju |
||||||
— |
9.4 |
Klejms nett marbutin mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus euro fi ħdan l-Eurosistema+) (*) |
Għall-BĊNi: kreditu nett relatat mal-applikazzjoni tal-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus i.e. inklużi l-bilanċi interni għall-Eurosistema relatati mal-ħruġ tal-karti tal-flus tal-BĊE, l-ammont kompensatorju u l-entrata tal-bilanċ tal-kontabilità kif definita mid-Deċiżjoni BĊE/2010/23 tal-25 ta’ Novembru 2010 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro (5) Għall-BĊE: krediti relatati mal-ħruġ tal-karti tal-flus tal-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||||
— |
9.5 |
Klejms oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (nett)+) |
Pożizzjoni nett tas-subelementi li ġejjin: |
|
|
||||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||||
9 |
10 |
Elementi fil-proċess tas-saldu |
Bilanċi fil-kont tas-saldu (klejms), inkluż iċ-ċaqliq taċ-ċekkijiet li qed jinġabru |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||||
9 |
11 |
Assi oħrajn |
|
|
|
||||||
9 |
11.1 |
Muniti taż-żona tal-euro |
Muniti euro jekk BĊN ma jkunx l-emittent legali |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||||
9 |
11.2 |
Assi fissi tanġibbli u intanġibbli |
Art u bini, għamara u tagħmir inkluż tagħmir tal-kompjuter, software |
Kost wara d-deprezzament Rati ta’ deprezzament:
Kapitalizzazzjoni tan-nefqa: ibbażata fuq il-limitu (taħt EUR 10 000 eskluża l-VAT; mingħajr kapitalizzazzjoni) |
Recommended |
||||||
9 |
11.3 |
Assi finanzjarji ohrajn |
|
(a) Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli Prezz tas-suq |
Irrakkomandat |
||||||
(b) Interessi parteċipanti u ishma azzjonarji mhux likwidi, u kwalunkwe strumenti ta’ ishma azzjonarji oħrajn miżmuma bħala investimenti permanenti Kost suġġett għal indeboliment |
Irrakkomandat |
||||||||||
(c) Investiment f’sussidjarji jew interessi sinifikanti Valur tal-assi nett |
Irrakkomandat |
||||||||||
(d) Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumi sal-maturità Prezz tas-suq Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Irrakkomandat |
||||||||||
(e) Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità jew miżmumink bħala investiment permanenti Kost suġġett għal indeboliment Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Irrakkomandat |
||||||||||
(f) Titoli mhux negozjabbli Kost suġġett għal indeboliment Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Irrakkomandat |
||||||||||
(g) Bilanċi ma’ banek u self Valur nominali, mibdulbir-rata tas-suq tal-valuta barranija jekk il-bilanċi jew id-depożiti huma denominati f’valuti barranin |
Irrakkomandat |
||||||||||
9 |
11.4 |
Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti barra l-karta tal-bilanċ |
Riżultati tal-valutazzjoni ta’ forwards ta’ valuta barranija, tpartit ta’ valuta barranija, tpartit tar-rata tal-imgħax, ftehim bil-quddiem tar-rata, tranżazzjonijiet bil-quddiem f’titoli, tranżazzjonijiet immedjati tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tal-ħlas |
Il-pożizzjoni netta bejn bil-quddiem u immedjat, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
||||||
9 |
11.5 |
Dovuti u spejjeż imħallsin minn qabel |
Dħul mhux dovut, imma assenjabbli fil-perijodu rrappurtat. Spejjeż u imgħax akkumulat imħallsin minn qabel (jiġifieri imgħax akkumulat mixtri b’titolu) |
Valur nominali, valuta barranija maqluba bir-rata tas-suq |
Obbligatorju |
||||||
9 |
11.6 |
Varji |
Advances, self u elementi minuri oħra Kontijiet temporanji tar-rivalutazzjoni (l-uniku element tal-karta tal-bilanċ matul is-sena: telf mhux realizzat fid-dati ta’ rivalutazzjoni matul is-sena, li mhumiex koperti mill-kontijiet ta’ rivalutazzjoni rispettivi taħt il-partita tal-passiv ‘Kontijiet ta’ rivalutazzjoni’). Self mogħti fuq bażi ta’ fiduċja Investimenti marbutin ma’ depożiti ta’ deheb tal-klijent Muniti denominati f’unitajiet tal-valuta nazzjonali taż-żona tal-euro. Spiża kurrenti (telf akkumulat nett), telf tas-sena ta’ qabel il-kopertura Assi nett tal-pensjoni |
Valur nominali jew kost |
Irrakkomandat |
||||||
Kontijiet temporanji tar-rivalutazzjoni Differenza fir-rivalutazzjoni bejn l-ispiża medja u l-valur tas-suq, bil-kambju maqlub bir-rata tas-suq |
Obbligatorju |
||||||||||
Investimenti marbutin ma’ depożiti ta’ deheb tal-klijent Valur tas-suq |
Obbligatorju |
||||||||||
Klejms pendenti li jirriżultaw mill-inadempjenza tal-kontropartijiet tal-Eurosistema fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema |
Krediti pendenti (minn inadempjenzi) Valur nominali/li jista’ jiġi rkuprat (qabel/wara s-saldu tat-telf) |
Obbligatorju |
|||||||||
Assi jew klejms (fil-konfront ta’ terzi) negozjati u/jew miksubin fil-kuntest tar-realizzazzjoni tal-garanzija ppreżentata mill-kontropartijiet tal-Eurosistema li huma inadempjenti |
Assi jew klejms (minn inadempjenzi) Kost (maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fil-ħin tal-akkwist jekk l-assi finanzjarji huma denominati f’valuti barranin) |
Obbligatorju |
|||||||||
— |
12 |
Telf ghas-sena |
|
Valur nominali |
Obbligatorju |
PASSIV
Element tal-karta ta’ bilanċ (6) |
Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-elementi tal-karta tal-bilanċ |
Prinċipju tal-valutazzjoni |
Skop tal- applikazzjoni (7) |
||||||
1 |
1 |
Karti tal-flus f’ċirkolazzjoni* (**) |
|
|
Obbligatorju |
||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||
2 |
2 |
Passiv lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro marbutin mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro |
Elementi 2.1, 2.2, 2.3 u 2.5: depożiti f’euro kif deskritti fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 |
|
|
||||
2.1 |
2.1 |
Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) |
Kontijiet denominati f’euro ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma inklużi fil-lista ta’ istituzzjonijiet finanzjarji soġġetti għar-riżervi minimi skont l-Istatut tas-SEBĊ. Dan l-element jinkludi primarjament kontijiet użati sabiex jinżammu riżervi minimi |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
2.2 |
2.2 |
Faċilità ta’ depożitu |
Depożiti mil-lejl għan-nhar b’rata ta’ imgħax speċifikata minn qabel (faċilità permanenti) |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
2.3 |
2.3 |
Depożiti għal terminu fiss |
Ġbir għall-finijiet ta’ assorbiment tal-likwidità minħabba operazzjonijiet ta’ kalibrazzjoni |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
2.4 |
2.4 |
Operazzjonijiet ta’ rfinar b’lura |
Tranżazzjonijiet b’rabta mal-politika monetarja bil-għan li jkun hemm assorbiment ta’ likwidità |
Valur nominali jew prezz repo |
Obbligatorju |
||||
2.5 |
2.5 |
Depożiti relatati ma’ sejħiet marġinali |
Depożiti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jirriżultaw minn tnaqqis fil-valur ta’ assi sottostanti fil-konfront ta’ krediti lejn dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
3 |
3 |
Passiv ieħor fil-konfront ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominat f’euro |
Tranżazzjonijiet repo konnessi ma’ tranżazzjonijiet repo b’lura simultanji għall-ġestjoni ta’ portafolli ta’ titoli taħt l-element tal-assi 7 ‘Titoli ta’ residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro’. Operazzjonijiet oħrajn mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema Ebda kontijiet kurrenti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu Kull passiv/depożitu li jirriżulta minn operazzjonijiet ta’ politika monetarja mibdijin minn bank ċentrali qabel ma ssieħeb fl-Eurosistema |
Valur nominali jew kost repo |
Obbligatorju |
||||
4 |
4 |
Ċertifikati ta’ dejn maħruġa |
Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss —għall-BĊNi element tranżitorju tal-karta tal-bilanċ Ċertifikati ta’ dejn kif deskritti fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14. Karta ta’ skont, maħruġin għall-finijiet ta’ assorbiment tal-likwidità |
Kost Kull skont huwa ammortizzat |
Obbligatorju |
||||
5 |
5 |
Passiv fil-konfront ta’ residenti ohra taż-żona tal-euro denominati f’euro |
|
|
|
||||
5.1 |
5.1 |
Gvern ġenerali |
Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
5.2 |
5.2 |
Passiv ieħor |
Kontijiet kurrenti tal-persunal, ta’ kumpaniji u ta’ klijenti inklużi istituzzjonijiet finanzjarji elenkati bħala eżenti mill-obbligu li jżommu riżervi minimi (ara l-element tal-passiv 2.1); depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli fuq talba |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
6 |
6 |
Passiv fil-konfront ta’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro |
Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba inklużi kontijiet miżmumin għal finijiet ta’ ħlas u kontijiet miżmumin għal finijiet ta’ ġestjoni tar-riżervi: ta’ banek oħra, banek ċentrali, istituzzjonijiet internazzjonali/sovranazzjonali inklużi l-Kummissjoni Ewropea; kontijiet kurrenti ta’ depożitanti oħra. Tranżazzjonijiet repo b’rabta mat-tranżazzjonijiet repo simultanji b’lura għall-ġestjoni ta’ titoli denominati f’euro. Bilanċi ta’ kontijiet TARGET2 tal-banek ċentrali ta’ Stati Membri li l-valuta tagħhom mhijiex l-euro |
Valur nominali jew prezz repo |
Obbligatorju |
||||
7 |
7 |
Passiv fil-konfront ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’valuta barranija |
Kontijiet kurrenti, passiv taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta’ investiment permezz ta’ assi f’valuta barranija jew deheb |
Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
||||
8 |
8 |
Passiv fil-konfront ta’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’valuta barranija |
|
|
|
||||
8.1 |
8.1 |
Depoziti, bilanċi u passiv ieħor |
Kontijiet kurrenti Passiv taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta’ investiment permezz ta’ assi f’valuta barranija jew deheb |
Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
||||
8.2 |
8.2 |
Passiv li jirriżulta mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II |
Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II |
Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
||||
9 |
9 |
Il-kontroparti ta’ drittijiet speċjali ta’ kreditu allokati mill-IMF |
Element denominat bħala SDR li juri l-ammont ta’ SDRs li kienu oriġinalment allokati lil kull pajjiż/BĊN rispettiv |
Valur nominali, qlib bir-rata tal-kambju tas-suq |
Obbligatorju |
||||
— |
10 |
Passiv intra-Eurosistema+) |
|
|
|
||||
— |
10.1 |
Passiv ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin+) |
Element fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss denominat f’euro |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
— |
10.2 |
Passiv relatat mal-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn mill-BĊE+) |
Element tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss Passiv intra-Eurosistema fil-konfront tal-BĊE li jirriżulta mill-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn mill-BĊE |
Kost |
Obbligatorju |
||||
— |
10.3 |
Passiv nett marbut mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus euro fi ħdan l-Eurosistema+), (**) |
Element tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss Għall-BĊNi: passiv nett relatat mal-applikazzjoni tal-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus jiġifieri inklużi l-bilanċi intra-Eurosistema relatati mal-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-BĊE, l-ammont kumpensatorju u l-entrata tiegħu fil-kont ta’ bilanċ, kif definiti mid-Deċiżjoni BĊE/2010/23 |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
— |
10.4 |
Passiv ieħor fi ħdan l-Eurosistema (netti)+) |
Pożizzjoni nett tas-subelementi li ġejjin: |
|
|
||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||
10 |
11 |
Elementi fil-proċess tas-saldu |
Bilanċi fil-kont tas-saldu (passiv), inkluż iċ-ċaqliq ta’ trasferimenti giro |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
10 |
12 |
Passiv ieħor |
|
|
|
||||
10 |
12.1 |
Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti barra l-karta tal-bilanċ |
Riżultati tal-valutazzjoni ta’ forwards ta’ valuta barranija, tpartit ta’ valuta barranija, tpartit tar-rata tal-imgħax, ftehim bil-quddiem tar-rata, tranżazzjonijiet bil-quddiem f’titoli, tranżazzjonijiet immedjati tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tal-ħlas |
Il-pożizzjoni netta bejn bil-quddiem u immedjat, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
||||
10 |
12.2 |
Dovuti u dħul miġbur bil-quddiem |
Nefqa li ssir dovuta f’perijodu fil-futur imma marbuta mal-perijodu ta’ rappurtar. Dħul riċevut fil-perijodu rrappurtat imma marbut ma’ perijodu futur |
Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq |
Obbligatorju |
||||
10 |
12.3 |
Varji |
Kontijiet provviżorji għat-taxxa Kreditu f’valuta barranija jew kontijiet li jkopru l-garanzija Tranżazzjonijiet repo ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu b’rabta mat-tranżazzjonijiet repo simultanji b’lura għall-ġestjoni ta’ portafolli ta’ titoli taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’. Depożiti obbligatorji li mhumiex depożiti ta’ riżerva. Elementi minuri oħra. Dħul kurrenti (profitt akkumulat nett), profitt tas-sena preċedenti qabel id-distribuzzjoni. Passiv fuq bażi ta’ fiduċja Depożiti tad-deheb tal-klijent. Muniti fiċ-ċirkolazzjoni fil-każ li xi BĊN ikun l-emittent legali. Karti tal-flus f’ċirkolazzjoni denominati f’unitajiet tal-valuti nazzjonali taż-żona tal-euro li m’għadhomx valuta legali iżda li għadhom f’ċirkolazzjoni wara s-sena tal-bidla għall-euro, jekk mhux murijin taħt l-element tal-passiv ‘Provvedimenti’ Passiv tal-pensjoni nett |
Valur nominali jew kost (repo) |
Irrakkomandat |
||||
Depożiti f’deheb tal-konsumatur Valur tas-suq |
Depożiti f’deheb tal-konsumatur: obbligatorju |
||||||||
10 |
13 |
Provvedimenti |
|
|
Irrakkomandat |
||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||
11 |
14 |
Kontijiet ta’ rivalutazzjoni |
Kontijiet ta’ rivalutazzjoni marbutin ma’ movimenti fil-prezz tad-deheb, għal kull tip ta’ titoli denominati f’euro, għal kull tip ta’ titoli denominati f’valuta barranija, għal opzjonijiet; differenzi fil-valutazzjoni tas-suq marbutin ma’ derivattivi tar-rata ta’ imgħax; kontijiet ta’ rivalutazzjoni marbutin ma’ caqliq fir-rata tal-kambju għal kull pożizzjoni netta ta’ valuta barranija, inklużi swaps/forwards ta’ kambju barrani u SDRs Il-kontribuzzjonijiet mill-BĊNi lill-BĊE b’mod konformi mal-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ huma kkonsolidati bl-ammonti rispettivi żvelati taħt l-element tal-attiv 9.1 ‘Interess parteċipanti fil-BĊE’+) |
Differenza fir-rivalutazzjoni bejn l-ispiża medja u l-valur tas-suq, bil-kambju maqlub bir-rata tas-suq |
Obbligatorju |
||||
12 |
15 |
Kapital u riżervi |
|
|
|
||||
12 |
15.1 |
Kapital |
Kapital imħallas — il-kapital tal-BĊE huwa kkonsolidat bl-ishma kapitali tal-BĊNi |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
12 |
15.2 |
Riżervi |
Riżervi legali u riżervi oħra. Qligħ miżmum Il-kontribuzzjonijiet mill-BĊNi lill-BĊE b’mod konformi mal-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ huma kkonsolidati bl-ammonti rispettivi żvelati taħt l-element tal-attiv 9.1 ‘Interess parteċipanti fil-BĊE’+) |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
10 |
16 |
Profitt ghas-sena |
|
Valur nominali |
Obbligatorju |
(1) L-iżvelar b’rabta mal-karti tal-flus euro f’ċirkolazzjoni, ir-remunerazzjoni tal-klejms/passiv nett intra-Eurosistema li jirriżultaw mill-allokazzjoni ta’ karti tal-flus euro fi ħdan l-Eurosistema, u d-dħul monetarju għandhom ikunu armonizzati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali ppubblikati mill-BĊNi. L-elementi li jridu jiġu armonizzati huma indikati b’asterisk fl-Annessi IV, VIII u IX.
(*) Elementi li jridu jiġu armonizzati. Ara l-premessa 5 ta’ din il-Linja Gwida
(2) In-numerazzjoni fl-ewwel kolonna hija relatata mal-formati tal-karta tal-bilanċ mogħtija fl-Annessi V, VI u VII (rendikonti finanzjarji ta’ kull ġimgħa u karta tal-bilanċ annwali kkonsolidata tal-Eurosistema). In-numerazzjoni fit-tieni kolonna hija relatata mal-format tal-karta tal-bilanċ mogħti fl-Anness VIII (karta tal-bilanċ annwali ta’ bank ċentrali). L-elementi mmarkati b ‘+)’ huma kkonsolidati fir-rendikonti finanzjarji ta’ kull ġimgħa tal-Eurosistema.
(3) Il-kompożizzjoni u r-regoli ta’ valutazzjoni elenkati f’dan l-Anness jitqiesu bħala obbligatorji għall-kontijiet tal-BĊE u għall-assi u passiv materjali kollu fil-kontijiet tal-BĊNi għall-iskopijiet tal-Eurosistema i.e. relevanti għall-operat tal-Eurosistema.
(4) ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.
(**) Elementi li jridu jiġu armonizzati. Ara l-premessa 5 ta’ din il-Linja Gwida
(6) In-numerazzjoni fl-ewwel kolonna hija relatata mal-formati tal-karta tal-bilanċ mogħtija fl-Annessi V, VI u VII (rendikonti finanzjarji ta’ kull ġimgħa u karta tal-bilanċ annwali kkonsolidata tal-Eurosistema). In-numerazzjoni fit-tieni kolonna hija relatata mal-format tal-karta tal-bilanċ mogħti fl-Anness VIII (karta tal-bilanċ annwali ta’ bank ċentrali). L-elementi mmarkati b ‘+)’ huma kkonsolidati fir-rendikonti finanzjarji ta’ kull ġimgħa tal-Eurosistema.
(7) Il-kompożizzjoni u r-regoli ta’ valutazzjoni elenkati f’dan l-Anness jitqiesu bħala obbligatorji għall-kontijiet tal-BĊE u għall-assi u passiv materjali kollu fil-kontijiet tal-BĊNi għall-iskopijiet tal-Eurosistema i.e. relevanti għall-operat tal-Eurosistema.”