EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32005D0014(01)
2005/918/EC: Decision of the European Central Bank of 9 December 2005 on the approval of the volume of coin issuance in 2006 (ECB/2005/14)
2005/918/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 9 ta’ Diċembru 2005 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2006 (BĊE/2005/14)
2005/918/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 9 ta’ Diċembru 2005 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2006 (BĊE/2005/14)
ĠU L 333, 20.12.2005, p. 55–55
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 687–687
(MT)
Fis-seħħ
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
687 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-9 ta’ Diċembru 2005
dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2006
(BĊE/2005/14)
(2005/918/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunita Ewropea, partikolarment l-Artikolu 106 (2),
Billi:
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta’ Jannar, 1999, biex japprova l-volum ta’ muniti li joħorġu l-iStati Membri li adottaw il-euro (l-iStati Membri parteċipanti). |
(2) |
L-iStati Membri parteċipanti ppreżentaw lill-BĊE għall-approvazzjoni tiegħu, kemm jistmaw li għandu jkun il-volum ta’ muniti euro li se joħorġu fl-2006, flimkien ma’ noti ta’ spjega dwar il-metodoloġija tat-tbassir, |
IDDEĊIEDA:
Artikolu 1
L-approvazzjoni tal-volum ta’ muniti euro li se jinħarġu fl-2006
Il-BĊE japprova l-volum ta’ muniti li l-iStati Membri parteċipanti se joħorġu fl-2006 kif deskritt fit-tabella li ġejja:
(miljuni f’EUR) |
|
|
Il-ħruġ ta’ muniti ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni u l-ħruġ ta’ muniti għall-kolletturi (mhux iddestinati għaċ-ċirkolazzjoni) fl-2006 |
Il-Belġju |
145,5 |
Il-Ġermanja |
500,0 |
Il-Greċja |
71,4 |
Spanja |
625,0 |
Franza |
362,0 |
L-Irlanda |
76,0 |
L-Italja |
772,4 |
Il-Lussemburgu |
45,0 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
60,0 |
L-Awstrija |
177,0 |
Il-Portugall |
150,0 |
Il-Finlandja |
60,0 |
Artikolu 2
Dispożizzjoni Finali
Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-iStati Membri parteċipanti.
Magħmul fi Frankfurt am Main, nhar id-9 ta’ Diċembru 2005.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET