EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32003D0015(01)

Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta' Novembru, 2003 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2004 (BĊE/2003/15)

ĠU L 324, 11.12.2003, p. 57–58 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Kapitolu 10 Volum 003 P. 322 - 323
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Kapitolu 10 Volum 003 P. 322 - 323
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Kapitolu 10 Volum 003 P. 322 - 323
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Kapitolu 10 Volum 003 P. 322 - 323
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Kapitolu 10 Volum 003 P. 322 - 323
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 10 Volum 003 P. 322 - 323
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Kapitolu 10 Volum 003 P. 322 - 323
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Kapitolu 10 Volum 003 P. 322 - 323
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Kapitolu 10 Volum 003 P. 322 - 323

Status legali tad-dokument Fis-seħħ: Danl-attinbidel. Verżjoni kkonsolidata kurrenti: 22/07/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/860/oj

32003D0015(01)



Official Journal L 324 , 11/12/2003 P. 0057 - 0058


Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew

tat-28 ta' Novembru 2003

dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2004

(BĊE/2003/15)

(2003/860/KE)

IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, u partikolarment l-Artiklu 106 (2),

Billi:

(1) Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta' Jannar, 1999, biex japprova l-volum ta' muniti li joħorġu l-Istati Membri li addottaw l-ewro (l-Istati Membri parteċipanti).

(2) L-Istati Membri parteċipanti ppreżentaw lill-BĊE għall-approvazzjoni tiegħu, kemm jistmaw li għandu jkun il-volum ta' muniti ewro li se joħorġu fl-2004, flimkien ma' noti ta' spjega dwar il-metodoloġija tat- tbassir,

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

L-approvazzjoni tal-volum ta' muniti ewro li se jinħarġu fl-2004

Il-BĊE japprova l-volum ta' muniti li l-Istati Membri parteċipanti se joħorġu fl-2004 kif deskritt fit-tabella li ġejja:

(miljuni f'EUR) |

| Il-ħruġ ta' muniti ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni u l-ħruġ ta' muniti għall-kolletturi (mhux iddestinati għaċ-ċirkolazzjoni) fl-2004 |

Il-Belġju | 203,0 |

Il-Ġermanja | 1 035,0 |

Il-Greċja | 207,4 |

Spanja | 860,0 |

Franza | 668,9 |

Irlanda | 151,0 |

L-Italja | 170,8 |

Il-Lussemburgu | 70,0 |

Il-Pajjiżi l-Baxxi | 175,0 |

L-Awstrija | 212,0 |

Il-Portugall | 230,0 |

Il-Finlandja | 60,0 |

Artikolu 2

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri parteċipanti.

Din id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropeja.

Magħmula fi Frankfurt am Main, it-28 ta' Novembru 2003.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude Trichet

--------------------------------------------------

Fuq