EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32005D0012(02)
2005/832/EC: Decision of the European Central Bank of 17 November 2005 amending Decision ECB/2002/11 on the annual accounts of the European Central Bank (ECB/2005/12)
2005/832/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 17 ta’ Novembru 2005 , li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2002/11 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2005/12)
2005/832/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 17 ta’ Novembru 2005 , li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2002/11 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2005/12)
ĠU L 311, 26.11.2005, p. 43–43
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 623–623
(MT)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2006; Imħassar b' 32006D0017(01)
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
623 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-17 ta’ Novembru 2005,
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2002/11 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew
(BĊE/2005/12)
(2005/832/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 26.2,
Billi:
(1) |
Waqt li jikkunsidra kif mistħoqq in-natura ta’ l-attivitajiet tiegħu, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu jkun kopert b’mod adegwat kontra r-riskji tar-rata tal-kambju ta’ flus barranin, tar-rata ta’ l-imgħax u tal-prezz tad-deheb. Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’ jistabbilixxi provvediment għal dawn ir-riskji fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE. |
(2) |
L-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2005/11 dwar id-distribuzzjoni tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-karti tal-flus euro fiċ-ċirkulazzjoni lill-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Istati Membri parteċipanti (1), jistabbilixxi li l-Kunsill Governattiv jista’, qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja, jiddeċiedi biex jittrasferixxi d-dħul kollu tal-BĊE, jew parti minnu, mill-karti tal-flus euro fiċ-ċirkulazzjoni f’ provvediment għar-riskji tar-rata tal-kambju ta’ flus barranin, tar-rata ta’ l-imgħax u tal-prezz tad-deheb, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni BĊE/2002/11 (2) hija emendata kif ġej:
“L-Artikolu 6a li ġej huwa mdaħħal f’Kapitlu II:
Provvediment għar-riskji tar-rata tal-kambju ta’ flus barranin, tar-rata ta’ l-imgħax u tal-prezz tad-deheb
Waqt li jikkunsidra kif mistħoqq in-natura ta’ l-attivitajiet tal-BĊE, il-Kunsill Governattiv jista’ jistabbilixxi provvediment għar-riskji tar-rata tal-kambju ta’ flus barranin, tar-rata ta’ l-imgħax u tal-prezz tad-deheb fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE. Il-Kunsill Governattiv għandu jiddeċiedi dwar id-daqs u l-użu tal-provvediment skond il-bażi ta’ stima rraġunata dwar ir-risk exposures tal-BĊE.”
Artikolu 2
Dispożizzjoni finali
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ ġurnata wara dik li fiha tiġi adottata.
Magħmul fi Frankfurt am Main, nhar is-17 ta’ Novembru, 2005.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 311, 26.11.2005, p. 41.