Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32007D0016(01)

    2007/790/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 23 ta’ Novembru 2007 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2008 (BĊE/2007/16)

    ĠU L 317, 5.12.2007, p. 81–82 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Status legali tad-dokument Fis-seħħ

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/790/oj

    5.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 317/81


    DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tat-23 ta’ Novembru 2007

    dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2008

    (BĊE/2007/16)

    (2007/790/KE)

    IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, partikolarment l-Artikolu 106(2),

    Wara li kkunsidra l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/503/KE ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni minn Ċipru tal-munita waħda fl-1 ta’ Jannar 2008 (1),

    Wara li kkunsidra l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/504/KE ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni minn Malta tal-munita waħda fl-1 ta' Jannar 2008 (2),

    Billi:

    (1)

    Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklużiv mill-1 ta’ Jannar 1999 biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġa mill-Istati Membri li adottaw l-ewro (minn issa ’l quddiem “l-Istati Membri parteċipanti”).

    (2)

    Id-deroga favur Ċipru u Malta msemmija fl-Artikolu 4 ta’ l-Att ta' l-Adeżjoni ta’ l-2003 hija abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2008.

    (3)

    It-13-il Stat Membru parteċipanti ta’ bħalissa, Ċipru u Malta ppreżentaw għall-approvazzjoni tal-BĊE l-estimi tagħhom tal-volum ta’ muniti ewro biex jinħarġu fl-2008, flimkien ma’ noti ta’ spjega dwar il-metodoloġija ta’ tbassir,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Approvazzjoni tal-volum ta’ muniti ewro biex jinħarġu fl-2008

    Il-BĊE japprova l-volum ta’ muniti ewro biex jinħarġu mill-Istati Membri parteċipanti fl-2008 kif deskritt fit-tabella li ġejja:

    (miljuni f’EUR)

     

    Ħruġ ta’ muniti ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni u ħruġ ta’ muniti ta’ kollezzjoni (mhux iddestinati għaċ-ċirkolazzjoni) fl-2008

    Il-Belġju

    130,0

    Il-Ġermanja

    655,0

    L-Irlanda

    114,0

    Il-Greċja

    97,3

    Spanja

    550,0

    Franza

    500,0

    L-Italja

    375,2

    Ċipru

    147,4

    Il-Lussemburgu

    49,0

    Malta

    56,7

    Ir-Renju ta' l-Olanda

    57,5

    L-Awstrija

    185,0

    Il-Portugall

    50,0

    Is-Slovenja

    39,0

    Il-Finlandja

    60,0

    Artikolu 2

    Dispożizzjoni finali

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri parteċipanti.

    Magħmula fi Frankfurt am Main, 23 ta’ Novembru 2007.

    Il-President tal-BĊE

    Jean-Claude TRICHET


    (1)  ĠU L 186, 18.7.2007, p. 29.

    (2)  ĠU L 186, 18.7.2007, p. 32.


    Fuq