EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32009D0015(01)

2009/508/KE: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 25 ta’ Ġunju 2009 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2008/20 dwar il-volum ta’ muniti euro li l-Awstrija tista’ toħroġ fl-2009 (BĊE/2009/15)

ĠU L 172, 2.7.2009, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 10 Volum 003 P. 194 - 194

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/508/oj

2.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 172/35


DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-25 ta’ Ġunju 2009

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2008/20 dwar il-volum ta’ muniti euro li l-Awstrija tista’ toħroġ fl-2009

(BĊE/2009/15)

(2009/508/KE)

Il-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 106(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta’ Jannar 1999, biex japprova l-volum ta’ muniti li joħorġu l-Istati Membri li adottaw l-euro (minn issa ‘l quddiem l-“Istati Membri parteċipanti”).

(2)

Fis-26 ta’ Mejju 2009 l-Oesterreichische Nationalbank talab lill-BĊE li japprova żieda ta’ EUR 160 miljun fil-volum ta’ muniti euro li l-Awstrija tista’ toħroġ fl-2009,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Żieda fil-volum tal-muniti euro

Il-BĊE japprova ż-żieda fil-volum ta’ muniti euro li l-Awstrija tista’ toħroġ fl-2009.

Bħala riżultat, it-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/20 tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) tinbidel b’dan li gej:

(EUR miljuni)

 

“Ħruġ ta’ muniti intiżi għaċ-ċirkulazzjoni u l-ħruġ ta’ muniti għall-kollezzjonisti (mhux intiżi għaċ-ċirkulazzjoni) fl-2009

Il-Belġju

105,4

Il-Ġermanja

632,0

L-Irlanda

65,5

Il-Greċja

85,7

Spanja

390,0

Franza

252,5

L-Italja

234,3

Ċipru

22,5

Il-Lussemburgu

42,0

Malta

15,4

L-Olanda

68,5

L-Awstrija

376,0

Il-Portugall

50,0

Is-Slovenja

27,0

Is-Slovakkja

131,0

Il-Finlandja

60,0 ”

Artikolu 2

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri parteċipanti.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-25 ta’ Ġunju 2009.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 352, 31.12.2008, p. 58.


Fuq