EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32004D0014(01)
2004/556/EC: Decision of the European Central Bank of 9 July 2004 amending Decision ECB/2003/15 of 28 November 2003 on the approval of the volume of coin issuance in 2004 (ECB/2004/14)
Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 9 ta' Lulju 2004 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2003/15 tat- 28 ta' Novembru 2003 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2004 (BĊE/2004/14) Test b'relevanza għaż-ŻEE.
Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 9 ta' Lulju 2004 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2003/15 tat- 28 ta' Novembru 2003 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2004 (BĊE/2004/14) Test b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 248, 22.7.2004, p. 14–14
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 267M, 12.10.2005, p. 53–53
(MT)
Fis-seħħ
12.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
53 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-9 ta' Lulju 2004
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2003/15 tat-28 ta' Novembru 2003 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2004
(BĊE/2004/14)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2004/556/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, partikolarment l-Artiklu 106(2),
Billi:
(1) |
Sa mill-1 ta' Jannar 1999, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) kellu d-dritt esklussiv li japprova l-volum tal-muniti euro li jistgħu joħorġu l-Istati Membri li addottaw l-euro (minn issa 'l quddiem l-Istati Membri parteċipanti). |
(2) |
Skond il-kalkoli tad-domanda għall-muniti euro fl-2004 li l-Istati Membri parteċipanti ppreżentaw lill-BĊE, il-BĊE approva l-volum totali tal-muniti euro ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni u l-muniti euro ta' kollezzjoni mhux iddestinati għaċ-ċirkolazzjoni fl-2004, fid-Deċiżjoni BĊE/2003/15 tat-28 ta' Novembru 2003, dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2004 (1). |
(3) |
Sa issa, fi Stat Membru wieħed parteċipanti l-kalkoli abbażi d-Deċiżjoni BĊE/2003/15 ma kinux biżżejjed minħabba domanda akbar milli kienet mistennija għal muniti euro fl-2004, kif ukoll minħabba żviluppi ekonomiċi mhux mistennija. B'riżultat ta' dan, dan l-Istat Membru parteċipanti issa għandu jikseb l-approvazzjoni tal-BĊE qabel ma joħroġ muniti euro addizzjonali fl-2004. |
(4) |
Fl-1 ta' Gunju 2004, il-Ministeru Taljan għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzi talab lill-BĊE biex japprova żieda ta' EUR 200 miljun fil-volum tal-muniti euro ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni li l-Italja tista' toħroġ fl-2004. |
(5) |
Il-BĊE japprova t-talba hawn fuq imsemmija għal żieda fil-volum tal-muniti euro ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni li l-Italja tista' toħroġ fl-2004. B'riżultat ta' dan, jinħti li tinbidel it-tabella fl-Artiklu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2003/15, |
ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artiklu 1
It-tabella fl-Artiklu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2003/15 hija mibdula b'dan li gej:
(miljuni f'EUR) |
|
|
Il-ħruġ ta' muniti ddestinati ghaċ-ċirkolazzjoni u l-ħruġ ta' muniti ta' kollezzjoni (mhux iddestinati għaċ-ċirkolazzjoni) fl-2004 |
Il-Belġju |
203,0 |
Il-Ġermanja |
1 035,0 |
Il-Greċja |
207,4 |
Spanja |
860,0 |
Franza |
668,9 |
L-Irlanda |
151,0 |
L-Italja |
370,8 |
Il-Lussemburgu |
70,0 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
175,0 |
L-Awstrija |
212,0 |
Il-Portugall |
230,0 |
Il-Finlandja |
60,0 ” |
Artiklu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri parteċipanti.
Magħmula fi Frankfurt am Main, fid-9 ta' Lulju, 2004.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 324, tal-11.12.2003, pg. 57.