EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32012D0026(01)

2012/754/UE: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 29 ta’ Novembru 2012 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2013 (BĊE/2012/26)

ĠU L 334, 6.12.2012, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 10 Volum 007 P. 167 - 167

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/754/oj

6.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 334/50


DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-29 ta’ Novembru 2012

dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2013

(BĊE/2012/26)

(2012/754/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta’ Jannar 1999 biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

(2)

L-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro ppreżentaw lill-BĊE għall-approvazzjoni tiegħu l-estimi tagħhom tal-volum ta’ muniti tal-euro li għandhom jinħarġu fl-2013, flimkien ma’ noti spjegattivi dwar il-metodoloġija tat-tbassir,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI::

Artikolu 1

Approvazzjoni tal-volum ta’ muniti tal-euro li għandhom jinħarġu fl-2013

Il-BĊE b’dan japprova l-volum ta’ muniti tal-euro li għandhom jinħarġu mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro fl-2013 kif deskritt fit-tabella li ġejja:

(miljuni f’EUR)

 

Ħruġ ta’ muniti ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni u l-ħruġ ta’ muniti għall-kolletturi (mhux iddestinati għaċ-ċirkolazzjoni) fl-2013

Il-Belġju

149,9

Il-Ġermanja

758,0

L-Estonja

10,1

L-Irlanda

48,4

Il-Greċja

8,9

Spanja

230,0

Franza

300,0

L-Italja

101,5

Ċipru

7,1

Il-Lussemburgu

40,0

Malta

8,1

Il-Pajjiżi l-Baxxi

63,8

L-Awstrija

253,0

Il-Portugall

17,2

Is-Slovenja

15,0

Is-Slovakkja

21,4

Il-Finlandja

60,0

Artikolu 2

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta’ Novembru 2012.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


Fuq