EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32012O0016

2012/502/UE: Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 20 ta’ Lulju 2012 dwar l-Iskambju ta’ Dejta għal Servizzi fi Flus Kontanti (BĊE/2012/16)

ĠU L 245, 11.9.2012, p. 3–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 01 Volum 015 P. 272 - 281

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/03/2020; Imħassar b' 32020O0428

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2012/502/oj

11.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/3


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-20 ta’ Lulju 2012

dwar l-Iskambju ta’ Dejta għal Servizzi fi Flus Kontanti

(BĊE/2012/16)

(2012/502/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(1) u (2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-produzzjoni tal-karti tal-flus tal-Euro hija organizzata fuq bażi deċentralizzata b’raggruppar (pooling) fejn il-produzzjoni annwali ta’ denominazzjonijiet tal-karti tal-flus differenti tiġi rraggruppata fost il-banek ċentrali nazzjonali ta’Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem il-“BĊNi”) skont l-ishma ta’ persentaġġ tal-BĊNi fil-kapital sottoskritt tal-Bank Ċentrali Ewropew (il-“BĊE”) għas-sena finanzjarja rilevanti kkalkulata bl-użu tal-ippeżar tal-BĊNi fil-kjavi għas-sottoskrizzjoni fil-kapital imsemmija fl-Artikolu 29.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”).

(2)

Skont il-prinċipju ta’ deċentralizzazzjoni kif stabbilit fl-Artikoli 9.2 u 12.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-BĊNi huma inkarigati b’li jdaħħlu jew jirtiraw miċ-ċirkulazzjoni l-karti tal-flus kollha tal-euro, inklużi dawk maħruġin mill-BĊE. B’konformità ma’ dan il-prinċipju, l-immaniġġar fiżiku tal-karti tal-flus tal-euro isir mill-BĊNi. Minħabba x-xenarju ta’ produzzjoni deċentralizzata bir-raggruppar, it-trasferimenti kbar transkonfinali effiċjenti ta’ karti tal-flus tal-euro jikkontribwixxu għall-funzjonament sod taċ-ċiklu tal-kontanti fiż-żona tal-euro.

(3)

Fi Frar 2007 l-Kunsill Governattiv tal-BĊE approva l-iskeda u l-pjan ta’ direzzjoni għal iktar konverġenza tas-servizzi ta’ kontanti tal-BĊNi fi żmien medju sabiex jiżdiedu l-armonizzazzjoni u l-integrazzjoni u l-parteċipanti jkunu jistgħu (partikolarment l-industrija bankarja u l-kumpanniji ta’ tal-flus kontanti fi tranżitu) jiksbu benefiċċji akbar mill-munita waħdanija u, b’hekk, jikkontribwixxu għaż-Żona Unika ta’ Flus Kontanti tal-Euro.

(4)

L-Iskambju ta’ Dejta għal Servizzi fi Flus Kontanti (DECS – Data Exchange for Cash Services) huwa immirat għal iktar armonizzazzjoni fis-servizzi fi flus kontanti fl-Eurosistema. Dan iżid l-effiċjenza fil-provvista u l-iżbank ta‘ kontanti u fil-funzjonament taċ-ċiklu tal-flus kontanti fiż-żona tal-euro. Billi s-servizzi fi flus kontanti offruti bħalissa mill-BĊNi jvarjaw b’mod sinifikanti, id-DECS jiżgura l-interkambjabbiltà tad-dejta għal tranżazzjonijiet transkonfinali fi flus kontanti u trasferimenti kbar ta‘ karti tal-flus tal-euro bejn il-BĊNi li jużaw sistemi differenti ta‘ immaniġġar ta’ kontanti. Id-DECS ma jaffettwax il-provvista ta’ servizzi fi flus kontanti mill-BĊNi fil-livell domestiku.

(5)

Billi l-proċess ta’ konverġenza tas-servizzi fi flus kontanti tal-BĊNi ser ikun jeħtieġ ċerta flessibbiltà, huwa neċessarju li tiġi stabbilita proċedura simplifikata biex isiru emendi tekniċi għal din il-Linja Gwida. Għaldaqstant, għandhom jiġu ddelegati lill-Bord Eżekuttiv is-setgħat biex jagħmel dawn l-emendi,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

Din il-Linja Gwida tistabbilixxi r-rekwiżiti li l-BĊNi jridu jikkonformaw magħhom fir-rigward tal-użu tad-DECS. Din il-Linja Gwida tapplika biss għall-iskambju ta’ dejta bejn il-BĊNi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din il-Linja Gwida, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“DECS” ifisser l-interfaċċja komuni li tikkomunika mas-sistema ta’ mmaniġġar ta’ kontanti ta‘ BĊN li jippermetti l-immappjar, il-mogħdija tal-komunikazzjonijiet u t-trasformazzjoni ta’ messaġġi ta’ dejta elettroniċi bejn il-BĊNi bl-użu ta’ sistemi differenti ta’ mmaniġġar ta’ kontanti jew speċifikazzjonijiet ta’ mmaniġġar ta’ kontanti fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet fi flus kontanti u trasferimenti kbar;

(b)

“format ta’ komunikazzjoni” jfisser sett ta’ fajls ibbażat fuq il-Cash Single Shared Platform (CashSSP), Global Standards One (GS1) jew formati ta’ komunikazzjoni oħrajn;

(c)

“sistema ta’ mmaniġġar ta’ flus kontanti” tfisser sistema tal-IT għal-loġistika tal-immaniġġjar ta’ flus kontanti użata minn BĊN abbażi tal-CashSSP, GS1 jew formati ta’ komunikazzjoni oħrajn;

(d)

“speċifikazzjonijiet għall-immaniġġar ta’ flus kontanti” tfisser l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ sistema partikolari ta’ mmaniġġjar ta’ flus kontanti;

(e)

“flus kontanti” tfisser karti tal-flus u muniti tal-euro, bl-esklużjoni ta’ muniti għall-kollezzjonisti;

(f)

“preżentazzjoni ta’ kontanti” tfisser tranżazzjoni ta’ preżentazzjoni ta’ flus kontanti transkonfinali bla ħlas bejn klijent u BĊN mhux domestiku;

(g)

“żbank ta’ kontanti” tfisser tranżazzjoni ta’ żbank ta’ kontanti transkonfinali bla ħlas bejn klijent u BĊN mhux domestiku;

(h)

“tranżazzjoni fi flus kontanti” tfisser preżentazzjoni ta’ kontanti transkonfinali bla ħlas jew żbank transkonfinali ta’ kontanti bla ħlas;

(i)

“trasferiment kbir” tfisser kull trasferiment transkonfinali ta’ karti tal-flus tal-euro bejn żewġ BĊNi jew bejn stabbiliment ta’ stampar u BĊN li hija rrappurtata fil-Currency Information System 2 (CIS 2) (1);

(j)

“BĊN domestiku” tfisser BĊN li jipprovdi lil klijenti stabbiliti fl-Istat Membru tiegħu interfaċċja għas-sistema ta’ mmaniġġar ta’ flus kontanti għal tranżazzjonijiet fi flus kontanti;

(k)

“BĊN mhux domestiku” tfisser BĊN li jidħol fi tranżazzjoni fi flus kontanti ma’ klijent stabbilit barra l-Istat Membru tiegħu;

(l)

“BĊN li jissupplixxi” tfisser, għal trasferimenti kbar ta’ karti tal-flus tal-euro, BĊN li huwa responsabbli biex jissupplixxi karti tal-flus tal-euro lil BĊN li jirċievi minn (i) il-produzzjoni allokata lil dak il-BĊN li jissupplixxi; (ii) l-istokkijiet loġistiċi tal-BĊN li jissupplixxi; (iii) l-Istokk Strateġiku tal-Eurosistema.

(m)

“BĊN li jirċievi” tfisser BĊN li jirċievi karti tal-flus euro minn BĊN li jissupplixxi jew stabbiliment ta’ stampar għal trasferimenti kbar ta’ karti tal-flus tal-euro;

(n)

“kumpanija ta’ flus kontanti fi tranżitu” tfisser entità li tipprovdi servizzi ta’ trasport, ħażna u mmaniġġar ta’ karti tal-flus u muniti għal istituzzjonijiet ta’ kreditu;

(o)

“klijent” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu li tipprovdi servizzi ta’ flus kontanti inkorporata fi Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro jew, jekk ikun il-każ, kumpanija ta’ flus kontanti fi tranżitu inkorporata fi Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro li hija rreġistrata fid-database ta’ BĊN domestiku għall-użu tas-sistema ta’ mmaniġġar ta’ flus kontanti tiegħu u d-DECS;

(p)

“messaġġ ta’ ordni ta’ tranżazzjoni” tfisser messaġġ ta’ tranżazzjoni trażmess permezz tad-DECS minn BĊE domestiku/li jissupplixxi permezz tas-sistema ta’ mmaniġġjar ta‘ flus kontanti tiegħu lil BĊE mhux domestiku/li jirċievi. Dan il-messaġġ huwa: (i) għall-iżbanki ta’ flus kontanti, “ordni għall-iżbank ta’ flus kontanti” mibgħut minn klijent; (ii) għall-preżentazzjonijiet ta’ kontanti, “notifika ta’ preżentazzjoni” mibgħuta minn klijent; (iii) għal trasferimenti kbar, “messaġġ ta’ trasferiment kbir” mibgħut minn BĊN li jissupplixxi;

(q)

“messaġġ ta’ validazzjoni ta’ feedback” tfisser messaġġ ta’ tranżazzjoni mibgħut permezz tad-DECS minn BĊN mhux domestiku/li jirċievi lil BĊN domestiku/li jirċievi permezz tad-DECS bl-użu tas-sistema ta’ mmaniġġar ta’ flus kontanti meta jkun irċieva messaġġ ta’ ordni ta’ tranżazzjoni;

(r)

“messaġġ ta’ konferma ta’ tranżazzjoni” tfisser messaġġ ta’ tranżazzjoni mibgħut wara li ssir tranżazzjoni: (i) lil klijent għal tranżazzjonijiet fi flus kontanti; jew (ii) lil BĊN li jissupplixxi għal trasferimenti kbar permezz tad-DECS bl-użu tas-sistema ta’ mmaniġġar ta’ flus kontanti tal-BĊN domestiku/li jissupplixxi. Dan il-messaġġ huwa: (i) għall-iżbanki ta’ kontanti, “irċevuta ta’ żbank” mibgħuta minn BĊN mhux domestiku; (ii) għal preżentazzjonijiet ta’ flus kontanti, “irċevuta ta’ preżentazzjoni” mibgħuta minn BĊN mhux domestiku; (iii) għal trasferimenti kbar, “irċevuta ta’ trasferiment kbir” mibgħuta minn BĊN li jirċievi;

(s)

“messaġġ ta’ tranżazzjoni” tfisser messaġġ ta’ ordni ta’ tranżazzjoni, messaġġ ta’ validazzjoni ta’ feedback u messaġġ ta’ konferma ta’ tranżazzjoni;

(t)

“stabbiliment ta’ stampar” tfisser stabbiliment li kkonkluda arranġamenti kuntrattwali ma’ BĊN għall-produzzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro;

(u)

“BĊN tal-Eurosistema futur” tfisser il-bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru li ssodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti għall-adozzjoni tal-euro u li fir-rigward tiegħu tkun ittieħdet deċiżjoni fuq it-tħassir tad-deroga skont l-Artikolu 140(2) tat-Trattat.

Artikolu 3

Obbligi tal-BĊN

1.   Il-BĊNi għandhom jikkonnettjaw is-sistemi ta’ mmaniġġar ta’ flus kontanti mad-DECS sabiex (a) jippermettu li l-klijenti jiskambjaw messaġġi ta’ dejta elettronika dwar tranżazzjonijiet ta’ flus kontanti ma’ BĊN mhux domestiku permezz tas-sistema ta’ mmaniġġar ta’ flus kontanti tal-BĊN domestiku tagħhom; u (b) jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ messaġġi ta’ dejta elettonika dwar trasferimenti kbar bejn il-BĊNi jew, bla ħsara għall-Artikolu 1, bejn stabbiliment ta’ stampar u BĊN li jirċievi, permezz tas-sistema ta’ mmaniġġar ta’ flus kontanti tal-BĊN li jissupplixxi.

2.   Jekk BĊN juża sistema ta’ mmaniġġar ta’ kontanti bbażat fuq formati ta’ komunikazzjoni li ma jkunx CashSSP jew GS1, għandu jikkonverti l-format ta’ komunikazzjoni ta’ dik is-sistema ta’ mmaniġġjar ta’ kontanti għal CashSSP jew GS1 qabel ma jittrażmetti messaġġ ta’ dejta elettronika dwar tranżazzjonijiet ta’ kontanti jew trasferimenti kbar lid-DECS.

3.   Il-BĊNi għandhom jiżguraw li messaġġi ta’ dejta elettronika dwar tranżazzjonijiet ta’ flus kontanti u trasferimenti kbar skambjati permezz tad-DECS ikunu bbażati fuq il-formati ta’ komunikazzjoni CashSSP jew GS1.

4.   Il-BĊNi għandhom jiżguraw li l-messaġġi ta’ tranżazzjoni jinħażnu għal minimu ta’ 10 snin.

5.   Il-BĊNi għandhom jistabbilixxu konnessjoni bejn is-sistema ta’ mmaniġġar ta’ flus kontanti tagħhom u d-DECS hekk kif ikunu jistgħu teknikament jagħmlu hekk.

Artikolu 4

Obbligi ta’ BĊNi domestiċi fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ta’ flus kontanti

1.   BĊNi domestiċi għandhom jiżguraw li jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi għall-komunikazzjoni permezz tad-DECS.

2.   BĊNi domestiċi għandhom jistabbilixxu arranġamenti kuntrattwali mal-klijenti tagħhom fejn jistipulaw li tranżazzjonijiet fi flus kontanti, kif iddefiniti f’din il-Linja ta’ Gwida, jiġu pproċessati permezz tad-DECS.

3.   BĊNi domestiċi għandhom jistabbilixxu, iżommu u jaġġornaw regolarment database ta’ klijenti li jaqblu fuq l-użu, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi tad-DECS. Għandhom jiżguraw li l-klijenti jinfurmawhom mingħajr dewmien dwar kull bidla rilevanti.

4.   Qabel ma jiġi trażmess messaġġ ta’ ordni ta’ tranżazzjoni minn klijent lid-DECS, BĊNi domestiċi għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jivverifikaw jekk klijent huwiex irreġistrat fid-database msemmija fil-paragrafu 3, u jekk il-messaġġ ta’ ordni ta’ tranżazzjoni ntbagħatx minn utent tekniku intitolat li jagħmel hekk mill-klijent.

5.   Il-BĊNi domestiċi għandhom ikunu responsabbli biss għal nuqqas li jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont il-paragrafu 4. BĊNi domestiċi ma għandhomx jinżammu responsabbli għall-kontenut ta’ messaġġ ta’ tranżazzjoni.

6.   Il-BĊNi domestiċi ma għandhomx ikunu partijiet fi u lanqas jinżammu responsabbli għal tranżazzjonijiet ta’ flus kontanti bejn klijenti u BĊNi mhux domestiċi.

Artikolu 5

Obbligi ta’ BĊNi mhux domestiċi fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ta’ flus kontanti

BĊNi mhux domestiċi, hekk kif ikun operazzjonalment fattibbli, għandhom jidħlu f’arranġamenti kuntrattwali mal-klijenti ta’ BĊNi domestiċi li jkollhom il-ħsieb jidħlu fi tranżazzjonijiet ta’ flus kontanti ma’ dak il-BĊN mhux domestiku permezz tad-DECS. Dawn l-arranġamenti kuntrattwali għandhom jirregolaw, b’mod partikolari:

(a)

il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi għall-ipproċessar ta’ messaġġi ta’ tranżazzjoni permezz tad-DECS, inkluż il-kanċellazzjoni potenzjali ta’ tranżazzjonijiet permezz tad-DECS;

(b)

l-immaniġġar fiżiku tat-tranżazzjonijiet ta’ flus kontanti, eż. termini u kundizzjonijiet ġenerali tal-ippakkjar u l-kunsinna;

(c)

ir-regoli u l-proċeduri għas-saldu finanzjarju bejn il-klijent u l-BĊN mhux domestiku, inkluża l-verifika ta’ jekk tranżazzjoni ta’ flus kontanti tistax titwettaq b’mod leġittimu;

(d)

it-twettiq ta’ verifiki individwali ta’ plawsibbiltà fuq il-volumi ta’ tranżazzjonijiet ta’ flus kontanti.

Artikolu 6

Trasferimenti kbar

Il-BĊNi għandhom jiżguraw li għal trasferimenti kbar l-istabbilimenti ta’ stampar jużaw il-format ta’ komunikazzjoni speċifikat fl-arranġamenti kuntrattwali bejn il-BĊNi u l-istabbilimenti ta’ stampar.

Artikolu 7

Rekwiżiti għal messaġġi ta’ tranżazzjoni

1.   Il-messaġġi ta’ tranżazzjoni għandhom jiġu pproċessati permezz tad-DECS kif stabbilit fl-Anness I.

2.   Fil-messaġġi ta’ ordni ta’ tranżazzjoni u l-messaġġi ta’ konferma ta’ tranżazzjoni l-BĊNi għandhom jindikaw id-data lokali u l-valuri tal-ħin, sakemm ma jiġux miżjudin awtomatikament mid-DECS bl-użu taż-żona tal-ħin tal-Ħin Ċentrali Ewropew (CET).

3.   Messaġġ ta’ ordni ta’ tranżazzjoni għandu, b’mod partikolari:

(a)

jintbagħat separatament għal kull tranżazzjoni ta’ flus kontanti individwali;

(b)

jkollu oġġetti li għandhom jiġu kkunsinnati lil fergħa waħda biss ta’ klijent jew BĊN;

(c)

jkollu ordni jew għal karti tal-flus tal-euro jew għal muniti tal-euro;

(d)

jkollu oġġetti ta’ artikoli għal karti tal-flus f’waħdiet u għal muniti f’waħdiet biss;

(e)

jikkonforma mar-rekwiżiti tal-ippakkjar fl-Anness II;

(f)

jikkonforma mar-rekwiżiti tal-kwantità minima fl-Anness II;

(g)

jikkonforma mar-rekwiżiti fuq id-denominazzjonijiet tal-karti tal-flus u s-serje fl-Anness II;

(h)

jikkonforma mar-rekwiżiti tal-kwalità fl-Anness II;

(i)

jikkonforma mar-rekwiżiti tal-ittikkettjar fl-Anness II;

(j)

ikun fih il-partiti ta’ dejta minimi stabbiliti fl-Anness III.

Artikolu 8

Konformità tal-BĊNi tal-Eurosistema futuri mar-rekwiżiti tad-DECS

BĊN għandu jinkludi fl-arranġamenti kuntrattwali li jidħol fihom ma’ BĊN tal-Eurosistema futur skont l-Artikolu 3(3) tal-Linja Gwida BĊE/2006/9 tal-14 ta’ Lulju 2006 dwar ċerti preparazzjonijiet għat-tibdil tal-flus kontanti euro u dwar il-frontloading u s-sub-frontloading tal-karti tal-flus u muniti euro barra ż-żona tal-euro (2), wara li jitqies l-Artikolu 5 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2008/8, dispożizzjonijiet speċifiċi li jeħtieġu li BĊN tal-Eurosistema futur għandu jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ din il-Linja Gwida.

Artikolu 9

Kooperazzjoni tal-BĊN

BĊNi għandhom jikkollaboraw kif xieraq fl-iskambju tal-informazzjoni dwar l-operat tad-DECS, b’mod partikolari, meta BĊN ikun ikkonfrontat b’litigazzjoni potenzjali jew attwali mibdija minn klijent minħabba tranżazzjoni pproċessata permezz tad-DECS.

Artikolu 10

Rwol tal-Bord Eżekuttiv

1.   Skont l-Artikolu 17.3 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (3), il-Bord Eżekuttiv għandu jkun awtorizzat li jagħmel emendi tekniċi fl-Annessi ta’ din il-Linja Gwida, wara li jitqiesu l-fehmiet tal-Kumitat tal-Karti tal-Flus u tal-Kumitat Legali.

2.   Il-Bord Eżekuttiv għandu jinnotifika lill-Kunsill Governattiv b’kull emenda magħmula bis-saħħa tal-paragrafu 1 mingħajr dewmien żejjed u għandu joqgħod għal kwalunkwe deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv fuq il-kwistjoni.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2012.

Artikolu 12

Indirizzati

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-BĊNi.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-20 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Linja Gwida BĊE/2008/8 tal-11 ta’ Settembru 2008 fuq il-ġbir ta’ dejta dwar l-euro u l-operazzjoni tal-Currency Information System 2 (ĠU L 346, 23.12.2008, p. 89).

(2)  ĠU L 207, 28.7.2006, p. 39.

(3)  ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33.


ANNESS I

TIP U FLUSS TA’ MESSAĠĠI TA’ TRANŻAZZJONI PPROĊESSATI PERMEZZ TAD-DECS

1.

Messaġġ ta’ ordni ta’ tranżazzjoni jintbagħat minn klijent, għal tranżazzjonijiet ta’ flus kontanti, jew minn Bank Ċentrali Nazzjonali (BĊN) li jissupplixxi, għal trasferimenti kbar, li jiġi trażmess mill-BĊN domestiku/li jissupplixxi permezz tal-Iskambju ta’ Dejta għal Servizzi fi Flus Kontanti (DECS – Dat Exchange for Cash Services) lill-BĊE mhux domestiku/li jirċievi rilevanti.

2.

Meta jiġi rċevut messaġġ ta’ ordni ta’ tranżazzjoni, jintbagħat messaġġ ta’ validazzjoni ta’ feedback mill-BĊN mhux domestiku/li jirċievi lill-BĊN domestiku/li jissupplixxi permezz tad-DECS, li l-BĊN domestiku/li jissupplixxi mbagħad jittrażmetti lill-klijent, għal tranżazzjonijiet ta’ flus kontanti, jew lill-BĊN li jissupplixxi, għal trasferimenti kbar.

3.

Wara li sseħħ tranżazzjoni, il-BĊN mhux domestiku/li jirċievi jibgħat messaġġ ta’ konferma ta’ tranżazzjoni lill-BĊN domestiku/li jissupplixxi permezz tad-DECS, li l-BĊN domestiku/li jissupplixxi mbagħad jittrażmetti lill-klijent, għal tranżazzjonijiet ta’ flus kontanti, jew lill-BĊN li jissupplixxi, għal trasferimenti kbar.

Tabella 1a:   Tip u fluss ta’ messaġġi għal preżentazzjonijiet ta’ kontanti

 

Cash Single Shared Platform (CashSSP)

Global Standards One (GS1)

1.

Messaġġ ta’ ordni ta’ tranżazzjoni: notifika tal-preżentazzjoni

Notification For Deposit

Notification of Inpayment

2.

Messaġġ ta’ validazzjoni ta’ feedback (mal-irċevuta tal-messaġġ ta’ ordni ta’ tranżazzjoni)

Feedback Validation

Service Message

3.

Messaġġ ta’ konferma ta’ tranżazzjoni (wara tranżazzjoni) (*): irċevuta ta’ preżentazzjoni

Feedback Notification For Deposit

Confirmation of Receipt


Tabella 1b:   Tip u fluss ta’ messaġġi għal żbanki ta’ flus kontanti

 

CashSSP

GS1

1.

Messaġġ ta’ ordni ta’ tranżazzjoni: ordni għal żbank ta’ kontanti

Order For Withdrawal

Cash Order

2.

Messaġġ ta’ validazzjoni ta’ feedback (mal-irċevuta tal-messaġġ ta’ ordni ta’ tranżazzjoni)

Feedback Validation

Service Message

3.

Messaġġ ta’ konferma ta’ tranżazzjoni (wara tranżazzjoni) (*): irċevuta ta’ żbank

Feedback Order For Withdrawal

Confirmation of Delivery


Tabella 1c:   Tip u fluss ta’ messaġġi għal trasferimenti kbar

 

CashSSP

GS1

1.

Messaġġ ta’ ordni ta’ tranżazzjoni: messaġġ ta’ trasferiment kbir

Notification For Delivery

Bulk Transfer Message

2.

Messaġġ ta’ validazzjoni ta’ feedback (mal-irċevuta tal-messaġġ ta’ ordni ta’ tranżazzjoni)

Feedback Validation

Service Message

3.

Messaġġ ta’ konferma ta’ tranżazzjoni (wara tranżazzjoni) (*): irċevuta ta’ trasferiment kbir

Feedback Notification For Delivery

Confirmation of Bulk Transfer


(*)  Jekk BĊN mhux domestiku/li jirċievi, jirċievi pakketti fl-eċċess, għandha tintbagħat notifika addizzjonali ta’ messaġġ ta’ preżentazzjoni/trasferiment kbir għall-pakketti fl-eċċess. Jekk il-BĊN mhux domestiku/li jirċievi, jirċievi inqas pakketti milli mistenni, jew għandhom jintbagħtu notifika ġdida ta’ preżentazzjoni/messaġġ ta’ trasferiment kbir wara li jingħalaq il-messaġġ ta’ ordni ta’ tranżazzjoni rilevanti u jintbagħat messaġġ ta’ validazzjoni ta’ feedback (għan-non-aċċettazzjoni tal-kunsinna), jew il-pakketti rċevuti biss jiġu inklużi fil-konferma tat-tranżazzjoni (għall-aċċettazzjoni parzjali tal-kunsinna).


ANNESS II

REKWIŻITI TAL-IPPAKKJAR U L-KWALITÀ

1.   Rekwiżiti tal-ippakkjar u tal-kwalità għal tranżazzjonijiet ta’ flus kontanti

 

Żbanki ta’ flus kontanti

Preżentazzjonijiet ta’ flus kontanti

Kwantità minima

Għall-karti tal-flus, jiġu mmaniġġati pakketti b’denominazzjoni waħda biss

Għal denominazzjonijiet ta’ karti tal-flus EUR 5 sa 100, 10 pakketti (= 10 000 unità)

Għal denominazzjonijiet ta’ karti tal-flus EUR 200 u 500, pakkett 1 (= 100 unità); Banek Ċentrali Nazzjonali (BĊNi) jistgħu jpoġġu diversi pakketti (ukoll EUR 200 u 500 imħalltin) f’pakkett wieħed

Għall-muniti, tal-inqas roll wieħed, skont ir-regoli tan-negozju ta’ kull BĊN

Żbank totali jitwettaq darba

Għal denominazzjonijiet ta’ karti tal-flus EUR 5 sa 100, 10 pakketti (= 10 000 unità); madankollu, klijent jista’ jibgħat darba kuljum pakketti mhux kompleti li jkun fihom minimu ta’ pakkett 1 (= 1 000 karta tal-flus) ta’ denominazzjoni waħda u massimu ta’ 5 pakketti (= 5 × 1 000 karta tal-flus) ta’ denominazzjoni waħda jew aktar

Għal denominazzjonijiet ta’ karti tal-flus EUR 200 u 500, pakkett 1 (= 100 unità)

Serje ta’ karta tal-flus (ES1 jew ES2)

Indikat fil-messaġġ ta’ ordni ta’ tranżazzjoni

Indikat fil-messaġġ ta’ ordni ta’ tranżazzjoni. Għal pakketti mħalltin l-indikazzjonijiet huma bbażati fuq l-aħjar stima tal-klijent. Il-BĊNi jistgħu jirrifjutaw l-użu ta’ pakketti mħalltin

Kwalità

Karti tal-flus u muniti tajbin biss

Karti tal-flus mhux ipproċessati biss

Użu mill-ġdid ta’ IDs ta’ tranżazzjoni

Il-BĊN mhux domestiku jiddeċiedi jekk u wara liema żmien jerġgħux jintużaw in-numru tas-siġill tas-Serial Shipping Container Code (SSCC) u l-Cash Single Shared Platform (CashSSP). Il-BĊN mhux domestiku jiddeċiedi jekk u wara liema żmien jerġgħux jintużaw in-numri ta’ referenza tat-tranżazzjoni (= SSCC prinċipali).

Il-BĊN mhux domestiku jiddeċiedi jekk u wara liema żmien jerġgħux jintużaw in-numru tas-siġill tas-SSCC u l-CashSSP (= SSCC prinċipali). Il-BĊN mhux domestiku jiddeċiedi jekk u wara liema żmien jerġgħux jintużaw in-numri ta’ referenza ta’ tranżazzjoni (= SSCC prinċipali).

Ippakkjar

Tip ta’ ppakkjar approvat għall-karti tal-flus

Tip ta’ ppakkjar approvat għall-karti tal-flus


2.   Rekwiżiti tal-ippakkjar u tal-kwalità għal trasferimenti kbar

Kwantità minima

Kaxxa tal-kartun waħda (= 10 000 karta tal-flus).

Għal operazzjonijiet transkonfinali oħrajn relevanti tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Valuta 2, ma hemmx kwantità minima.

Serje tal-karti tal-flus

Indikat fil-messaġġ ta’ ordni ta’ tranżazzjoni. Fejn ikun hemm pakketti mħalltin l-indikazzjonijiet ikunu bbażati fuq l-aħjar stima tal-BĊN li qed jissupplixxi.

Kwalità

Karti tal-flus tajbin, ġodda, mhux ipproċessati jew mhux tajbin

Użu mill-ġdid ta’ IDs ta’ tranżazzjoni

Il-BĊN li jirċievi jiddeċiedi jekk u wara liema żmien jerġgħux jintużaw in-numru tas-siġill SSCC u CashSSP. Il-BĊN li jirċievi jiddeċiedi jekk u wara liema żmien jergħux jintużaw in-numri ta’ referenza ta’ tranżazzjoni (= SSCC prinċipali).

Ittikkettjar

Il-kaxxi fiżiċi għandhom kemm barcodes Global Standards One (GS1) u CashSSP, ħlief għal stokkijiet ta’ karti tal-flus li għandhom biss il-barcode CashSSP. Ma jkunx hemm ittikkettjar mill-ġdid meta jgħaddi pakkett bejn il-BĊNi, jiġifieri l-istess numru ta’ siġill/SSCC jintuża diversi drabi.

Ippakkjar

Tip ta’ ppakkjar approvat

Denominazzjoni waħda kull palit u/jew kaxxa

Jista’ jkun hemm serje ta’ karti tal-flus differenti f’kull kull palit u/jew kaxxa

L-artikoli kollha f’kaxxa għandhom ikunu tal-istess tip ta’ kwalità

Messaġġi għandhom jirrigwardaw jew palits li fihom kaxxi jew kaxxi biss (xejn palits)

Ma huwiex possibbli li palits u kaxxi jiġu kkombinati flimkien fl-istess messaġġ


ANNESS III

PARTITI TA’ DEJTA MINIMI LI GĦANDHOM JIĠU INKLUŻI FIL-MESSAĠĠI TA’ DEJTA ELETTRONIKA

1.   Rekwiżiti minimi fir-rigward tal-preżentazzjoni ta’ flus kontanti  (1)

 

Partita ta’ dejta

 

Mittent tal-fajl

 

Mittent tal-messaġġ

 

Riċevitur tal-messaġġ

 

Proprjetarju tal-artikolu

 

Kumpanija tat-trasport

 

Min ippakkja

 

Pagatur

 

Riċevitur tal-preżentazzjoni

 

Dettalji tal-pakketti u tal-artikoli kontenuti fihom:

numru ta’ identifikazzjoni

serje tal-karti tal-flus

denominazzjoni

numru ta’ partiti

valur

tip ta’ kwalità

2.   Rekwiżiti minimi fir-rigward tal-iżbank ta’ flus kontanti  (1)

 

Partita ta’ dejta

 

Mittent tal-fajl

 

Mittent tal-messaġġ

 

Riċevitur tal-messaġġ

 

Kumpanija tat-trasport

 

Pagatur

 

Post tal-ġbir

 

Post tal-kunsinna

 

Proprjetarju tal-artikolu

 

Dettalji tal-artikoli ordnati:

serje tal-karta tal-flus

denominazzjoni

numru ta’ partiti

3.   Rekwiżiti minimi fir-rigward tat-trasferimenti kbar

Referenza tal-Bank Ċentrali Ewropew għad-dispaċċ

BĊN li jissupplixxi (stabbiliment ta’ stampar)

BĊN li jirċievi

Kumpanija tat-trasport (kumpanija tal-ajru jew kumpanija ta’ flus kontanti fi tranżitu)

Data tad-dispaċċ

Numru totali ta’ palits

Numru totali ta’ kaxxi

Numru totali ta’ karti tal-flus

Valur totali ta’ karti tal-flus (EUR)

Piż totali tal-merkanzija bl-ajru (kg)

Dettalji tal-palits:

Dettalji tal-kaxxi:

numru ta’ identifikazzjoni (CashSSP)

numru ta’ identifikazzjoni (CashSSP)

numru ta’ identifikazzjoni (GS1)

numru ta’ identifikazzjoni (GS1)

denominazzjoni

denominazzjoni

numru ta’ partiti

numru ta’ partiti

valur

valur

 

kwalità

 

BĊN responsabbli


(1)  Tista’ tkun obbligatorja informazzjoni addizzjonali skont is-sistema ta’ mmaniġġar tal-flus kontanti użata mill-mittent.


GLOSSARJU

Dan il-glossarju jiddefinixxi t-termini tekniċi użati f’din il-Linja Gwida u l-Annessi tagħha.

 

“Karti tal-flus ġodda” tfisser karti tal-flus tal-euro li għandhom ma tpoġġewx fiċ-ċirkulazzjoni mill-Banek Ċentrali Nazzjonali (BĊNi), entitajiet NHTO jew banek ECI, jew frontloaded minn BĊNi tal-Eurosistema futuri;

 

“Karti tal-flus mhux ipproċessati” tfisser: (i) karti tal-flus tal-euro li jkunu ġew irritornati lill-BĊNi, imma li ma ġewx ivverifikati għall-awtentiċità u l-kundizzjoni skont att legali separat tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) dwar l-ipproċessar tal-karti tal-flus mill-BĊNi; jew (ii) karti tal-flus tal-euro li jkunu ġew irritornati lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, inklużi entitajiet NHTO u banek ECI, imma li ma ġewx ivverifikati għall-awtentiċità u l-kundizzjoni skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/14;

 

“Karti tal-flus mhux tajbin” tfisser: (i) karti tal-flus tal-euro li jkunu ġew irritornati lill-BĊNi, imma li mhumiex tajbin għaċ-ċirkulazzjoni skont att legali separat tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) dwar l-ipproċessar tal-karti tal-flus mill-BĊNi; jew (ii) karti tal-flus tal-euro li jkunu ġew irritornati lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, inklużi entitajiet NHTO u banek ECI, imma li mhumiex tajbin għaċ-ċirkulazzjoni skont l-istandards tal-issortjar minimi preskritti fid-Deċiżjoni BĊE/2010/14 tas-16 ta’ Settembru 2010 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (1);

 

“Karti tal-flus tajbin” tfisser: (i) karti tal-flus tal-euro li jkunu ġew irritornati lill-BĊNi u li huma tajbin għaċ-ċirkulazzjoni skont att legali tal-BĊE separat fuq l-ipproċessar tal-karti tal-flus mill-BĊNi; jew (ii) karti tal-flus tal-euro li jkunu ġew irritornati lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, inklużi entitajiet NHTO u banek ECI, u li huma tajbin għaċ-ċirkulazzjoni skont l-istandards tal-issortjar minimi stabbiliti fid-Deċiżjoni BĊE/2010/14;

 

“Programm ta’ inventarju ta’ kustodja estiż” (programm ECI) tfisser programm li jikkonsisti f’arranġamenti kuntrattwali bejn il-BĊE, BĊN u istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali (banek ECI), fejn il-BĊN: (i) jissupplixxi ‘l-banek ECI b’karti tal-flus tal-euro, li jżommu f’kustodja barra l-Ewropa sabiex jitpoġġew fiċ-ċirkulazzjoni; u (ii) jikkredita l-banek ECI għal karti tal-flus tal-euro li jiġu ddepożitati mill-klijenti tagħhom, ivverifikati għall-awtentiċità u l-kundizzjoni, miżmumin f’kustodja u nnotifikati lill-BĊN. Il-karti tal-flus miżmumin f’kustodja mill-banek ECI, inklużi dawk fi tranżitu bejn il-BĊN u l-banek ECI, huma ggarantiti għal kollox sakemm jitpoġġew fiċ-ċirkulazzjoni mill-banek ECI jew irritornati lil-BĊN. Karti tal-flus ittrasferiti mill-BĊN lill-banek ECI jifformaw parti mill-karti tal-flus maħluqa tal-BĊN (partita ta’ dejta 1.1). Karti tal-flus miżmumin f’kustodja mill-banek ECI ma jifformawx parti mill-ħruġ nett nazzjonali ta’ karti tal-flus tal-BĊN.

 

“Serje tal-karti tal-flus” tfisser numru ta’ denominazzjonijiet ta’ karti tal-flus tal-euro definiti bħala serje fid-Deċiżjoni BĊE/2003/4 tal-20 ta’ Marzu 2003 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus euro (2) jew f’att legali tal-BĊE sussegwenti. L-ewwel serje ta’ karti tal-flus tal-euro kif imnedija fl-1 ta’ Jannar 2002 tikkonsisti f’denominazzjonijiet ta’ EUR 5, EUR 10, EUR 20, EUR 50, EUR 100, EUR 200 u EUR 500. Karti tal-flus tal-euro li għandhom speċifikazzjonijiet tekniċi riveduti jew disinn rivedut (eż. firma differenti għal Presidenti differenti tal-BĊE) jikkostitwixxu serje ta’ karti tal-flus ġdida biss jekk hemm tali riferenza għalihom f’emenda għad-Deċiżjoni BĊE/2003/4 jew f’att legali tal-BĊE sussegwenti;

 

“Skema ta’ karti tal-flus miżmuma skont l-ordni” jew “skema NHTO” tfisser skema li tikkonsisti f’arranġamenti kuntrattwali individwali bejn BĊN u entità waħda jew aktar (“entitajiet NHTO”) fl-Istat Membru tal-BĊN parteċipi, fejn il-BĊN: (i) jissupplixxi lill-entitajiet NHTO b’karti tal-flus tal-euro li jżommu fil-kustodja tagħhom barra l-bini tal-BĊN biex ipoġġuhom fiċ-ċirkulazzjoni; u (ii) jikkredita jew jiddebita direttament il-kont tal-BĊN miżmum mill-entitajiet NHTO jew mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma klijenti tal-entitajiet NHTO għall-karti tal-flus tal-euro li jiġu ddepożitati ma’ jew irtirati mill-post ta’ kustodja minn entitajiet NHTO jew mill-klijenti tagħhom u nnotifikati lill-BĊN. Karti tal-flus ittrasferiti mill-BĊN lill-entitajiet NHTO jifformaw parti mill-karti tal-flus maħluqa mill-BĊN (partita ta’ dejta 1.1). Karti tal-flus miżmumin fil-kustodja minn entitajiet NHTO ma jifformawx parti mill-ħruġ nett nazzjonali ta’ karti tal-flus tal-BĊN.

 

“stokkijiet loġistiċi” (LS – logistical stocks) tfisser l-istokkijiet kollha ta’ karti tal-flus tal-euro ġodda u tajbin, ħlief għall-ESS, miżmumin mill-BĊNi, u għall-finijiet tal-Linja Gwida BĊE/2008/8 minn entitajiet NHTO u banek ECI (3);

 

“Stokk Strateġiku tal-Eurosistema” (ESS – Eurosystem Strategic Stock) tfisser l-istokk ta’ karti tal-flus tal-euro ġodda u tajbin maħżuna minn BĊNi biex ilaħħqu mad-domanda għal karti tal-flus tal-euro li ma tistax tiġi sodisfatta mill-istokkijiet loġistiċi (4);

 

“Tip ta’ ppakkeġġar approvat” tfisser borża tas-sigurtà, borża bis-siġill, kaxxa riutiliżabbli, kaxxa tal-kartun, palit tal-euro u nofs palit li jissodisfa r-rekwiżiti kif deċiżi mill-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew.


(1)  ĠU L 267, 9.10.2010, p. 1

(2)  ĠU L 78, 25.3.2003, p. 16.

(3)  Kif imsemmi f’att legali tal-BĊE separat fuq l-immaniġġjar ta’ stokkijiet ta’ karti tal-flus.

(4)  Kif imsemmi f’att legali tal-BĊE separat fuq l-immaniġġjar ta’ stokkijiet ta’ karti tal-flus.


Fuq