EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32009O0020

Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 31 ta’ Lulju 2009 dwar l-istatistika finanzjarja tal-gvern (abbozzata mill-ġdid) (BĊE/2009/20)

ĠU L 228, 1.9.2009, p. 25–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 01 Volum 009 P. 44 - 64

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/08/2014; Imħassar b' 32013O0023

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2009/627/oj

1.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/25


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-31 ta’ Lulju 2009

dwar l-istatistika finanzjarja tal-gvern

(abbozzata mill-ġdid)

(BĊE/2009/20)

(2009/627/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa ‘l quddiem l-‘Istatut tas-SEBĊ), b’mod partikolari l-Artikolu 5.1 u 5.2, l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3,

Wara li ġie kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura ta’ l-iżbilanċ eċċessiv mehmuż mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (1),

Wara li ġie kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (2),

Billi:

(1)

Il-Linja Gwida BĊE/2005/5 tas-17 ta’ Frar 2005 dwar il-ħtiġijiet ta’ rappurtar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni statistika fi ħdan is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali fil-qasam ta’ l-istatistiċi finanzjarji tal-gvern (3) ġiet emendata diversi drabi. Billi issa hemm bżonn ta’ iktar emendi għal din il-Linja Gwida, għandha tiġi abbozzata mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza u t-trasparenza.

(2)

Biex twettaq ħidmietha, is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) għandha bżonn ta’ statistika finanzjarja tal-gvern (GFS) komprensiva, jiġifieri li tkopri t-tranżazzjonijiet kollha inklużi dawk fejn il-gvern ġenerali jaġixxi bħala aġent għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, u affidabbli għall-analiżi ekonomika u monetarja.

(3)

Il-proċeduri stabbiliti f’din il-Linja Gwida ma jaffettwawx ir-responsabbiltajiet u l-kompetenzi fil-livell tal-Istati Membri u tal-Komunità.

(4)

Hemm bżonn li jiġu stabbiliti proċeduri effiċjenti għall-iskambju ta’ statistika finanzjarja tal-gvern (GFS) fi ħdan is-SEBĊ, sabiex jiġi żgurat li s-SEBĊ jkollha GFS fil-ħin li jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħha u li jkun hemm il-kompatibilità bejniethom u t-tbassir tal-istess varjabbli mħejjija mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), irrispettivament minn jekk l-istatistika hijiex ikkompilata mill-BĊNi jew mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(5)

Parti mill-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet statistiċi tas-SEBĊ fil-qasam tal-GFS tiġi kkompilata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mhux mill-BĊNi. Għaldaqstant, uħud mill-ħidmiet li għandhom isiru skont din il-Linja Gwida jeħtieġu kooperazzjoni bejn is-SEBĊ u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998, dwar il-ġbir ta’ informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (4), jobbliga lill-Istati Membri biex jorganizzaw rwieħhom fil-qasam ta’ l-istatistika, u biex jikkooperaw bis-sħiħ mas-SEBĊ sabiex jiżguraw is-sodisfazzjon ta’ l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 5 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ.

(6)

Is-sorsi statistiċi bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 u s-Sistema Ewropea ta’ Kontijiet Nazzjonali u Reġjonali (iktar ‘il quddiem l-“ESA 95” (5) ma jissodisfawx il-bżonnijiet tal-SEBĊ fir-rigward tal-kopertura u fil-ħin tal-istatistika tal-aġġustament tad-dejn tal-gvern u tad-defiċit-dejn u statistika fuq tranżazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-baġit tal-UE. Għalhekk hemm bżonn ta’ iktar kumpilazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(7)

Hemm bżonn li tiġi stabbilita proċedura li biha jkunu jistgħu jsiru l-emendi tekniċi għall-annessi ma’ din il-Linja Gwida b’mod effettiv, sakemm emendi bħal dawn la jbiddlu l-qafas kunċettwali bażi u lanqas jaffettwaw il-piż ta’ rappurtar,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din il-Linja Gwida:

(1)

“Stat Membru parteċipanti” tfisser Stat Membru li adotta l-euro;

(2)

“Stat Membru mhux parteċipanti” tfisser Stat Membru li m’adottax l-euro;

Artikolu 2

Obbligi ta’ rappurtar statistiku tal-BĊNi

1.   Il-BĊNi għandhom jirrapportaw il-GFS lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), kif speċifikat fl-Anness I, kull sena kalendarja. Id-data għandha tikkonforma mal-prinċipji u mad-definizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 479/2009 u tal-ESA 95, kif deskritti aktar fid-dettall fl-Anness II.

2.   Is-sett tad-data komplet għandu jinkludi l-kategoriji kollha indikati bħala li huma jew ewlenin jew sekondarji fl-Anness I taħt l-istatistika tad-dħul u l-infiq fl-Anness I taħt l-istatistika tad-dħul u l-infiq, statistika ta’ aġġustament tad-defiċit-dejn u statistika tad-dejn. Settijiet ta’ data parzjali jinkludu għallinqas il-kategoriji ewlenin taħt statistika dwar id-dħul u l-infiq, statistika ta’ aġġustament dwar id-defiċit-dejn, jew statistika dwar id-dejn.

3.   Il-BĊNi għandhom jirrapportaw skont id-definizzjonijiet metodoloġiċi stabbiliti għas-setturi u s-subsetturi fit-Taqsima 1 tal-Anness II ta’ din il-Linja Gwida u għal dan li ġej fit-Taqsima 2 tagħha:

(a)

“statistika ta’ dħul u infiq” li tinkludi l-istatistika li tinsab fit-Tabelli 1A, 1B u 1Ċ tal-Anness I;

(b)

“statistika ta’ aġġustament defiċit-dejn” li tinkludi l-istatistika li tinsab fit-Tabelli 2A u 2B tal-Anness I;

(c)

“statistika tad-dejn” li tinkludi l-istatistika li tinsab fit-Tabelli 3A u 3B tal-Anness I.

4.   Id-data għandha tkopri l-perjodu minn 1995 sas-sena li magħha għandha x’taqsam it-trażmissjoni (sena t-1).

5.   Id-data dwar defiċit/bilanċ, dejn, dħul, infiq u l-prodott domestiku gross (PDG) nominali għandha tkun akkompanjata b’raġunijiet għal reviżjonijiet meta l-ammont ta’ bidla għad-defiċit/bilanċ ikkawżat mir-reviżjonijiet ikun għallinqas 0,3 % tal-PGD jew l-ammont ta’ bidla għad-dejn, dħul, infiq jew PDG nominali kkawżat minn reviżjonijiet ikun għallinqas 0,5 % tal-PDG.

Artikolu 3

Obbligi ta’ rappurtar statistiku tal-BĊE

1.   Fuq il-bażi tad-data rrapportata mill-BĊNi, il-BĊE għandu jamministra l-“bażi ta”data tal-GFS’, li tinkludi ż-żona tal-euro u aggregati tal-UE. Il-BĊE għandu jqassam il-bażi ta’ data tal-GFS lill-BĊNi.

2.   Il-BĊNi għandhom jimmarkaw l-informazzjoni statistika tagħhom billi jindikaw lil min din tista’ tkun magħmula disponibbli. Il-BĊE għandu jqis dan l-immarkar meta jqassam il-bażi ta’ data tal-GFS.

Artikolu 4

Rappurtar fil-ħin

1.   Il-BĊNi għandhom jirrappurtaw settijiet kompluti ta’ data darbtejn fis-sena, qabel il-15 ta’ April u qabel il-15 ta’ Ottubru.

2.   Il-BĊNi għandhom jirrapportaw fuq l-inizjattiva tagħhom stess settijiet parzjali ta’ data, bejn iż-żewġ rapporti deskritti fil-paragrafu wieħed, meta jkun hemm informazzjoni ġdida disponibbli. Meta jiġi rrapportat sett parzjali ta’ data li jkopri l-kategoriji ewlenin biss, il-BĊNi jistgħu jipprovdu wkoll stimi tal-kategoriji sekondarji.

3.   Il-BĊE għandu jqassam il-bażi ta’ data tal-GFS lill-BĊNi għallinqas darba fix-xahar, mhux aktar tard mill-jum ta’ xogħol ta’ wara tal-BĊE wara li l-BĊE jiffinalizza d-data għall-pubblikazzjoni.

Artikolu 5

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti

1.   Fejn is-sorsi ta’ wħud jew tad-data u tal-informazzjoni kollha deskritta fl-Artikolu 2 huma awtoritajiet nazzjonali kompetenti li mhumiex il-BĊNi, il-BĊNi għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jistabbilixxu ma’ dawk l-awtortitajiet, il-mezzi adattati ta’ kooperazzjoni sabiex tiġi żgurata struttura permanenti ta’ trażmissjoni ta’ data sabiex jiġu sodisfatti l-istandards u l-ħtiġijiet tekniċi tas-SEBĊ, sakemm l-istess riżultat ma jkunx diġà ntlaħaq fuq il-bażi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali.

2.   Meta, waqt din il-kooperazzjoni, BĊN ma jkunx jista’ jikkonforma mal-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 4 minħabba li l-awtorità nazzjonali kompetenti ma tkunx ipprovdiet lill-BĊN bl-informazzjoni meħtieġa, il-BĊE u l-BĊN għandhom jiddiskutu ma’ dik l-awtorità kif din l-informazzjoni tista’ ssir disponibbli.

Artikolu 6

Standards ta’ trażmissjoni u ta’ kodifikazzjoni

Il-BĊNi u l-BĊE għandhom jużaw l-istandards speċifikati fl-Anness III sabiex jittrasmettu u jikkodifikaw id-data deskritta fl-Artikoli 2 u 3. Din il-ħtieġa ma timpedixxix l-użu ta’ xi mezzi oħra ta’ trażmissjoni ta’ informazzjoni statistika lill-BĊE bħala soluzzjoni ta’ rikorrenza miftiehma.

Artikolu 7

Kwalità

1.   Il-BĊE u l-BĊNi għandhom jimmonitorjaw u jippromwovu l-kwalità tad-data rrapportata lill-BĊE.

2.   Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jirrapporta ta’ kull sena lill-Kunsill Governattiv tal-BĊE fuq il-kwalità tal-GFS annwali.

3.   Ir-rapport għandu jindirizza, għallinqas, il-kopertura tad-data, kemm tikkonforma mad-definizzjonijiet relevanti, u l-ammont ta’ reviżjonijiet.

Artikolu 8

Proċedura ssimplifikata ta’ emenda

Filwaqt li jqis l-opinjonijiet tal-Kumitat tal-Istatistika, il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jkun intitolat jagħmel emendi tekniċi għall-annessi ta’ din il-Linja Gwida, sakemm emendi bħal dawn la jbiddlu l-qafas kunċettwali bażi u lanqas ma jaffettwaw il-piż ta’ rappurtar.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ u revoka tal-Linja Gwida BĊE/2005/5

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ jumejn wara l-adozzjoni tagħha.

2.   Il-Linja Gwida BĊE/2005/5 hija imħassra.

3.   Ir-referenzi għal-Linja Gwida BĊE/2005/5 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din il-Linja Gwida.

Artikolu 10

Indirizzati

Din il-Linja Gwida tapplika għall-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-31 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1.

(3)  ĠU L 109, 29.4.2005, p. 81.

(4)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(5)  Li jinsabu fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 2223/96.


ANNESS I

ĦTIĠIJIET TA’ RAPPURTAR TA’ DATA

Il-kategoriji ewlenin jidhru bil-grassett, filwaqt li l-kategoriji oħrajn huma sekondarji. Il-kategoriji jirreferu għas-settur tal-gvern ġenerali sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor. “Dejn li għandu rata ta’ imgħax varjabbli_” tfisser dejn f’dawk l-istrumenti finanzjarji li l-ħlasijiet b’kupuni mhumiex perċentwal predeterminat tal-kapital, iżda jiddependu fuq it-tielet rata ta’ imgħax jew ta’ redditu jew fuq indikatur ieħor.

Statistika tad-dħul u tal-infiq

Tabella 1A

Kategorija

Nru u relazzjoni lineari

Defiċit (–) jew bilanċ (+)

1 = 2 – 5

Dħul totali

2 = 3 + 4

Dħul kurrenti totali

3 = 11

Dħul kapitali totali

4 = 33

Infiq totali

5 = 6 + 7

Infiq kurrenti totali

6 = 23

Infiq kapitali totali

7 = 35

Defiċit (–) jew bilanċ (+) primarju

8 = 9 + 10

Defiċit (–) jew bilanċ (+)

9 = 1

Imgħax li jrid jitħallas

10 = 28

Dħul kurrenti totali

11 = 12 + 15 + 17 + 20 + 22

Taxxi diretti

12

li għandhom jitħallsu minn korporazzjonijiet

13

li għandhom jitħallsu minn djar

14

Taxxi indiretti

15

li minnhom taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)

16

Kontribuzzjonijiet soċjali

17

li huma kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta’ min iħaddem

18

li huma kontribuzzjonijiet soċjali tal-impjegati

19

Dħul kurrenti ieħor

20

li huwa imgħax li jrid jiġi rċevut

21

Bejgħ

22

Infiq kurrenti totali

23 = 24 + 28 + 29 + 31

Trasferimenti kurrenti

24 = 25 + 26 + 27

Ħlasijiet soċjali

25

Sussidji li jridu jitħallsu

26

Trasferimenti kurrenti oħra li jridu jitħallsu

27

Imgħax li jrid jitħallas

28

Kumpens tal-impjegati

29

li huma pagi u salarji

30

Konsum intermedju

31

Tfaddil gross

32 = 11 – 23

Dħul kapitali totali

33

li huwa taxxi kapitali

34

Infiq kapitali totali

35 = 36 + 37 + 38

Investiment

36

Akkwisti netti oħra ta’ assi mhux finanzjarji

37

Trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu

38

Defiċit (–) jew bilanċ (+)

39 = 1 = 40 + 41 + 42 + 43

Defiċit (–) jew bilanċ (+) tal-gvern ċentrali

40

Defiċit (–) jew bilanċ (+) tal-gvern statali

41

Defiċit (–) jew bilanċ (+) tal-gvern lokali

42

Defiċit (–) jew bilanċ (+) tal-fondi tas-sigurtà soċjali

43

Partiti tal-memorandum

Kontribuzzjonijiet soċjali attwali

44

Benefiċċji soċjali għajr trasferimenti soċjali mhux fi flus

45


Tabella 1B

Kategorija

Nru u relazzjoni lineari

Ħlasijiet minn Stat Membru lill-bagit tal-Unjoni Ewropea

1 = 2 + 4 + 5 + 7

Taxxi indiretti li jridu jiġu rċevuti mill-baġit tal-UE

2

li huma VAT irċevuta mill-baġit tal-UE

3

Kooperazzjoni internazzjonali kurrenti li trid titħallas mill-gvern lill-baġit tal-UE

4

Trasferimenti kurrenti mixxellanji li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit tal-UE

5

li huma r-raba’ riżorsa proprja tal-UE

6

Trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit tal-UE

7

Infiq tal-UE fl-Istat Membru

8 = 9 + 10 + 11 + 12 + 13

Sussidji li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE

9

Trasferimenti kurrenti li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lill-gvern

10

Trasferimenti kurrenti li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lil unitajiet mhux governattivi

11

Trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lill-gvern

12

Trasferimenti kapitali mħallsa mill-baġit tal-UE lil sezzjonijiet mhux governattivi

13

Dħul nett mill-baġit tal-UE (riċevitur nett +, kontributur nett -)

14 = 8 – 1

Partita tal-memorandum

Spejjeż tal-ġbir tar-riżorsi proprji

15


Tabella 1C

Kategorija

Nru u relazzjoni lineari

Infiq fuq il-konsum finali

1 = 2 + 3 = 4 + 5 + 6 + 7 + 8 + 9 – 10

Infiq fuq il-konsum individwali

2

Infiq fuq il-konsum kollettiv

3

Kumpens tal-impjegati

4 = [1A.29] (1)

Konsum intermedju

5 = [1A.31]

Trasferimenti soċjali mhux fi flus fornuti permezz tal-produtturi tas-suq

6

Konsum ta’ kapital fiss

7

Taxxi fuq il-produzzjoni mħallsa bis-sussidji rċevuti mnaqqsa

8

Bilanċ nett tat-tħaddim

9

Bejgħ

10 = [1A.22]

Partita tal-memorandum

Infiq tal-konsum finali bi prezzijiet tas-sena ta’ qabel

11

Defiċit (–) jew bilanċ (+)

12 = [1A.1]

Imgħax li jrid jitħallas

13 = [1A.10]

Imgħax inkluż settlements taħt swaps u ftehim fuq ir-rata forward

14

Proċedura tad-defiċit eċċessiv defiċit (–) jew bilanċ (+)

15 = 12 + 13 – 14

Rikavat mis-sistema ta’ telekomunikazzjonijiet mobbli universali

16

Dejn

17 = [Tabella 3A.1]

Prodott domestiku gross (PDG) bi prezzijiet kurrenti

18

PDG bi prezzijiet tas-sena ta’ qabel

19

Investiment tal-Gvern bi prezzijiet tas-sena ta’ qabel

20

Statistika ta’ aġġustament defiċit-dejn

Tabella 2A

Kategorija

Nru u relazzjoni lineari

Defiċit (–) jew bilanċ (+)

1 = [1A.1]

Aġġustament bejn kontijiet finanzjarji u dawk li m’humiex

2 = 1 – 3

Tranżazzjonijiet netti f’attiv u passiv finanzjarju

3 = 4 – 15

Tranżazzjonijiet f’assi finanzjarji (konsolidati)

4 = 5 + 6 + 7 + 8 + 9 + 13

Tranżazzjonijiet f’valuta u f’depożiti

5

Tranżazzjonijiet f’titoli li mhumiex ishma – titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir u fuq perjodu ta’ żmien twil

6

Tranżazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji

7

Tranżazzjonijiet f’self

8

Tranżazzjonijiet f’ishma u ishma azzjonarji oħra

9

Privatizzazzjoni

10

Injezzjonijiet ta’ ishma azzjonarji

11

Oħrajn

12

Tranżazzjonijiet f’assi finanzjarji oħra

13

li minnhom taxxi u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali dovuti imma mhux imħallsin

14

Tranżazzjonijiet f’passiv (konsolidati)

15 = 16 + 17 + 18 + 19 + 20 + 22

Tranżazzjonijiet f’valuta u f’depożiti

16

Tranżazzjonijiet f’titoli li mhumiex ishma – titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir

17

Tranżazzjonijiet f’titoli li mhumiex ishma – titoli fuq perjodu ta’ żmien twil

18

Tranżazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji

19

Tranżazzjonijiet f’self

20

li huma self mill-bank ċentrali

21

Tranżazzjonijiet f’passiv ieħor

22

Tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn (konsolidat)

= ħtiega ta’ self tal-ġvern generali

23 = 16 + 17 + 18 + 20

23 = 25 + 26 + 27

23 = 2 – 1 + 4 – 19 – 22

Tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn għal żmien twil

24

Tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn denominati fil-valuta nazzjonali

25

Tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn denominati f’valuta barranija parteċipanti (2)

26

Tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn denominati f’valuta barranija mhux parteċipanti

27

Cirkolazzjonijiet oħra

28 = 29 + 32

Effetti tal-valutazzjoni fuq il-passiv

29 = 30 + 31

Qligh u telf ta’ holdings tal-kambju

30

Effetti oħra tal-valutazzjoni – valur nominali

31

Bidliet oħra fil-volum tal-passiv

32

Bidla fid-dejn

33 = 23 + 28

33 = 2 – 1 + 4 – 19 – 22 + 28


Tabella 2B

Kategorija

Nru u relazzjoni lineari

Tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn – mhux konsolidati

1 = 2 + 3 + 4 + 5 + 6

Tranżazzjonijiet f’valuti u f’depożiti (passiv) – mhux konsolidati

2

Tranżazzjonijiet f’titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir (passiv) – mhux konsolidati

3

Tranżazzjonijiet f’titoli fuq perjodu ta’ żmien twil (passiv) – mhux konsolidati

4

Tranżazzjonijiet f’self minn bank ċentrali

5

Tranżazzjonijiet f’self ieħor (passiv) – mhux konsolidati

6

Tranżazzjonijiet konsolidattivi

7 = 8 + 9 + 10 + 11

Tranżazzjonijiet konsolidattivi – valuta u depożiti

8 = 2 – [2A.16]

Tranżazzjonijiet konsolidattivi – titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir

9 = 3 – [2A.17]

Tranżazzjonijiet konsolidattivi – titoli fuq perjodu ta’ żmien twil

10 = 4 – [2A.18]

Tranżazzjonijiet konsolidattivi – self

11 = 6 – ([2A.20] – [2A.21]).

Statistika fuq id-dejn

Tabella 3A

Kategorija

Nru u relazzjoni lineari

Dejn

1 = 2 + 3 + 4 + 5 + 6

=7 + 12 = 13 + 14 + 15

=16 + 17 = 19 + 20 + 22

=24 + 25 + 26 + 27

Dejn – valuta u depożiti (passiv)

2

Dejn – titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir (passiv)

3

Dejn – titoli fuq perjodu ta’ żmien twil (passiv)

4

Dejn – self minn bank ċentrali (passiv)

5

Dejn – self ieħor (passiv)

6

Dejn miżmum minn residenti tal-Istat Membru

7= 8 + 9 + 10 + 11

Dejn miżmum minn bank ċentrali

8

Dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji oħrajn

9

Dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn

10

Dejn miżmum minn residenti oħra tal-Istat Membru

11

Dejn miżmum minn mhux residenti tal-Istat Membru

12

Dejn denominat f’valuta nazzjonali

13

Dejn denominat f’valuta barranija parteċipanti

14

Dejn denominat f’valuta barranija mhux parteċipanti

15

Dejn fuq perjodu ta’ żmien qasir

16

Dejn fuq perjodu ta’ żmien twil

17

li minnu rata ta’ imgħax varjabbli

18

Dejn b’maturità reżidwa sa sena

19

Dejn b’maturità reżidwa ta’ iktar minn sena u sa ħames snin

20

li minnu rata ta’ imgħax varjabbli

21

Dejn b’maturità reżidwa ta’ iktar minn ħames snin

22

li minnu rata ta’ imgħax varjabbli

23

Komponent ta’ dejn tal-gvern ċentrali

24 = [3B.7] – [3B.15]

Komponent ta’ dejn tal-gvern statali

25 = [3B.9] – [3B.16]

Komponent ta’ dejn tal-gvern lokali

26 = [3B.11] – [3B.17]

Komponent ta’ dejn tal-fondi tas-sigurtà soċjali

27 = [3B.13] – [3B.18]

Partiti tal-memorandum

Maturità reżidwa medja tad-dejn

28

Dejn – bonds ta’ bla kupun

29


Tabella 3B

Kategorija

Nru u relazzjoni lineari

Dejn (mhux konsolidat)

1 = 7 + 9 + 11 + 13

Elementi konsolidattivi

2 = 3 + 4 + 5 + 6 = 8 + 10 + 12 + 14

=15 + 16 + 17 + 18

Elementi konsolidattivi – valuta u depożiti

3

Elementi konsolidattivi – titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir

4

Elementi konsolidattivi – titoli fuq perjodu ta’ żmien twil

5

Elementi konsolidattivi – self

6

Dejn maħruġ mill-gvern ċentrali

7

li huwa miżmum minn subsetturi oħra tal-gvern

8

Dejn maħruġ mill-gvern statali

9

li huwa miżmum minn subsetturi oħra tal-gvern

10

Dejn maħruġ minn gvern lokali

11

li huwa miżmum minn subsetturi oħra tal-gvern

12

Dejn maħruġ mill-fondi tas-sigurtà soċjali

13

li huwa miżmum minn subsetturi oħra tal-gvern

14

Partiti tal-memorandum

Holdings mill-gvern ċentrali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet f’subsetturi oħra tal-gvern

15

Holdings mill-gvern statali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet f’subsetturi oħrajn tal-gvern

16

Holdings mill-gvern lokali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet f’subsetturi oħra tal-gvern

17

Holdings mill-fondi tas-sigurtà soċjali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet f’subsetturi oħra tal-gvern

18


(1)  [x.y] tirreferi għan-numru tal-kategorija y tat-Tabella x.

(2)  Li għandha tiġi rrapportata għas-snin ta’ qabel ma l-Istat Membru sar Stat Membru parteċipanti.


ANNESS II

DEFINIZZJONIJIET METODOLOĠIĊI

1.   Definizzjoni ta’ setturi u subsetturi

Setturi u subsetturi fl-ESA 95

 

 

Pubbliċi

Nazzjonali privati

Ikkontrollati minn barranin

Ekonomija totali

S.1

 

 

 

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

S.11

S.11001

S.11002

S.11003

Korporazzjonijiet finanzjarji

S.12

 

 

 

Bank ċentrali

S.121

 

 

 

Istituzzjonijiet finanzjarji monetarji oħra

S.122

S.12201

S.12202

S.12203

Intermedjarji finanzjarji oħra, għajr korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni

S.123

S.12301

S.12302

S.12303

Awżiljarji finanzjarji

S.124

S.12401

S.12402

S.12403

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni

S.125

S.12501

S.12502

S.12503

Gvern ġenerali

S.13

 

 

 

Gvern ċentrali

S.1311

 

 

 

Gvern statali

S.1312

 

 

 

Gvern lokali

S.1313

 

 

 

Fondi tas-sigurtà soċjali

S.1314

 

 

 

Djar

S.14

 

 

 

Istituzzjonijiet li ma għandhomx l-għan li jagħmlu profitt li jservu d-djar

S.15

 

 

 

Bqija tad-dinja

S.2

 

 

 

L-UE

S.21

 

 

 

Stati Membri tal-UE

S.211

 

 

 

L-istituzzjonijiet tal-UE

S.212

 

 

 

Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali

S.22

 

 

 

2.   Definizzjoni tal-kategoriji  (1)

Tabella 1A:

1.

Defiċit (–) jew bilanċ (+) [1A.1] hija ugwali għal tislif nett (+)/self nett (–) (B.9) ta’ S.13.

2.

Dħul totali [1A.2] hija ugwali għad-dħul totali kurrenti [1A.3], miżjuda bid-dħul totali kapitali [1A.4].

3.

Dħul totali kurrenti [1A.3] hija ugwali għad-dħul kurrenti totali [1A.11].

4.

Dħul kapitali totali [1A.4] hija ugwali għad-dħul kurrenti totali [1A.33].

5.

Infiq totali [1A.5] hija ugwali għall-infiq totali kurrenti [1A.6], miżjuda bl-infiq totali kapitali [1A.7].

6.

Infiq kurrenti totali [1A.6] hija ugwali għall-infiq kurrenti totali [1A.23]

7.

Infiq kapitali totali [1A.7] hija ugwali għall-infiq kapitali totali [1A.35].

8.

Defiċit (–) jew bilanċ (+) primarju [1A.8] hija ugwali għad-defiċit (–) jew bilanċ (+) [1A.9], miżjuda bl-imgħax li jrid jitħallas [1A.10].

9.

Defiċit (–) jew bilanċ (+) [1A.9] hija ugwali għad-defiċit (–) jew bilanċ (+) [1A.1].

10.

Imgħax li jrid jitħallas [1A.10] huwa hija ugwali għall-imgħax li jrid jitħallas [1A.28].

11.

Dħul kurrenti totali [1A.11] hija ugwali għat-taxxi diretti [1A.12], miżjuda bit-taxxi indiretti [1A.15], miżjuda bil-kontribuzzjonijiet soċjali [1A.17], miżjuda bi dħul kurrenti ieħor [1A.20], miżjuda bil-bejgħ [1A.22].

12.

Taxxi diretti [1A.12] hija ugwali għat-taxxi kurrenti fuq id-dħul, fuq il-ġid, eċċ. (D.5) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13.

13.

Taxxi diretti li għandhom jitħallsu minn korporazzjonijiet [1A.13] hija ugwali għal taxxi kurrenti fuq id-dħul, fuq il-ġid, eċċ. (D.5) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13 u użu ta’ S.11 u S.12.

14.

Taxxi diretti li għandhom jitħallsu minn djar [1A.14] hija ugwali għal taxxi kurrenti fuq id-dħul, fuq il-ġid, eċċ. (D.5) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13 u użu ta’ S.14.

15.

Taxxi indiretti [1A.15] hija ugwali għal taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet (D.2) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13.

16.

Taxxi indiretti li t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) [1A.16] hija ugwali għat-taxxi tat-tip tal-valur miżjud (D.211) imniżżla fost ir-riżorsi ta’ S.13.

17.

Kontribuzzjonijiet soċjali [1A.17] hija ugwali għal kontribuzzjonijiet soċjali (D.61) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13.

18.

Kontribuzzjonijiet soċjali li huma kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta’ min iħaddem [1A.18] hija ugwali għal kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta’ min iħaddem (D.6111) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13.

19.

Kontribuzzjonijiet soċjali li huma kontribuzzjonijiet soċjali tal-impjegati [1A.19] hija ugwali għall-kontribuzzjonijiet soċjali tal-impjegati (D.6112) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13.

20.

Dħul kurrenti ieħor [1A.20] hija ugwali għal dħul tal-proprjetà (D.4), flimkien ma’ kejms fuq l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja (D.72), flimkien ma’ kooperazzjoni internazzjonali kurrenti (D.74), flimkien ma’ trasferimenti kurrenti mixxelanji (D.75) imniżżla fost ir-riżorsi ta’ S.13, ħlief riżorsi ta’ imgħax ta’ S.13 (D.41) li huma użu ukoll ta’ S.13, flimkien ma rċevuti ta’ sussidji oħrajn fuq produzzjoni (D.39) li huwa użu ta’ S.13.

21.

Dħul kurrenti ieħor li huwa imgħax li jrid jiġi rċevut [1A.21] hija ugwali għal imgħax (D.41) imniżżel fost ir-riżorsi ta’ S.13 u użu tas-setturi kollha għajr S.13.

22.

Bejgħ [1A.22] hija ugwali għall-produttività tas-suq (P.11), miżjuda bil-produttività għal użu finali proprju (P.12), miżjuda b’pagamenti minn produttività oħra mhux tas-suq (P.131) imniżżel fost ir-riżorsi ta’ S.13.

23.

Ħruġ kurrenti totali [1A.23] hija ugwali għal trasferimenti kurrenti [1A.24], miżjuda bl-imgħax li jrid jitħallas [1A.28], miżjuda bil-kumpens tal-impjegati [1A.29], miżjuda bil-konsum intermedju [1A.31].

24.

Trasferimenti kurrenti [1A.24] hija ugwali għal pagamenti soċjali [1A.25], miżjuda b’sussidji pagabbli [1A.26], miżjuda bi trasferimenti kurrenti oħra li jridu jitħallsu [1A.27].

25.

Pagamenti soċjali [1A.25] hija ugwali għal benefiċċji soċjali għajr trasferimenti soċjali mhux fi flus (D.62), miżjuda bi trasferimenti soċjali mhux fi flus relatati mal-infiq fuq prodotti fornuti lid-djar permezz ta’ produtturi tas-suq (D.6311 + D.63121 + D.63131) imniżżlin fost użu ta’ S.13, miżjuda bi trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) imniżżlin fost użu ta’ S.13 u riżorsi ta’ S.15.

26.

Sussidji li jridu jitħallsu [1A.26] hija ugwali għal sussidji (D.3) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13.

27.

Trasferimenti kurrenti oħrajn [1A.27] hija ugwali għat-taxxi kurrenti fuq id-dħul, fuq il-ġid eċċ (D.5), flimkien ma’ taxxi oħrajn fuq il-produzzjoni (D.29), flimkien ma’ dħul fuq il-proprjetà (D.4) ħlief għall-imgħax (D.41), flimkien ma’ premiums tal-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja netti (D.71) flimkien ma’ kooperazzjoni internazzjonali kurrenti (D.74) imniżżla fost l-użu ta’ S.13, flimkien ma’ trasferimenti kurrenti mixxelanji (D.75) imniżżla fost użi ta’ S.13 u riżorsi tas-setturi kollha ħlief S.15.

28.

Imgħax li jrid jitħallas [1A.28] hija ugwali għal imgħax (D.41) imniżżel fost użu ta’ S.13 u riżorsi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

29.

Kumpens tal-impjegati [1A.29] hija ugwali għall-kumpens tal-impjegati (D.1) imniżżel fost użu ta’ S.13.

30.

Kumpens tal-impjegati li minnu pagi u salarji [1A.30] hija ugwali għal pagi u salarji (D.11) imniżżel fost użu ta’ S.13.

31.

Konsum intermedju [1A.31] hija ugwali għal konsum intermedju (P.2) imniżżel fost użu ta’ S.13.

32.

Tfaddil gross [1A.32] hija ugwali għal dħul totali kurrenti [1A.11], wara li titnaqqas l-ispiża totali kurrenti [1A.23].

33.

Dħul totali kapitali [1A.33] huwa ugwali għal trasferimenti ta’ kapital li jiġi rċevut (D.9) imniżżel fost tibdil fil-passiv u l-valur nett ta’ S.13, u mniżżel bħala trasferiment kapitali li jitħallas mis-setturi kollha ħlief S.13.

34.

Dħul totali kapitali li minnu taxxi kapitali [1A.34] huma ugwali għal taxxi kapitali (D.91) imniżżlin fost il-bidliet fil-passiv u fil-valur nett ta’ S.13.

35.

Infiq totali kapitali [1A.35] hija ugwali għal investiment [1A.36], miżjuda b’akkwisti netti oħra ta’ assi mhux finanzjarji [1A.37], miżjuda bi trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu [1A.38].

36.

Investiment [1A.36] hija ugwali għal formazzjoni ta’ kapital fiss gross (P.51) imniżżel fost bidliet fl-assi ta’ S.13.

37.

Akkwisti netti oħra ta’ assi mhux finanzjarji [1A.37] hija ugwali għal tibdiliet fl-inventarji (P.52), flimkien ma’ l-akkwist nett ta’ oġġetti ta’ valur (P.53), u akkwist nett ta’ assi mhux prodotti, mhux finanzjarji (K.2) imniżżlin fost bidliet fl-assi ta’ S.13.

38.

Trasferimenti kapitali li jitħallsu [1A.38] huwa ugwali għal trasferimenti ta’ kapital li jitħallsu (D.9) imniżżelin fost tibdil fil-passiv u l-valur nett ta’ S.13, u mniżżlin bħala trasferiment kapitali li jiġi rċevut mis-setturi kollha ħlief S.13.

39.

Defiċit (–) jew bilanċ (+) [1A.39] huwa daqs defiċit (–) jew bilanċ (+) [1A.1] u huwa daqs defiċit (–) jew bilanċ (+) tal-gvern ċentrali [1A.40], miżjud defiċit (–) jew bilanċ (+) tal-gvern statali [1A.41], flimkien ma’ defiċit (–) jew bilanċ (+) tal-gvern lokali [1A.42], flimkien ma’ defiċit (–) jew bilanċ (+) ta’ fondi ta’ sigurtà soċjali [1A.43].

40.

Defiċit (–) jew bilanċ (+) tal-gvern ċentrali [1A.40] hija ugwali għal tislif nett (+)/self nett (–) (B.9) ta’ S.1311.

41.

Defiċit (–) jew bilanċ (+) tal-gvern statali [1A.41] hija ugwali għal tislif nett (+)/self nett (–) (B.9) ta’ S.1312.

42.

Defiċit (–) jew bilanċ (+) tal-gvern lokali [1A.42] hija ugwali għal tislif nett (+)/self nett (–) (B.9) ta’ S.1313.

43.

Defiċit (–) jew bilanċ (+) ta’ fondi tas-sigurtà soċjali [1A.43] hija ugwali għal tislif nett (+)/self nett (–) (B.9) ta’ S.1314.

44.

Kontribuzzjonijiet soċjali attwali [1A.44] hija ugwali għal kontribuzzjonijiet soċjali attwali (D.611) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13.

45.

Benefiċċji soċjali għajr trasferimenti soċjali mhux fi flus [1A.45] hija ugwali għal benefiċċji soċjali għajr trasferimenti soċjali mhux fi flus (D.62) imniżżlin fost użu ta’ S.13.

Tabella 1B:

1.

Ħlasijiet minn Stat Membru lill-baġit tal-UE [1B.1] hija ugwali għal taxxi indiretti li jridu jiġu rċevuti mill-baġit tal-UE miżjuda bil-kooperazzjoni internazzjonali kurrenti (D.74) li trid titħallas mill-gvern lill-baġit tal-UE [1B.4] miżjuda bi trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit tal-UE [1B.5] miżjuda bi trasferimenti kapitali (D.9) li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit tal-UE [1B.7].

2.

Taxxi indiretti li jridu jiġu rċevuti mill-baġit tal-UE [1B.2] hija ugwali għal taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet (D.2) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.212.

3.

Taxxi indiretti riċevibbli mill-baġit ta’ l-UE, li tagħhom il-VAT riċevuta mill-baġit tal-UE, [1B.3] hija ugwali għal taxxi tat-tip fuq il-valur miżjud (D.211) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.212.

4.

Kooperazzjoni internazzjonali kurrenti li trid titħallas mill-gvern lill-baġit tal-UE [1B.4] hija ugwali għal kooperazzjoni internazzjonali kurrenti (D.74) imniżżla fost ir-riżorsi ta’ S.212 u użu ta’ S.13.

5.

Trasferimenti kurrenti mixxellanji li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit tal-UE [1B.5] hija ugwali għal trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.212 u użu ta’ S.13.

6.

Trasferimenti kurrenti mixxellanji li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit tal-UE li huma r-raba’ riżorsa proprja tal-UE [1B.6] hija ugwali għall-prodott gross nazzjonali (PGN) għar-raba’ riżorsa proprja bbażat fuq il-PGN (ESA 95 paragrafu 4.138) imniżżel bħala trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) fost riżorsi ta’ S.212 u użu ta’ S.13.

7.

Trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit tal-UE [1B.7] hija ugwali għal trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu (D.9) imniżżlin fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u rreġistrati bħala trasferiment kapitali li jrid jiġi rċevut minn S.212.

8.

Infiq tal-UE fi Stat Membru [1B.8] hija ugwali għal sussidji (D.3) li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE [1B.9], miżjuda bi trasferimenti oħra kurrenti (D.7) li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lill-gvern [1B.10], miżjuda bi trasferimenti oħra kurrenti (D.7) li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lil unitajiet mhux governattivi [1B.11], miżjuda bi trasferimenti kapitali (D.9) li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lill-gvern [1B.12], miżjuda bi trasferimenti kapitali (D.9) li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lil unitajiet mhux governattivi [1B.13].

9.

Sussidji li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE [1B.9] hija ugwali għal sussidji (D.3) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.212.

10.

Trasferimenti kurrenti li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lill-gvern [1B.10] hija ugwali għal kooperazzjoni internazzjonali kurrenti (D.74), flimkien ma’ trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13 u użu ta’ S.212.

11.

Trasferimenti kurrenti li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lil unitajiet mhux governattivi [1B.11] hija ugwali għal trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) imniżżlin fost użu ta’ S.212 u riżorsi tas-setturi kollha għajr S.13.

12.

Trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lill-gvern [1B.12] hija ugwali għal trasferimenti kapitali li jridu jiġu rċevuti (D.9) imniżżlin fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u fost bidliet fl-assi ta’ S.212.

13.

Trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu mill-baġit tal-UE lil unitajiet mhux governattivi [1B.13] hija ugwali għal trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu (D.9) imniżżlin fost bidliet fl-assi ta’ S.212 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr S.13.

14.

Dħul nett mill-baġit tal-UE [1B.14] hija ugwali għad-dħul nett tal-gvern mill-baġit tal-UE miżjuda bid-dħul nett ta’ unitajiet mhux governattivi mill-baġit tal-UE.

15.

Spejjeż tal-ġbir tar-riżorsi proprji [1B.15] hija dik il-parti tal-produttività tas-suq (P.11) imniżżla fost ir-riżorsi ta’ S.13 jiġifieri l-ispejjeż tal-ġbir tar-riżorsi proprji imħallsa mill-baġit tal-UE.

Tabella 1C:

1.

Infiq fuq il-konsum finali [1C.1] hija ugwali għall-infiq fuq il-konsum finali (P.3) imniżżel fost użu ta’ S.13.

2.

Infiq fuq il-konsum individwali [1C.2] hija ugwali għall-infiq fuq il-konsum individwali (P.31) imniżżel fost użu ta’ S.13.

3.

Infiq tal-konsum kollettiv [1C.3] hija ugwali għall-infiq tal-konsum kollettiv (P.32) imniżżel fost użu ta’ S.13.

4.

Kumpens tal-impjegati [1C.4] hija ugwali għal [1A.29].

5.

Konsum intermedju [1C.5] hija ugwali għal [1A.31].

6.

Trasferimenti soċjali mhux fi flus fornuti permezz ta’ produtturi tas-suq [1C.6] hija ugwali għal trasferimenti soċjali mhux fi flus relatati mal-infiq fuq prodotti fornuti lid-djar permezz ta’ produtturi tas-suq (D.6311 + D.63121 + D.63131) imniżżlin fost użu ta’ S.13.

7.

Konsum ta’ kapital fiss [1C.7] hija ugwali għall-konsum ta’ kapital fiss (K.1) imniżżel fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13.

8.

Taxxi fuq il-produzzjoni mħallsa mingħajr is-sussidji rċevuti [1C.8] hija ugwali għal ħlasijiet ta’ taxxi oħra fuq il-produzzjoni (D.29) imniżżlin fost użu ta’ S.13, imnaqqas id-dħul minn sussidji oħra fuq il-produzzjoni (D.39) imniżżlin fost l-użu ta’ S.13.

9.

Bilanċ nett tat-tħaddim [1C.9] hija ugwali għal bilanċ tat-tħaddim nett (B.2n) ta’ S.13.

10.

Bejgħ [1C.10] hija ugwali għal [1A.22].

11.

Infiq ta’ konsum finali bi prezzijiet tas-sena ta’ qabel [1C.11] huwa ekwivalenti mal-volum marbut katina tal-infiq tal-konsum finali (P.3), imniżżel fost użu ta’ S.13, bi prezzijiet tas-sena ta’ qabel.

12.

Defiċit (–) jew bilanċ (+) [1C.12] huwa daqs defiċit (–) jew bilanċ (+) [1A.1].

13.

Imgħax li jrid jitħallas [1C.13] huwa daqs l-imgħax li jrid jitħallas [1A.10].

14.

Imgħax inkluż settlements taħt swaps u ftehim fuq ir-rata forward [1C.14] huwa daqs l-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (EDP) ta’ imgħax (EDP D.41) imniżżel fost l-użu ta’ S.13 u riżorsi għas-setturi kollha ħlief għal S.13.

15.

Defiċit (–) jew bilanċ (+) EDP [1C.15] hija ugwali għal tislif nett (+)/self nett EDP (–) (EDP B.9) ta’ S.13.

16.

Dħul mir-rikavat ta’ sistema universali tat-telekomunikazzjoni bil-mobile [1C.16] hija ugwali għad-dħul li ġej mill-bejgħ tat-tielet ġenerazzjoni ta’ liċenzji ta’ mobile phones, imniżżel bħala tneħħija ta’ assi mhux finanzjarju skont deċiżjoni tal-Eurostat dwar l-allokazzjoni ta’ liċenzji tal-mobile phones.

17.

Dejn [1C.17] hija ugwali għal dejn kif definit fir-Regolament (KE) Nru 479/2009.

18.

Prodott domestiku gross (PDG) skont prezzijiet kurrenti [1C.18] hija ugwali għal PDG (B.1*g) bil-prezzijiet tas-suq.

19.

PDG bi prezzijiet tas-sena ta’ qabel [1C.19] huwa ugwali għall-volum marbut katina tal-PDG (B.1*g) bil-prezzijiet tas-suq tas-sena ta’ qabel.

20.

Investiment tal-gvern bil-prezzijiet tas-sena ta’ qabel [1C.20] huwa daqs il-volum marbut katina tal-formazzjoni kapitali fissa grossa (P.51), imniżżel fost tibdil fl-assi ta’ S.13 bi prezzijiet kostanti.

Tabella 2A:

1.

Defiċit (–) jew bilanċ (+) [2A.1] hija ugwali għal [1A.1].

2.

Aġġustament bejn kontijiet finanzjarji u mhux finanzjarji [2A.2] hija ugwali għal defiċit (–) jew bilanċ (+) [2A.1], mingħajr tranżazzjonijiet netti f’assi u passiv finanzjarji [2A.3].

3.

Tranżazzjonijiet netti f’assi u passiv finanzjarji [2A.3] hija ugwali għal tranżazzjonijiet fl-akkwist nett ta’ assi finanzjarji [2A.4], mingħajr it-tiġrib ta’ tranżazzjonijiet f’passiv [2A.15].

4.

Tranżazzjonijiet f’assi finanzjarji (ikkonsolidati) [2A.4] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f’valuti u depożiti (F.2) [2A.5], flimkien ma’ tranżazzjonijiet f’titoli li mhumiex ishma (F.33) [2A.6], flimkien ma’ tranżazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji (F.34) [2A.7], flimkien ma’ tranżazzjonijiet f’self (F.4) [2A.8], flimkien ma’ tranżazzjonijiet f’ishma u ishma azzjonarji oħra (F.5) [2A.9], flimkien ma’ tranżazzjonijiet f’assi finanzjarji oħra [2A.13], imniżżlin fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr S.13.

5.

Tranżazzjonijiet f’valuti u depożiti (assi) [2A.5] hija ugwali għall-akkwist nett tal-valuti u depożiti (F.2) imniżżlin fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr S.13.

6.

Tranżazzjonijiet f’titoli li mhumiex ishma – titoli (assi) fuq perjodu ta’ żmien qasir u fuq perjodu ta’ żmien twil [2A.6] hija ugwali għall-akkwist nett ta’ titoli mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji (F.33), imniżżlin fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr S.13.

7.

Tranżazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji (assi) [2A.7] hija ugwali għall-ħlasijiet netti fir-rigward tad-derivattivi finanzjarji (F.34), imniżżlin fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

8.

Tranżazzjonijiet f’self (assi) [2A.8] hija ugwali għal self ġdid (F.4) mogħti mill-gvern, nett minn ħlasijiet lura lill-gvern, imniżżlin fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

9.

Tranżazzjonijiet f’ishma u f’ishma azzjonarji oħra (assi) [2A.9] hija ugwali għall-akkwist nett u ishma azzjonarji oħra (F.5) imniżżlin fost bidliet fl-assi ta’ S.13.

10.

Privatizzazzjonijiet (netti) [2A.10] huma ugwali għal tranżazzjonijiet f’ishma u f’ishma azzjonarji oħra (F.5) imniżżla fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.11 jew S.12 li huma mwettqa fil-proċess ta’ ċessjoni jew akkwist tal-kontroll (ESA 95 paragrafu 2.26) (2) tal-unità tad-debitur minn S.13; tranżazzjonijiet bħal dawn jistgħu jsiru minn S.13 direttament mal-unità tad-debitur, jew ma’ unità oħra ta’ kreditu.

11.

Injezzjonijiet ta’ ishma azzjonarji (netti) [2A.11] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f’ishma u f’ishma azzjonarji oħra (F.5) imniżżlin fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-passiv u valur nett ta’ S.11 jew S.12 li mhumiex imwettqa fil-proċess ta’ ċessjoni jew ta’ akkwist tal-kontroll tal-unità tad-debitur minn S.13 u huma mwettqa direttament minn S.13 flimkien mal-unità tad-debitur.

12.

Oħrajn [2A.12] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f’ishma u f’ishma azzjonarji oħra (F.5) imniżżlin fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.11, S.12 jew S.14 li mhumiex imwettqa fil-proċess ta’ ċessjoni jew akkwist ta’ kontroll tal-unità ta’ debitur minn S.13 u mhux imwettqa direttament minn S.13 mal-unità tad-debitur, iżda ma’ unità kreditriċi oħra.

13.

Tranżazzjonijiet f’assi finanzjarji oħra [2A.13] hija ugwali għall-akkwist nett ta’ deheb monetarju u ta’ drittijiet speċjali ta’ ġbid (F.1) imniżżlin fost bidliet fl-assi ta’ S.13, flimkien ma’ l-akkwist nett ta’ riżervi tekniċi tal-assigurazzjoni (F.6), flimkien ma’ kontijiet oħra riċevibbli (F.7) imniżżlin fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

14.

Tranżazzjonijiet f’assi finanzjarji oħra li huma taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali akkumulati imma mhux imħallsin [2A.14] hija ugwali għal dik il-parti ta’ kontijiet oħra li trid tiġi rċevuta (F.7 assi) li għandha x’taqsam mat-taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali mniżżlin f’D.2, D.5, D.6 u D.91, mingħajr l-ammonti ta’ taxxi fil-fatt miġbura, imniżżlin fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

15.

Tranżazzjonijiet f’passiv (konsolidati) [2A.15] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f’valuta u depożiti (F.2) [2A.16], flimkien ma’ tranżazzjonijiet f’titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir minbarra ishma, esklużi derivattivi finanzjarji (F.331) [2A.17], flimkien ma’ tranżazzjonijiet f’titoli fuq perjodu ta’ żmien twil minbarra ishma, esklużi derivattivi finanzjarji (F.332) [2A.18], flimkien ma’ tranżazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji (F.34) [2A.19], flimkien ma’ tranżazzjonijiet f’self (F.4) [2A.20], flimkien ma’ tranżazzjonijiet f’passiv ieħor [2A.22], imniżżlin fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet f’assi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

16.

Tranżazzjonijiet f’valuta u depożiti (passiv) [2A.16] hija ugwali għall-akkwist nett ta’ valuti u depożiti (F.2) imniżżlin fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet f’assi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

17.

Tranżazzjonijiet f’titoli li mhumiex ishma – titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir (passiv) [2A.17] hija ugwali għall-akkwist nett ta’ titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir minbarra ishma, għajr derivattivi finanzjarji (F.331), li l-maturità oriġinali tagħhom hija sena jew inqas, imniżżlin fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet f’assi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

18.

Tranżazzjonijiet f’titoli li mhumiex ishma – titoli fuq perjodu ta’ żmien twil (passiv) [2A.18] hija ugwali għall-akkwist nett ta’ titoli fuq perjodu ta’ żmien twil minbarra ishma, għajr derivattivi finanzjarji (F.332), li l-maturità oriġinali tagħhom hija ta’ aktar minn sena, imniżżlin fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet f’assi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

19.

Tranżazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji (passiv) [2A.19] hija ugwali għal dħul nett fir-rigward ta’ derivattivi finanzjarji (F.34) imniżżlin fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet fl-assi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

20.

Tranżazzjonijiet f’self (passiv) [2A.20] hija ugwali għal self ġdid (F.4) misluf, nett mill-pagamenti mill-ġdid ta’ self eżistenti, imniżżel fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet fl-assi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

21.

Tranżazzjonijiet f’self li huma self minn bank ċentrali [2A.21] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f’self (F.4) imniżżlin fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet fl-assi ta’ S.121.

22.

Tranżazzjonijiet f’passiv ieħor [2A.22] hija ugwali għat-tiġrib nett ta’ passiv fir-riżervi tekniċi tal-assigurazzjoni (F.6), flimkien ma’ kontijiet oħra li għad iridu jitħallsu (F.7) imniżżlin fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet fl-assi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

23.

Tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn (ikkonsolidati) [2A.23] hija ugwali għat-tiġrib nett ta’ passiv f’valuti u depożiti (F.2) [2A.16], flimkien ma’ titoli minbarra ishma, għajr derivattivi [2A.17 u 2A.18] (F.33), flimkien ma’ self (F.4) [2A.20]. Hija msejħa wkoll ħtieġa ta’ self tal-gvern ġenerali.

24.

Tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn fuq perjodu ta’ żmien fit-tul [2A.24] hija ugwali għat-tiġrib nett ta’ passiv fi strumenti ta’ dejn [2A.23] li l-maturità oriġinali tagħhom hija ta’ aktar minn sena.

25.

Tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn denominati fil-valuta nazzjonali [2A.25] hija ugwali għat-tiġrib nett ta’ passiv fi strumenti ta’ dejn [2A.23] denominati fil-valuta legali tal-Istat Membru.

26.

Tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn denominati fil-valuta barranija parteċipanti [2A.26] hija ugwali għat-tiġrib nett ta’ passiv fi strumenti ta’ dejn [2A.23] denominati f’ecu, miżjuda bi strumenti ta’ dejn denominati f’euro qabel mal-Istat Membru adotta l-euro, miżjuda bi strumenti ta’ dejn denominati fil-valuta legali tal-Istat Membru parteċipant qabel ma sar Stat Membru parteċipant. Teskludi valuta nazzjonali [2A.25].

27.

Tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn denominati f’valuta barranija mhux parteċipanti [2A.27] hija ugwali għat-tiġrib nett ta’ passiv fi strumenti ta’ dejn [2A.23] mhux inklużi fi [2A.25] jew [2A.26].

28.

Ċirkolazzjonijiet oħra [2A.28] hija ugwali għal effetti ta’ valutazzjoni fuq id-dejn [2A.29] flimkien ma’ bidliet oħra fil-volum ta’ dejn [2A.32].

29.

Effetti ta’ valutazzjoni fuq id-dejn [2A.29] hija ugwali għal profitti u telf fuq ishma fil-kambju [2A.30], miżjuda b’effetti ta’ valutazzjoni oħra – valur apparenti [2A.31].

30.

Profitti u telf fuq ishma fil-kambju [2A.30] hija ugwali għal profitti/telf fuq ishma nominali (K.11) ta’ dejn [3A.1] li jaqilbu l-valur meta maqlubin fil-valuta nazzjonali minħabba bidliet fir-rati ta’ kambju.

31.

Effetti ta’ valutazzjoni oħra – valur apparenti [2A.31] hija ugwali għal bidla fid-dejn [2A.33], imnaqqsa t-tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn (ikkonsolidati) [2A.23], imnaqqsa l-profitti u t-telf minn holdings ta’ kambju fi flus barranin [2A.30], imnaqqsa bidliet oħra fil-volum ta’ dejn [2A.32].

32.

Bidliet oħra fil-volum ta’ dejn [2A.32] hija ugwali għal bidliet oħra fil-volum (K.7, K.8, K.10 u K.12) f’passiv kklassifikat jew f’valuta u depożiti (AF.2), titoli mhux ishma għajr derivattivi finanzjarji (AF.33), jew self (AF.4), li mhumiex assi ta’ S.13.

33.

Bdil fid-dejn [2A.33] hija ugwali għal dejn [3A.1] fis-sena t, wara li jitneħħa dejn [3A.1] fis-sena t-1.

Tabella 2B:

1.

Tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn – mhux konsolidati [2B.1] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f’valuti u f’depożiti (passiv) – mhux konsolidati [2B.2], miżjuda bi tranżazzjonijiet f’titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir (passiv) – mhux konsolidati [2B.3], flimkien ma’ tranżazzjonijiet f’titoli fuq perjodu ta’ żmien twil (passiv) – mhux konsolidati [2B.4], miżjuda bi tranżazzjonijiet f’self minn bank ċentrali [2B.5], miżjuda bi tranżazzjonijiet oħra f’self ieħor (passiv) – mhux konsolidati [2B.6].

2.

Tranżazzjonijiet f’valuti u f’depożiti (passiv) – mhux konsolidati [2B.2] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f’valuti u f’depożiti (F.2) imniżżlin fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13.

3.

Tranżazzjonijiet f’titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir (passiv) – mhux konsolidati [2B.3] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f’titoli mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji (F.33), li l-maturità originali tagħhom hija sena jew inqas, imniżżlin fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13.

4.

Tranżazzjonijiet f’titoli fuq perjodu ta’ żmien twil (passiv) – mhux konsolidati [2B.4] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f’titoli mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji (F.33), li l-maturità originali tagħhom hija ta’ aktar minn sena, imniżżlin fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13.

5.

Tranżazzjonijiet f’self minn bank ċentrali [2B.5] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f’self (F.4) imniżżlin fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet fl-assi ta’ S.121.

6.

Tranżazzjonijiet f’self ieħor (passiv) – mhux konsolidati [2B.6] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f’self (F.4) imniżżlin fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet fl-assi tas-setturi kollha għajr S.121.

7.

Tranżazzjonijiet konsolidattivi [2B.7] hija ugwali għal tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn – mhux konsolidati [2B.1], wara li jitnaqqsu tranżazzjonijiet fi strumenti ta’dejn (ikkonsolidati) [2A.23].

8.

Tranżazzjonijiet konsolidattivi – valuta u depożiti [2B.8] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f’valuti u f’depożiti (passiv) – mhux konsolidati [2B.2], mingħajr tranżazzjonijiet konsolidati f’valuti u f’depożiti (passiv) [2A.16].

9.

Tranżazzjonijiet konsolidattivi – titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir [2B.9] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f’titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir (passiv) – mhux konsolidati [2B.3], mingħajr tranżazzjonijiet konsolidati f’titoli minbarra ishma – titoli fuq perijodu ta’ żmien qasir (passiv) [2A.17].

10.

Tranżazzjonijiet konsolidattivi – titoli fuq perjodu ta’ żmien twil [2B.10] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f’titoli fuq perjodu ta’ żmien twil (passiv) – mhux konsolidati [2B.4], wara li jitnaqqsu tranżazzjonijiet konsolidati f’titoli minbarra ishma – titoli fuq perjodu ta’ żmien twil (passiv) [2A.18].

11.

Tranżazzjonijiet konsolidattivi – self [2B.11] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f’self ieħor (passiv) – mhux konsolidati [2B.6], wara li jitnaqqsu (tranżazzjonijiet ikkonsolidati f’self (passiv) [2A.20], wara li jitnaqqsu tranżazzjonijiet ikkonsolidati f’self li tagħhom huma s-self minn bank ċentrali [2A.21]).

Tabella 3A:

1.

Dejn [3A.1] huwa ugwali għal dejn [1C.17].

2.

Dejn – valuti u depożiti (passiv) [3A.2] hija ugwali għal dik il-parti ta’ dejn [3A.1] fil-valuti u depożiti tal-istrument (AF.2).

3.

Dejn – titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir (passiv) [3A.3] hija ugwali għal dik il-parti ta’ dejn [3A.1] fl-istrument titoli li mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji (AF.33), li l-maturità originali tagħhom hija sena jew inqas.

4.

Dejn – titoli fuq perjodu ta’ żmien twil (passiv) [3A.4] hija ugwali għal dik il-parti ta’ dejn [3A.1] fl-istrument titoli li mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji (AF.33), li l-maturità oriġinali tagħhom hija aktar minn sena.

5.

Dejn – self minn bank ċentrali (passiv) [3A.5] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] fl-istrument self (AF.4) li huwa assi ta’ S.121.

6.

Dejn – self ieħor (passiv) [3A.6] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] fl-istrument self (AF.4) li mhuwiex assi ta’ S.121.

7.

Dejn miżmum minn residenti tal-Istat Membru [3A.7] hija ugwali għal dejn miżmum minn bank ċentrali [3A.8], flimkien ma’ dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji oħra [3A.9], flimkien ma’ dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra [3A.10], flimkien ma’ dejn miżmum minn residenti oħra tal-Istat Membru [3A.11].

8.

Dejn miżmum minn bank ċentrali [3A.8] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1], li hija assi ta’ S.121.

9.

Dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji oħra [3A.9] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1], li hija assi ta’ S.122.

10.

Dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra [3A.10] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1], li hija assi ta’ S.123, S.124 jew S.125.

11.

Dejn miżmum minn residenti oħra tal-Istat Membru [3A.11] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1], li hija assi ta’ S.11, S.14 jew S.15.

12.

Dejn miżmum minn mhux residenti tal-Istat Membru [3A.12] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1], li hija assi ta’ S.2.

13.

Dejn denominat f’valuta nazzjonali [3A.13] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] denominata fil-valuta legali tal-Istat Membru.

14.

Dejn denominat f’valuta barranija parteċipanti [3A.14] hija ugwali – qabel ma l-Istat Membru jsir Stat Membru parteċipanti – għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] denominata fil-valuta legali ta’ wieħed mill-Istati Membri parteċipanti (għajr il-valuta nazzjonali [3A.13]), miżjuda b’dejn denominat f’ecu jew f’euro.

15.

Dejn denominat f’valuta barranija mhux parteċipanti [3A.15] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] mhux inkluża fi [3A.13] jew [3A0.14].

16.

Dejn fuq perjodu ta’ żmien qasir [3A.16] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] li l-maturità originali tagħha hija sena jew inqas.

17.

Dejn fuq perjodu ta’ żmien twil [3A.17] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] li l-maturità originali tagħha hija aktar minn sena.

18.

Dejn fuq perjodu ta’ żmien twil, li għandu rata ta’ imgħax varjabbli [3A.18] hija ugwali għal dik il-parti ta’ dejn fuq perjodu ta’ żmien twil [3A.17] li r-rata ta’ imgħax tiegħu hija varjabbli.

19.

Dejn b’maturità reżidwa sa sena [3A.19] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] b’maturità reżidwa ta’ sena jew inqas.

20.

Dejn b’maturità reżidwa ta’ aktar minn sena sa ħames snin [3A.20] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] b’maturità reżidwa ta’ aktar minn sena sa ħames snin.

21.

Dejn b’maturità reżidwa ta’ aktar minn sena u sa ħames snin li r-rata ta’ imgħax varjabbli tiegħu [3A.21] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] b’maturità reżidwa ta’ aktar minn sena sa ħames snin [3A.20] li r-rata ta’ imgħax tiegħu hija varjabbli.

22.

Dejn b’maturità reżidwa fuq ħames snin [3A.22] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] b’maturità reżidwa fuq ħames snin.

23.

Dejn b’maturità reżidwa fuq ħames snin li għandu rata ta’ imgħax varjabbli [3A.23] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] b’maturità reżidwa ta’ aktar minn ħames snin [3A.22] li r-rata ta’ imgħax tiegħu hija varjabbli.

24.

Komponent ta’ dejn tal-gvern ċentrali [3A.24] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1311, li mhumiex assi ta’ S.1311, mingħajr l-assi ta’ S.1311 li huma passiv ta’ S.13 għajr S.1311 [3B.15].

25.

Komponent ta’ dejn tal-gvern statali [3A.25] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1312, li mhumiex assi ta’ S.1312, mingħajr l-assi ta’ S.1312 li huma passiv ta’ S.13 għajr S.1312 [3B.16].

26.

Komponent ta’ dejn tal-gvern lokali [3A.26] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1313, li mhumiex assi ta’ S.1313, mingħajr l-assi ta’ S.1313 li huma passiv ta’ S.13 għajr S.1313 [3B.17].

27.

Komponent ta’ dejn ta’ fondi tas-sigurtà soċjali [3A.27] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1314, li mhumiex assi ta’ S.1314, mingħajr l-assi ta’ S.1314 li huma passiv ta’ S.13 għajr S.1314 [3B.18].

28.

Maturità reżidwa medja ta’ dejn [3A.28] hija ugwali għall-maturità reżidwa medja peżata bl-ammonti pendenti, imfissra fi snin.

29.

Dejn – bonds ta’ bla kupun [3A.29] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] fil-għamla ta’ bonds ta’ bla kupun, jiġifieri bonds mingħajr ħlasijiet ta’ kupuni, li l-imgħax tagħhom huwa bbażat fuq id-differenza bejn il-prezzijiet tal-fidi u tal-ħruġ.

Tabella 3B:

1.

Dejn – mhux konsolidat [3B.1] hija ugwali għall-passiv ta’ S.13, inkluż dawk li huma assi ta’ S.13, fl-istess strumenti bħal tad-dejn [3A.1].

2.

Elementi konsolidattivi [3B.2] hija ugwali għall-passiv ta’ S.13 li simultanjament huma assi ta’ S.13, fl-istess strumenti bħal tad-dejn [3A.1].

3.

Elementi konsolidattivi – valuta u depożiti [3B.3] hija ugwali għal dik il-parti ta’ elementi konsolidattivi [3B.2] fl-istrument valuta u depożiti (F.2).

4.

Elementi konsolidattivi – titoli fuq perjodu ta’ żmien qasir [3B.4] hija ugwali għal dik il-parti ta’ elementi konsolidattivi [3B.2] fl-istrument titoli mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji (F.33), li l-maturità originali tagħhom hija sena jew inqas.

5.

Elementi konsolidattivi – titoli fuq perjodu ta’ żmien twil [3B.5] hija ugwali għal dik il-parti ta’ elementi konsolidattivi [3B.2] fl-istrument titoli mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji (F.33), li l-maturità oriġinali tagħhom hija aktar minn sena.

6.

Elementi konsolidattivi – self [3B.6] hija ugwali għal dik il-parti ta’ elementi konsolidattivi [3B.2] fl-istrument self (F.4).

7.

Dejn maħruġ mill-gvern ċentrali [3B.7] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1311, li mhumiex assi ta’ S.1311, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

8.

Dejn maħruġ mill-gvern ċentrali li huwa miżmum minn subsetturi oħra tal-gvern [3B.8] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1311 li huma assi ta’ S.1312, S.1313 jew S.1314, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

9.

Dejn maħruġ mill-gvern statali [3B.9] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1312, li mhumiex assi ta’ S.1312, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

10.

Dejn maħruġ mill-gvern statali li huwa miżmum minn subsetturi oħra tal-gvern [3B.10] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1312 li huma assi ta’ S.1311, S.1313 jew S.1314, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

11.

Dejn maħruġ mill-gvern lokali [3B.11] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1313, li mhumiex assi ta’ S.1313, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

12.

Dejn maħruġ mill-gvern lokali li huwa miżmum minn subsetturi oħra tal-gvern [3B.12] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1313 li huma assi ta’ S.1311, S.1312 jew S.1314, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

13.

Dejn maħruġ mill-fondi tas-sigurtà soċjali [3B.13] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1314, li mhumiex assi ta’ S.1314, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

14.

Dejn maħruġ mill-fondi tas-sigurtà soċjali li huwa miżmum minn subsetturi oħra tal-gvern [3B.14] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1314 li huma assi ta’ S.1311, S.1312 jew S.1313, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

15.

Holdings mill-gvern ċentrali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet f’subsetturi oħra tal-gvern [3B.15] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1312, S.1313 jew S.1314 li huma assi ta’ S.1311, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

16.

Holdings mill-gvern statali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet f’subsetturi oħra tal-gvern [3B.16] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1311, S.1313 jew S.1314 li huma assi ta’ S.1312, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

17.

Holdings mill-gvern lokali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet f’subsetturi oħra tal-gvern [3B.17] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1311, S.1312 jew S.1314 li huma assi ta’ S.1313, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

18.

Holdings mis-sigurtà soċjali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet f’subsetturi oħra tal-gvern [3B.18] hija ugwali għall-passiv ta’ S.1311, S.1312 jew S.1313 li huma assi ta’ S.1314, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].


(1)  [x.y] tirreferi għan-numru tal-kategorija y tat-Tabella x.

(2)  Li jwassal għar-riklassifikazzjoni tal-unità ta’ debitur mis-subsettur S.11001 jew S.12x01 għas-subsettur S.11002/3 jew S.12x02/3 jew viċi versa.


ANNESS III

STANDARDS FUQ IT-TRAŻMISSJONI U L-IKKODIFIKAR

Għat-trażmissjoni elettronika tal-informazzjoni statistika kif deskritt fl-Artikoli 2 u 3, il-BĊNi u l-BĊE jużaw il-faċilità EXDI. Il-fajls tad-data jkunu kkodifikati fil-format tal-messaġġ SDMX-EDI (GESMES/TS). Kull serje temporali hija rrappreżentata bl-użu tal-familja tal-kodiċi ECB_GST1 li tidher hawn isfel.

Familja tal-kodiċi ECB_GST1

Numru

Isem

Deskrizzjoni

Lista tal-Kodiċi

1

Frekwenza

Frekwenza tas-serje temporali rrapportata

CL_FREQ

2

Żona ta’ referenza

Kodiċi tal-pajjiż ISO li jkun magħmul minn żewg ċifri alfanumeriċi tal-pajjiż li qed jirrapporta jew tal-aggregat.

CL_AREA_EE

3

Indikatur ta’ l-aġġustament

Id-dimensjoni tindika jekk ikunx ġie applikat xi tip ta’ aġġustament għas-serje temporali, bħal aġġustamenti staġjonali u/jew tal-jum ta’ xogħol

CL_ADJUSTMENT

4

Użu jew settur kreditur/assi

Settur li għalih, il-kategorija hija użu/bidla fl-assi

CL_SECTOR_ESA

5

Partita

Kategorija tas-serje temporali

CL_GOVNT_ITEM_ESA

6

Settur tar-riżorsa jew debitur/passiv

Settur li għalih, il-kategorija hija riżorsa/bidla fil-passiv u fil-valur nett

CL_SECTOR_ESA

7

Valutazzjoni

Metodu ta’ valutazzjoni użat

CL_GOVNT_VALUATION

8

Unità tas-serje

Unità tal-kategorija rrapportata u karatteristiċi oħra

CL_GOVNT_ST_SUFFIX


Fuq