EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32009D0027(01)

Deċizjoni tal-bank Ċentrali Ewropew tal- 14 ta’ Diċèmbru 2009 li temenda d-Deċìżjoni BĊE/2001/16 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti mis-sena finanzjarja 2002 (BĊE/2009/27)

ĠU L 339, 22.12.2009, p. 55–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 30/12/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0023

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/998/oj

22.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 339/55


DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-14 ta’ Diċèmbru 2009

li temenda d-Deċìżjoni BĊE/2001/16 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti mis-sena finanzjarja 2002

(BĊE/2009/27)

(2009/998/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artiklu 32,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2009/16 tat-2 ta’ Lulju 2009 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti (1) tistabbilixxi programm għax-xiri ta’ bonds koperti għal finijiet ta’ politika monetarja.

(2)

Il-Linja Gwida BĊE/2009/10 tas-7 ta’ Mejju 2009 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2000/7 dwar l-istrumenti ta’ politika monetarja u l-proċeduri tal-Eurosistema (2) tawtorizza l-aċċess għall-operazzjonijiet f’suq miftuħ tal-Eurosistema u l-faċilitajiet permanenti mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li, minħabba n-natura istituzzjonali speċifika tagħhom taħt il-liġi Komunitarja, huma suġġetti għall-iskrutinju ta’ standard paragunabbli mas-superviżjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(3)

L-esperjenza uriet illi huwa meħtieġ li jiġi speċifikat it-trattament ta’ talbiet pendenti li jirriżultaw minn inadempjenzi ta’ kontropartijiet tal-Eurosistema fil-kuntest ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, u tal-attiv finanzjarju relatat.

(4)

Id-Deċiżjoni BĊE/2001/16 tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti mis-sena finanzjarja 2002 (3) għandha bżonn tiġi emendata sabiex tirrifletti dawn l-iżviluppi fil-kalkolu u l-allokazzjoni tad-dħul monetarju,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċizjoni BĊE/2001/16 hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1(ġ) huwa mibdul b’li ġej:

“(ġ)   ‘istituzzjoni ta’ kreditu’ tfisser jew: (a) istituzzjoni ta’ kreditu skont it-tifsira tal-Artikoli 2 u 4(1)a tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u t-tkomplija tan-negozju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, kif implimentata fil-liġi nazzjonali (*), li hija suġġetta għas-superviżjoni minn awtorita’ kompetenti, jew (b) istituzzjoni ta’ kreditu oħra skont it-tifsira tal-Artikolu 123(2) tat-Trattat dwar l-Iffunzjonar tal-Unjoni Ewropea li hija suġġetta għal skrutinju ta’ standard paragunabbli mas-superviżjoni minn awtorita’ kompetenti.

(*)  ĠU L 177, 30.6.2006., p. 1.”"

2.

L-Artikolu 3(2) huwa sostitwit b’li ġej:

“2.   Mill-2003 l-ammont ta’ dħul monetarju ta’ kull BĊN għandu jkun determinat billi jitkejjel id-dħul attwali li jirriżulta mill-attiv assenjabbli rreġistrat fil-kotba tiegħu. Bħala eċċezzjonijiet għal dan, id-deheb għandu jiġi meqjus li ma jiġġenera l-ebda dħul, u t-titoli miżmumin għal finijiet ta’ politika monetarja għandhom jiġu meqjusa li jiġġeneraw dħul skont ir-rata ta’ referenza.”

3.

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16 huma emendati skont l-Anness ta’ din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Disposizzjoni finali

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2009.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-14 ta’ Diċembru 2009.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 175, 4.7.2009, p. 18.

(2)  ĠU L 123, 19.5.2009, p. 99.

(3)  ĠU L 337, 20.12.2001, p. 55.


ANNESS

1.

L-Anness I tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16 huwa mibdul b’li ġej:

“ANNESS I

KOMPOSIZZJONI TAL-BAŻI TAL-PASSIV

A.

Il-bażi tal-passiv tinkludi, bl-esklużjoni ta’ kull partita oħra:

1.

Karti tal-flus fic-cirkolazzjoni

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, fis-sena tal-bidla tal-flus għal kull BĊN ġdid tal-Eurosistema ‘karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni’:

(a)

tinkludi karti tal-flus maħruġin mill-BĊN u denominati fil-valuta nazzjonali tiegħu; u

(b)

għandu jitnaqqsilhom il-valur tas-self mhux remunerat konness ma’ karti tal-flus euro frontloaded li għadhom ma ġewx iddebitati (parti mill-partita tal-attiv tal-HBS).

Wara s-sena relevanti tal-bidla tal-flus, għal kull BĊN ‘karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni’ tfisser karti tal-flus denominati f’euro, bl-esklużjoni ta’ karti tal-flus oħra.

Jekk id-data tal-bidla tal-flus hija ġurnata li fiha t-TARGET2 huwa magħluq, il-passiv ta’ BĊN fl-Eurosistema li jirriżulta minn karti tal-flus euro li ġew offloaded skont il-Linja Gwida BĊE/2006/9 tal-14 ta’ Lulju 2006 dwar ċerti preparazzjonijiet għall-bidla għall-munita euro u dwar il-frontloading u sub-frontloading ta’ karti tal-flus u muniti euro barra ż-żona euro (*) u li daħlu fiċ-ċirkolazzjoni qabel id-data tal-bidla tal-munita jiffurmaw parti mill-bażi tal-passiv (bħala parti mill-kontijiet korrispondenti taħt il-partita tal-passiv 10.4 tal-HBS) sakemm il-passiv isir parti mill-passi ġewwa l-Eurosistema li jirriżulta mit-transazzjonijiet TARGET2.

2.

Passiv fil-konfront ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona euro marbut mal-operazzjonijiet ta’ politika monetarja denominati f’euro, li jinkludu:

(a)

kontijiet kurrenti inklużi r-rekwiżiti minimi tar-riżerva taħt l-Artikolu 19.1 tal-Istatut (partita tal-passiv 2.1 tal-HBS);

(b)

ammonti f’depożiti taħt il-faċilita’ ta’ depożitu tal-Eurosistema (partita tal-passiv 2.2 tal-HBS);

(c)

depożiti għal terminu fiss (partita tal-passiv 2.3 tal-HBS);

(d)

passiv li jirriżulta minn operazzjonijiet ta’ rfinar b’lura (partita tal-passiv 2.4 tal-HBS);

(e)

depożiti marbutin ma’ kopertura addizzjonali (partita tal-passiv 2.5 tal-HBS).

3.

Passiv ta’ depożiti fil-konfront ta’ kontropartijiet inadempjenti fl-Eurosistema u li ġew ikklassifikati mill-ġdid mill-partita tal-passiv 2.1 tal-HBS.

4.

Passiv fi ħdan l-Eurosistema ta’ BĊNi li jirriżulta mill-ħruġ ta’ kambjali lill-BĊE li jsostnu l-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE taħt il-Kapitolu 3.3 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2000/7 (partita tal-passiv 10.2 tal-HBS).

5.

Passiv nett ġewwa l-Eurosistema fuq karti tal-flus euro fiċ-ċirkolazzjoni, inkluż dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 4 ta’ din id-Deċiżjoni (parti mill-partita tal-passiv 10.3 tal-HBS).

6.

Passiv nett ġewwa l-Eurosistema li jirriżulta minn transazzjonijiet TARGET2 remunerati skont ir-rata ta referenza (parti mill-partita tal-passiv 10.4 tal-HBS).

B.

L-ammont tal-bażi tal-passiv ta’ kull BĊN għandu jiġi kkalkulat skont il-prinċipji u r-regoli armonizzati tal-kontabilità stabbiliti fil-Linja Gwida BĊE/2006/16 tal-10 ta’ Novembru 2006 dwar il-qafas legali għall-kontabilita’ u r-rappurtar finanzjarju fis-Sistema Europea ta’ Banek Ċentrali. (**)

(*)  ĠU L 207, 28.7.2006, p. 39."

(**)  ĠU L 348, 11.12.2006, p. 1.”"

2.

L-Anness II tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16 huwa mibdul b’li ġej:

“ANNESS II

ATTIV ASSENJABBLI

A.

L-attiv assenjabbli għandu jinkludi, bl-esklużjoni ta’ kull partita oħra:

1.

Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro (partita tal-attiv 5 tal-HBS).

2.

Titoli miżmumin għal finijiet ta’ politika monetarja (partita tal-attiv 7.1 tal-HBS).

3.

Talbiet ġewwa l-Eurosistema ekwivalenti għat-trasferiment ta’ attiv ta’ riżerva barranija li mhuwiex deheb lill-BĊE taħt l-Artikolu 30 tal-Istatut (parti mill-partita tal-attiv 9.2 tal-HBS).

4.

Passiv nett ġewwa l-Eurosistema fuq karti tal-flus euro fiċ-ċirkolazzjoni, inkluż dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 4 ta’ din id-Deċiżjoni (parti mill-partita tal-attiv 9.4 tal-HBS).

5.

Passiv nett ġewwa l-Eurosistema li jirriżulta minn transazzjonijiet TARGET2 remunerati skont ir-rata ta referenza (parti mill-partita tal-attiv 9.5 tal-HBS).

6.

Deheb, inkluż talbiet fil-konfront ta’ deheb trasferit lill-BĊE, f’ammont li jippermetti lil kull BĊN jassenja proporzjon ta’ dak id-deheb li tikkorrispondi għall-applikazzjoni tas-sehem tiegħu fl-iskema tal-kapital sottoskritt lill-ammont totali ta’ deheb assenjabbli mill-BĊNi kollha (partita tal-attiv 1 u parti mill-partita tal-attiv 9.2 tal-HBS).

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, u tal-anqas sal-kalkolu tad-dħul monetarju għas-sena finanzjarja 2007, id-dehem għandu jiġi valutat skont il-prezz tad-deheb f’euro għal kull uqija fina fil-31 ta’ Diċembru 2002.

7.

Passiv li jirriżulta minn karti tal-flus euro li ġew frontloaded skont il-Linja Gwida BĊE/2006/9 u li mbagħad daħlu fiċ-ċirkolazzjoni qabel id-data tal-bidla tal-munita (parti mill-partita tal-attiv 4.1 tal-HBS sad-data tal-bidla tal-flus u wara parti mir-rendikontijiet korrispondenti taħt il-partita tal-attiv 9.5 tal-HBS), iżda biss sakemm dan il-passiv isir parti mill-passiv tal-Eurosistema li jirriżulta mit-transazzjonijiet TARGET2.

8.

Passiv pendenti li jirriżulta minn inadempjenza ta’ kontropartijiet tal-Eurosistema fil-kuntest ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, u/jew attiv jew passiv finanzjarju (fil-konfront ta’ partijiet terzi) approprjati u/jew miksuba fil-kuntest ta’ operazzjonijiet tar-realizzazzjoni tal-garanzija ppreżentata minn kontropartijiet inadempjenti tal-Eurosistema fil-kuntest ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema kklassifikati mill-ġdid mill-partita tal-attiv 5 tal-HBS (parti mill-partita tal-attiv 11.6 tal-HBS).

B.

Il-valur tal-attiv assenjabbli ta’ kull BĊN għandu jiġi kkalkulat skont il-prinċipji u r-regoli armonizzati tal-kontabilita’ stabbiliti fil-Linja Gwida BĊE/2006/16.”



Fuq