EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32003O0007

Linja ta' gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta' Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet tar-rappurtaġġ ta' l-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-bilanċi tal-pagamenti u ta' l-istatistika fl-investimenti internazzjonali, u l-mudell tal-forma tar-riservi internazzjonali (BĊE/2003/7)

ĠU L 131, 28.5.2003, p. 20–52 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Kapitolu 01 Volum 004 P. 362 - 394
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Kapitolu 01 Volum 004 P. 362 - 394
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Kapitolu 01 Volum 004 P. 362 - 394
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Kapitolu 01 Volum 004 P. 362 - 394
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Kapitolu 01 Volum 004 P. 362 - 394
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01 Volum 004 P. 362 - 394
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Kapitolu 01 Volum 004 P. 362 - 394
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Kapitolu 01 Volum 004 P. 362 - 394
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Kapitolu 01 Volum 004 P. 362 - 394

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/08/2004; Imħassar b' 32004O0015

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2003/381/oj

32003O0007



Official Journal L 131 , 28/05/2003 P. 0020 - 0052


Linja ta' gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew

tat-2 ta' Mejju 2003

dwar il-ħtiġiet tar-rappurtaġġ ta' l-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-bilanċi tal-pagamenti u ta' l-istatistika fl-investimenti internazzjonali, u l-mudell tal-forma tar-riservi internazzjonali

(BĊE/2003/7)

(2003/381/KE)

IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u partikolarment l-Artikolu 5.1, l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 tiegħu,

Billi:

(1) Biex twettaq id-doveri tagħha, is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) teħtieġ statistika komprensiva u affidabbli tal-pagamenti u l-pożizzjoni ta' l-investimenti internazzjonali, u l-mudell tal-forma tar-riservi internazzjonali, li turi l-punti ewlenija li jaffettwaw il-kondizzjonijiet monteraji u s-swieq tal-kambju fiż-żona tal-euro.

(2) L-Artikolu 5.1, l-ewwel sentenza, tal-Istatut, teħtieġ li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), mgħejjun mill-banek Ċentrali nazzjonali (BĊN), li jiġbru jew minn għand l-awtoritajiet kompetenti apparti milli minn għand il-BĊN jew direttament minn aġenti ekonomiċi l-informazzjoni tal-istatistika meħtieġa sabiex ikun jista li jidħol għad-doveri tal-SEBĊ. L-Artikolu 5.1, it-tieni sentenza, jipprovdi li għall dawn l-iskopijiet hu għandu jikkoopera mal-istituzzjonijiet jew mal-korpi tal-Komunità u ma l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew ta' pajjiżi terzi u ma l-organizzazzjonijiet internazzjonali. L-Artikolu 5.2 jistipula li l-BĊN għandhom iwettqu, sal-limitu possibbli, id-doveri deskritti fl-Artikolu 5.1.

(3) L-informazzjoni meħtieġa biex tilħaq mal-ħtiġiet tal-BĊE fil-qasam tal-bilanċ tal-pagamenti u mal-istatistika tal-pożizzjoni ta' l-investimenti internazzjonali tista tkun miġbura u/jew ikkomplita minn awtoritajiet kompetenti apparti milli l-BĊN. Għalhekk, uħud mid-doveri li għandhom jitwettqu skond din il-Linja ta' Gwida jeħtieġu kooperazzjoni bejn il-BĊE jew il-BĊN u dawk l-awtoritajiet kompetenti, bi qbil ma l-Artikolu 5.1 tal-Istatut. L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 li jikkonċerna l-ġbir ta' l-informazzjoni tal-istatistika mill-Bank Ċentrali Ewropew [1] jeħtieġ li l-Istati Membri jorganizzaw infushom fil-qasam tal-istatistika u li jikkooperaw bis-sħiħ mal-SEBĊ sabiex jassiguraw it-twettieq ta' l-obigazzjonijiet tagħhom li joriġinaw mill-Artikolu 5 tal-Istatut.

(4) Parti mill-informazzjoni meħtieġa tal-istatistika tirrigwardja l-kont finanzjarju tal-bilanċ tal-pagamenti, li hu marbut mad-dħul u l-pożizzjoni internazzjonali tal-investimenti li għaliha l-Euro-sistema għandha r-responsabbilità ewlenija. Sabiex ikunu jistgħu li jwettqu l-obligazzjonijiet tagħhom biex jgħinu lill-BĊE f'dan il-qasam, il-BĊN għandhom ikunu mgħammra bl-esperjenza statistika meħtieġa, partikolarment f'dak li jirrigwardja l-kunċetti, l-metodoloġija u l-ġbir tad-dettalji, il-kompilazzjoni, l-analiżi u t-trasmissjoni. Fl-Irlanda il-Central Statistcs Office (CSO) (l-Uffiċju Ċentrali tal-Istatistika) jigbor u jikkompila l-informazzjoni relevanti tal-istatistika. Sabiex jilħaq il-ħtiġiet tal-istatistika tal-BĊE, il-Bank Ċentrali tal-Irlanda u s-CSO għandhom jikkooperaw bejniethom kif stabbilit fir-Rakkommandazzjoni BĊE/2003/8 dwar il-ħtiġiet tar-raportaġġ tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-bilanċ tal-pagamenti u l-istatistika tal-pożizzjoni ta' l-investimenti internazzjonali, u tal-mudell tal-forma tar-riservi internazzjonali [2]. Fl-Italja, l-Ufficio Italiano dei Cambi huwa responsabbli, konġuntament mal-Banca d'Italia, għall-ġbir u l-ikkumpilar ta' l-informazzjoni tal-istatistika relevanti.

(5) Sa minn meta kienet saret l-adozzjoni tal-Linja ta' Gwida BĊE/2004/4 tal-11 ta' Mejju 2000 dwar il-ħtiġiet tar-raportaġġ tal-istatistika kif mitluba mill-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-istatistika tal-bilanċi tal-pagamenti, il-mudell tal-forma tar-riservi internazzjonali u l-pożizzjoni tal-istatistika ta' l-investimenti internazzjonali [3], l-iskambju ta' l-informazzjoni tal-istatistika fi ħdan il-SEBĊ kien żviluppa sinifikament. Huwa għalhekk meħtieġ li tkun mibdula l-Linja ta' Gwida BĊE/2004/4 b'din il-Linja ta' Gwida preżenti.

(6) Kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 2533/98, fis-snin bikrija taż-żona tal-munita singola, l-effettività tal-ispiża tista tkun teħtieġ il-ħtiġiet tar-raportaġġ tal-istatistika tal-BĊE li jkunu sodisfatti permezz ta' proċeduri tranżizzjonali minħabba ġ-ġegħil eżistenti tas-sistemi tal-ġbir. Dan jimplika partikolarment li, fil-każ tal-portfolio tal-kont tad-dħul tal-investimenti, u tal-portfolio tal-kont tal-investiment tal-bilanċi tal-pagamenti u tal-pożizzjoni ta' l-investimenti internazzjonali, dettalji dwar it-transazzjonijiet trans-fruntieri jew il-posizzjonijiet taż-żona tal-euro jkunu kkompilati billi jsir użu mit-transazzjonijiet jew mill-posizzjonijiet kollha bejn ir-residenti taż-żona tal-euro u r-residenti ta' pajjiżi oħrajn. Aktar minn hekk, meqjusa d-diffikkultajiet inerenti fl-identifikazzjoni korretta tal-portfolio tan-nixxigħat trans-fruntieri ta' l-investimenti u t-titoli u n-nixxigħat relatati tad-dħul, ir-resqien komuni għall-ġbir ta' din l-informazzjoni matul iż-żona tal-euro kienet ġiet żviluppata u għandha tkun implementata fis-snin li ġejjin. Sistemi ta' ġbir ta' portfolio ta' l-investimenti għandhom ikunu konformi man-normi komuni kif stabbiliti fl-Anness VI sa l-1 ta' Jannar 2005.

(7) Ir-raportaġġ ta' l-informazzjoni dwar transazzjonijiet u l-posizzjonijiet fl-assi u/jew ir-responsabbilitajiet tar-residenti taż-żona tal-euro vis-à-vis residenti tal-Istati Membri l-oħrajn apparti milli taż-żona tal-euro huwa meħtieġ biex jitwettqu l-ħtiġiet tal-istatistika tal-BĊE fil-qasam tal-portfolio tal-investimenti (u d-dħul relatat). Id-dettalji huma wżati għall-kompilazzjoni tat-transazzjonijiet aggregati taż-żona tal-euro u l-posizzjonijiet fil-portfolio ta' l-investimenti fir-rigward tar-responsabbilitajiet u d-debiti fid-dħul tal-portfolio ta' l-investimenti. Dan huwa bi qbil mal-ħtiġiet nazzjonali jew prattiċi stabbiliti.

(8) Id-Database tat-Titoli Ċentrali zzati (DBTĊ), li fil-futur għandha tkun użata għal ħafna statistika differenti (il-kompilazzjoni u l-produzzjoni) u għal skopijiet mhux-tal-istatistika (l-analiżi ekonomika, stabbilt'finanzjarja jew operazzjonali), għandha tkun disponibbli għall-BĊN. Il-kontenut tad-dettalji għandu jsir disponibbli għall-awtotitajiet kompetenti apparti milli l-BĊN, suġġett għal xi limitazzjonijiet legali. Dan għandu, notevolment, jgħin il-produzzjoni minnhom tad-dettalji meħtieġa għall-kompilazzjoni tat-transazzjonijiet taż-żona tal-euro u l-posizzjonijiet statistiċi li jikkonċernaw il-portfolio ta' l-intestimenti. Partikolarment, għandu jkun possibbli li b'eżattezza jkun irrekordjat it-tqassim settorjali tat-transazzjonijiet u l-posizzjonijiet fir-responsabilitajiet tal-portfolio ta' l-investimenti fil-bilanċi tal-pagamenti taż-żona tal-euro u l-pożizzjoni internazzjonali ta' l-investimenti meta s-sistema CSDB tkun operazzjonali.

(9) Il-kwalità tal-qafas ta' l-assessjar għall-bilanċi tal-pagamenti taż-żona tal-euro u l-istatistica tal-pożizzjoni internazzjonali ta' l-investimenti u tal-mudell tal-forma tar-riservi internazzjonali għandha tkun definita, kemm jista jkun possibbli, bi qbil mal "Data Quality Assessment Framework" żviluppata mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF/IMF). IL-BĊN, b'kooperazzjoni ma l-awtoritajiet kompetenti apparti milli l-BĊN, meta xieraq, għandhom jassessjaw il-kwalità tad-dettalji li huma jikkontribwixxu. Il-kriterja għall-assessjar tal-kwalità ta' l-informazzjoni tinkludi l-prontezza, l-eżattezza, il-konsistenza interna u esterna u l-affiddibilità (għal issa limitata biss għal "stabbilità", jiġifieri, ir-reviżjonijiet meħtieġa ikollhom impatt limitat).

(10) It-trasmissjoni mill-BĊN lejn il-BĊE ta' l-informazzjoni tal-istatistika konfidenzjali isseħħ sal-limitu u fid-dettall meħtieġ għall-eżerċitar tad-doveri tal-SEBĊ. Meta l-awtoritajiet kompetenti apparti milli l-BĊN huma s-sorsi ta' l-informazzjoni tal-istatistika immarkati bħala konfidenzjali, l-użu ta' l-informazzjoni bħal din mill-BĊE għandha tkun limitata għall-eżerċitar tad-doveri tal-istatisika relatati mal-SEBĊ.

(11) Huwa meħtieġ li tkun stabbilita proċedura biex jitwettqu l-emendi tekniċi għall-annessi ta' din il-Linja ta' Gwida f'manjera effettiva, basta li emendi bħal dawn la jkunu jibdlu l-qafas konċettwali li jkun il-bażi u l-anqas ma jaffettwaw ir-responsabbilità tar-raportaġġ ta' l-aġenti li jgħamlu r-rapporti fl-Istati Membri. Akkont għandu jittieħed tal-veduti tal-Kumitat tal-Istatistika tal-SEBĊ meta tkun segwita din il-proċedura. Il-BĊN jistgħu jipproponu emendi tekniċi bħal dawn għall-annessi ta' din il-Linja ta' Gwida permezz tal-Kumitat tal-Istatistika.

(12) Bi qbil ma l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 tal-Istatut, il-linji ta' gwida tal-BĊE jifformaw parti integrali mil-liġi tal-Komunità,

ADOTTA DIN IL-LINJA TA' GWIDA:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' din il-Linja ta' Gwida:

- "Stat Membru parteċipanti" għandha tfisser Stat Membru li jkun adotta l-munita waħdanija bi qbil mat-Trattat,

- it-terminu "residenti" għandu jkollhom l-istess tifsira kif definita fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98,

- "iż-żona tal-euro" għandha tfisser it-territorju ekonomiku tal-Istati Membri parteċipanti, u tal-BĊE. Territorji li jappartjeni għal, jew pajjiżi assoċċjati ma, l-Istati Membri taż-żona tal-euro, huma mogħtija fl-Anness III, it-Tabella 5,

- "l-Euro-sistema" għandha tfisser il-BĊN tal-Istati Membri parteċipanti, u tal-BĊE,

- "transazzjoni trans-fruntiera" għandha tfisser kwalunkwe transazzjoni li toħloq jew li tifdi, fis-sħiħ jew parzjalment, talbiet jew dejn, jew kwalunkwe transazzjoni li timplika t-trasferiment ta' dritt fuq xi oġġett bejn ir-residenti taż-żona tal-euro u r-residenti taż-żona mhux tal-euro.

"Posizzjonijiet trans-fruntieri" għandha tfisser it-titoli ta' talbiet finanzjarji fuq, u r-responsabbilitajiet finanzjarji lejn residenti mhux taż-żona tal-euro. Posizzjonijiet trans-fruntieri għandhom ukoll iħaddnu (i) art, apparti milli assi mhux-tanġibbli li ma jkunux prodotti u assi mhux-mobbli oħrajn lokalizzati il-barra miż-żona tal-euro u li huma l-propjetà ta' residenti taż-żona tal-euro u/jew lokalizzati fiż-żona tal-euro u li huma l-propjetà ta' residenti mhux taż-żona tal-euro; u (ii) deheb monetarju u drittijiet speċjali ta' ġbid (SDR/DSĠ) li huma l-propjetà ta' residenti taż-żona tal-euro.

Madankollu, sal-limitu meħtieġ biex ikun imħejji l-portfolio tal-kont ta' l-investimenti u l-portfolio tal-kont tad-dħul ta' l-investimenti fi ħdan l-istatistika tal-bilanċi tal-pagamenti, u l-portfolio tal-kont ta' l-investimenti fi ħdan il-pożizzjoni tal-istatistika ta' l-investimenti internazzjonali, li jkopri ż-żona tal-euro, it-termini "posizzjonijiet trans-fruntieri" u "transazzjonijiet trans-fruntieri" tinkludi wkoll il-posizzjonijiet u t-transazzjonijiet fl-assi u/jew ir-responsabbilitajiet ta' residenti taż-żona tal-euro vis-à-vis ir-residenti ta' l-Istati Membri apparti milli taż-żona tal-euro,

- "asi ta' riserva" għandha tfisser talbiet ferm likwidi, negozjabbli u li għandhom valur ta' kreditu miżmuma mill-Euro-sistema fuq residenti mhux taż-żona tal-euro u ddenominati fil-muniti apparti milli fl-euro, flimkien mad-deheb, posizzjonijiet ta' riserva fil-propjetajiet ta' IMF u l-SDR.

- "assi oħrajn tal-munita barrannija" għandha tfisser (i) talbiet miżmuma mill-Euro-sistema fuq residenti taż-żona tal-euro li jkunu denominati fil-muniti apparti milli l-euro; u (ii) talbiet miżmuma mill-Euro-sistema fuq residenti mhux taż-żona tal-euro denominati fil-muniti apparti milli l-euro li ma jkunux jilħqu l-kriterja tal-likwidità, in-negozjabbilità u li għandhom valur ta' kreditu ta' l-assi ta' riserva,

- "responsabbilitajiet li huma relatati mar-riserva" għandhom ifissru tneħħija netta predeterminata u kontinġenti ta' terminu fil-qosor, simili għall-assi ta' riserva u assi oħrajn fil-munita estera tal-euro-sistema,

- "bilanċ tal-pagamenti" għandu jfisser l-istqarrija tal-istatistika li r-rapporti, bi tqassim xieraq, tat-transazzjonijiet trans-fruntieri matul il-perijodu li jkun taħt reviżjoni,

- "mudell ta' forma tar-riservi internazzjonali" għandha tfisser l-istqarrija tal-istatistika li r-rapporti, bit-tqassim xieraq, titoli ta' l-assi tar-riserva, assi oħrajn tal-munita estera u r-responsabbiltajiet relatati ma l-assi tal-euro-sistema f'data ta' referenza,

- "pożizzjoni ta' l-investiment internazzjonali" għandha tfisser il-balance sheet annwali li r-rapporti, bi tqassim xieraq, l-assi ta' titoli trans-fruntieri u r-responsabiltajiet f'data ta' referenza.

Artikolu 2

Obligazzjonijiet tal-istatistika tal-BĊN

1. Il-BĊN għandhom jagħmlu disponibbli lejn il-BĊE dettalji rigward it-transazzjonijiet trans-fruntieri, assi ta' titoli ta' riserva, assi oħrajn ta' munita estera, responsabiltajiet relatati mar-riservi u posizzjonijiet trans-fruntieri meħtieġa biex jiffaċilita lill-BĊE li tagħmel kumpilazzjoni tal-bilanċi aggregati tal-pagamenti u tal-pożizzjoni tal-istatistika ta' l-investimenti internazzjonali u tal-mudell tal-forma tar-riservi internazzjonali taż-żona tal-euro.

2. Id-dettalji għandhom ikunu akkumpanjati minn informazzjoni immedjetament disponibbli dwar l-avvenimenti uniċi maġġuri u dwar ir-raġunijiet għal reviżjonijiet, meta l-magnitudni tal-kambju tad-dettalji ikkaġunat minn dawn l-avvenimenti uniċi maġġuri u mir-reviżjonijiet tkun sinifikanti, jew fuq talba tal-BĊE.

3. Id-dettalji meħtieġa għandhom ikunu disponibbli lejn il-BĊE kif stabbilit fl-Annessi I, II u III, li huma konformi man-normi preżenti internazzjonali, notevolment il-ħames edizzjoni tal-Manwal tal-Bilanċ tal-Pagamenti tal-IMF. Id-dettalji meħtieġa dwar it-transazzjonijiet u l-posizzjonijiet li jikkonċernaw il-portfolio tar-responsabbiltajiet ta' l-investimenti, mqassma skond is-settur tal-ħruġ tar-resident fiż-żona tal-euro kif stabbilit fl-Anness I, is-Sezzjonijiet 1.1, 1.2 u 3 u l-Anness II, it-Tabelli 1, 2 u 4 għandhom isiru disponibbli sa mill-1 ta' Lulju 2005; jekk is-sistema CSDB ma tkunx operazzjonali sal-31 ta' Marzu 2004, il-limitu ta' żmien għandu jkun 15 il-xhar mid-data li fiha l-Kumitat tal-Istatistika jinforma lill-Kunsill Regolatorju li hija operazzjonali.

4. Id-dettalji meħtieġa dwar il-bilanċ tal-pagamenti għandha ssir disponibbli fuq il-bażi ta' kull xhar u ta' kull tlett xhur. Id-dettalji meħtieġa dwar il-mudell tal-forma tar-riservi internazzjonali għandha ssir disponibbli bħal fit-tmiem tax-xhar li għalih id-dettalji jkunu jirrelataw. Id-dettalji meħtieġa dwar il-pożizzjoni ta' l-investimenti internazzjonali għandha ssir disponibbli bħal fit-tmiem tax-xahar li għalih id-dettalji jkunu jirrelataw.

5. Sa mill-1 ta' Jannar 2005 il-portfolio tas-sistemi tal-ġbir ta' l-investimenti għandu jikkonferma ma mudell li huwa meqjus mill-anqas "aċċettabbli" skond it-tabella stabbilita fl-Anness VI. Jekk il-BĊN ma jkunux jistgħu jilħqu dan il-limitu ta' żmien huma għandhom jistabbilixxu, sat-tmiem ta' Ġunju 2003, b'kuntatt mal-BĊE, tabella ta' żmien biex ikunu konformi man-normi komuni.

Artikolu 3

Azzjoni f'waqtha

1. Dettalji dwar il-bilanċ tal-pagamenti ta' kull xhar taż-żona tal-euro għandhom ikunu disponibbli għall-BĊE sat-tmiem tan-negozju fit-30 jum tax-xogħol li jsegwi t-tmiem tax-xhar li dwaru d-dettalji jkunu jirrelataw.

2. Tqassim dettaljat ta' kull tlett xhur għall-bilanċ tal-pagamenti taż-żona tal-euro għandu jsir disponibbli lejn il-BĊE fi żmien tlett xhur tat-tmiem tat-tlett xhur li magħhom id-dettalji jkunu jirrelataw.

3. Id-dettalji meħtieġa dwar il-mudell tal-forma tar-riservi internazzjonali għandhom isiru disponibbli fi żmien ta' tlett ġimghat mit-tmiem tax-xhar li għalih id-dettalji jkunu jirrelataw.

4. Id-dettalji dwar il-pożizzjoni ta' l-investiment internazzjonali għandhom isiru disponibbli lejn il-BĊE fi żmien ta' disa' xhur mit-tmiem tas-sena li għaliha id-dettalji jkunu jirrelataw.

5. Reviżjonijiet li jikkonċernaw il-bilanċ tal-pagamenti u tal-pożizzjoni ta' l-investimenti internazzjonali taż-żona tal-euro għandhom ikunu disponibbli lejn il-BĊE skond l-iskeda taż-żmien kif stabbilita fl-Anness IV.

6. Il-ġbir nazzjonali ta' dawn id-dettalji għandhom ikunu organizzati bil-għan li jintlaħqu dawn il-limiti ta' żmien.

Artikolu 4

Kooperazzjoni mall-awtoritajiet kompetenti minbarra l-BĊN

1. Meta s-sorsi ta' parti minn jew tad-dettalji kollha deskritti fl-Artikolu 2 huma l-awtoritajiet kompetenti apparti milli il-BĊN, il-BĊN għandhom jistabbilixxu l-modalitajiet xierqa ta' kooperazzjoni ma dawn l-awtoritajiet sabiex jassiguraw struttura permanenti għat-trasmissjoni tad-dettalji li jkunu jwettqu n-normi tal-BĊE, partikolarment dwar il-kwalità tad-dettalji, u uħud mill-ħtiġiet tagħhom kif stabbiliti f'din il-Linja ta' Gwida, sakemm l-istess riżultat ma jkunx diġa ġie akwistat mil-leġislazzjoni nazzjonali.

2. Għall-kont finali tal-bilanċ tal-pagamenti, id-dħul relatat, u l-pożizzjoni ta' l-investimenti relatati, il-BĊE għandu jkunu responsabbli biex jassigura li l-kunċetti, il-metodoloġija u l-ġbir tad-dettalji, il-kompilazzjoni, l-analiżi u t-trasmissjoni f'dawk iż-żoni tkun matunetuta u żviluppata.

3. Meta l-awtoritajiet kompetenti apparti milli l-BĊN huma s-sorsi ta' l-informazzjoni tal-istatistika li tkun immarkata bħala konfidenzjali, informazzjoni bħal din għandha tkun użata mill-BĊE esklussivament għall-eżerċitar tad-doveri tal-istatistika relatati mal-SEBĊ, sakemm l-aġent li jirraporta jew xi persuna legali jew naturali oħra, entit' jew fergħa li tkun ipprovdiet l-informazzjoni, tassumi li hi tkun tista tiġi identifikata, tkun espliċitament tat il-kunsens tagħha għall-użu ta' l-informazzjoni bħal dik għal skopijiet oħrajn.

Artikolu 5

Normi tat-trasmissjoni

L-informazzjoni tal-istatistika meħtieġa għandha tkun disponibbli għal-BĊE fil-għamla li tilħaq il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness IV.

Artikolu 6

Kwalità ta' l-informazzjoni tal-istatistika

1. Mingħajr preġudizju għad-doveri tal-monitoraġġ tal-BĊE kif stabbiliti fl-Anness V, il-BĊN għandhom, b'kooperazzjoni ma l-awtoritajiet kompetenti apparti milli l-BĊN kif imsemmija fl-Artikolu 4, meta relevanti, jassiguraw li l-monitoraġġ u l-assessjar tal-kwalità ta' l-informazzjoni tal-istatistika li tkun disponibbli għal-BĊE. Il-BĊE tassessja f'manjera simili id-dettalji li jirrigwardjaw il-bilanċ tal-pagamenti taż-żona ta' l-eur, l-istatistika tal-pożizzjoni ta' l-investimenti internazzjonali u tar-riservi internazzjonali. L-assessjar għandu jkun imwettaq f'manjera f'waqta. Il-Board Eżekuttiv tal-BĊE għandu jirraporta ta' kull sena lejn il-Kunsill Regolatorju dwar il-kwalità tad-dettalji.

2. Il-monitoraġġ mill-BĊE tal-kwalità ta' l-informazzjoni tal-istatistika jista jinkludi skrutinju tar-reviżjonijiet magħmula għal dawk id-dettalji: l-ewwel, biex jinkludu l-assessjar l-aktar riċenti dwar l-informazzjoni tal-istatistika, b'hekk tittejjeb il-kwalità; it-tieni, biex jassigura sa kemm ikun possibbli konsistenza bejn il-bilanċ tal-pagamenti tal-punti korrespondenti għal kull frekwenza differenti.

Artikolu 7

Proċedura simplifikata għall-emendi

Billi jittieħed akkont tal-veduti tal-Kumitat tal-Istatistika, il-Board Eżekuttiv tal-BĊE għandu jkun intitolat li jagħmel emendi tekniċi għall-Annesi ta' din il-Linja ta' Gwida, basta li emendi bħal dawn la jibdlu l-bażi konċettwali tal-qafas u l-anqas ma jaffettwaw id-dover tar-rapurtaġġ ta' l-aġenti li jirrapurtaw fl-Istati Membri.

Artikolu 8

Tħassir

Il-Linja ta' Gwida BĊE/2000/4 hija hawnhekk imħassra.

Artikolu 9

Dispożizzjonijiet finali

1. Din il-Linja ta' Gwida hija ndirizzata lill-BĊN tal-Istati Membri parteċipanti.

2. Din il-Linja ta' Gwida għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2003.

3. Din il-Linja ta' Gwida għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-2 ta' Mejju 2003.

Għan-nom tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE

Willem F. Duisenberg

[1] ĠU L 318, tas-27.11.1998, p. 8.

[2] ĠU C 126, tat-28.5.2003.

[3] ĠU L 168, tat-23.6.2001, p. 25.

--------------------------------------------------

ANNESS I

REKWIŻITI STATISTIĊI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

1. Statistiċi tal-bilanċ tal-pagamenti

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jirrikjedi statistiċi tal-bilanċ tal-pagamenti darbtejn (f'żewġ frekwenzi): ta' kull xahar u ta' kull kwart tas-sena rigward il-perjodi kalendarji ta' referenza korrispondenti. Data annwali jkunu kkompilati billi jingħaddu flimkien id-data ta' kull kwart tas-sena rrapportati mill-Istati Membri għas-sena korrispondenti. Sa fejn hu possibbli, l-istatistiċi tal-bilanċ tal-pagamenti għandu jkun konsistenti ma' statistiċi oħra pprovduti għall-kondotta (tmexxija) tal-politika monetarja.

1.1. Statistiċi ta' bilanċ tal-pagamenti ta' kull xahar

Għan

L-għan tal-bilanċ tal-pagamenti ta' kull xahar taż-żona ta' l-euro huwa li juri l-punti prinċipali li jaffettwaw il-kondizzjonijiet monetarji u s-swieq tal-kambju (ara l-Anness II, it-Tabella 1).

Rekwiżiti

Huwa essenzali li d-data jkunu adatti għall-użu fil-kalkulazzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti taż-żona ta' l-euro.

Minħabba l-iskadenza qasira għall-provvediment tad-data tal-bilanċ tal-pagamenti ta' kull xahar, in-natura aggregata fi grad għoli tagħhom u l-użu tagħhom għal għanijiet ta' politika monetarja u operazzjonijiet ta' kambju internazzjonali, il-BĊE jippermetti partenza mill-istandards internazzjonali (ara l-Artikolu 2(3) ta' din il-Linja Gwida), fejn inevitabbli. Irreġistrar fuq bażi ta' akkumulazzjonijiet jew transazzjonijiet mhux rekwiżit. Bi qbil mal-BĊE, il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jistgħu jipprovdu data fuq il-kont kurrent u finanzjarju fuq bażi ta' ħlas (ftehim). Fejn meħtieġ biex tkun osservata l-iskadenza, il-BĊE għandu jaċċetta stimi u data preliminari.

Ir-rekwiżit għal kull waħda mill-kategoriji wiesa' ta' transazzjoni huwa attivi u passivi (jew kreddti u djun għal items ta' kont kurrent). B'mod ġenerali dan jirrikjedi li l-BĊNi, fir-rigward tat-transazzjonijiet esterni, jiddistingwu bejn transazzjonijiet ma' residenti ta' Stati Membri oħra fiż-żona euro u transazzjonijiet barra ż-żona euro. BĊNi jagħmlu dan f'manjiera konsistenti.

Meta s-sħubija taż-żona euro tinbidel, il-BĊNi huma rikjesti li jimplimentaw il-bidla fid-definizzjoni tal-komposizzjoni tal-pajjiżi taż-żona euro mid-data li fiha l-bidla tas-sħubija tkun attwata. L-aħjar stimi għal data storiċi li jkopru ż-żona euro mkabbra jintalbu mill-BĊNi taż-żona euro tal-komposizzjoni preċedenti u ta' l-Istat(i) Membru(i) parteċipant(i) ġdid(ġodda).

Biex tkun tista' ssir aggregazzjoni bis-sens tad-data konnessa maż-żona euro fuq bażi ta' kull xahar fiż-żona ta' investimenti f'portafoll, hija rikjesta distinzjoni bejn transazzjonijiet f'sigurtajiet maħruġa minn residenti fiż-żona euro u transazzjonijiet f'sigurtajiet maħruġa minn residenti mhux fiż-żona euro. L-istatistiċi dwar transazzjoniijiet netti f'attiv ta' investiment f'portafoll taż-żona euro huma kkompilati billi jkunu aggregati t-transazzjonijiet netti f'sigurtajiet irrapportati maħruġa mir-residenti mhux fiż-żona. L-istatistiċi dwar transazzjoniijiet netti f'passiv ta' investiment f'portafoll taż-żona euro huma kkompilati bil-konsolidazzjoni ta' transazzjonijiet netti f'passiv nazzjonali totali u transazzjoniijiet netti f'sigurtajiet maħruġa u mixtrija minn residenti fiż-żona euro.

Rekwiżit ta' rrapportar analogu u metodu ta' kompilazzjoni għad-data aggregata huma applikati għal introjtu minn investiment f'portafoll.

Bil-ħsieb li tkun ikkompilata l-preżentazzjoni monetarja tal-bilanċ tal-pagamenti, il-BĊNi huma rikjesti jissottomettu d-data mqassma f'setturi istituzzjonali. Għall-bilanċ tal-pagamenti ta' kull xahar it-tqassim (breakdown) settorjali huwa li ġej:

- għal investiment dirett: (i) MFIs (esklużi banek ċentrali); u (ii) mhux-MFIs,

- għal attiv ta' investimen f'portafoll: (i) awtoritajiet monetarji; (ii) MFIs (esklużi banwk ċentrali); u (iii) mhux-MFIs,

- għal investiment ieħor: (i) awtoritajiet monetarji; (ii) MFIs (esklużi banek ċentrali); (iii) il-gvern ġenerali; u (iv) setturi oħra.

Bil-ħsieb li jkun ikkompilat tqassim settorjali tal-bilanċ tal-pagamenti, biex b'hekk tkun possibbli l-kostruzzjoni tal-preżentazzjoni monetarja, il-BĊNi għandhom ikunu rikjesti jipprovdu, mid-data preskritta fl-Artikolu 2(5) ta' din il-Linja Gwida, data dwar it-transazzjoniijiet netti f'sigurtajiet ta' investiment f'portafoll maħruġin minn residenti fiż-żona euro mqassmin bis-settur istituzzjonali li għalih l-issuer jappartieni. Barraminhekk, il-passiv ta' investiment f'portafoll għandu jinkludi tqassim f'settur istituzzjonali ta' l-issuer domestiku.

L-istatistiċi dwar transazzjoniijiet netti f'passiv ta' investiment f'portafoll taż-żona euro mqassmin skond is-settur huma mbagħad ikkompilati permezz ta' konsolidazzjoni tal-passiv nazzjonali totali nett tas-setturi rispettivi u r-transazzjonijiet netti f'sigurtajiet maħruġa u mixtrija minn residenti taż-żona euro.

1.2. Statistiċi tal-bilanċ tal-pagamenti ta' kull kwart tas-sena

Għan

L-għan tal-bilanċ tal-pagamenti ta' kull kwart tas-sena taż-żona euro huwa li jipprovdi informazzjoni iktar iddettaljata li tippermetti iktar analiżi ta' transazzjonijiet esterni. Dawn l-istatistiċi għandhom jikkontribwixxu notevolment lejn il-kontijiet finanzjarji fil-proċess ta' preparazzjoni u lejn il-pubblikazzjoni konġunta tal-bilanċ tal-pagamenti taż-żona UE/euro f'koperazzjoni mal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Eurostat).

Rekwiżiti

Statistiċi tal-bilanċ tal-pagamenti ta' kull kwart tas-sena jikkonformaw kemm jista' jkun ma' standards internazzjonali (ara l-Artikolu 2(3) ta' din il-Linja Gwida). It-tqassim (breakdown) rekwiżit ta' l-istatistiċi tal-bilanċ tal-pagamenti ta' kull kwart tas-sena huwa ppreżentat fl-Anness II, it-Tabella 2. Konċetti u definizzjonijiet armonizzati użati fil-kontijiet kapitali u finanzjarji jinġiebu fl-Anness III.

It-tqassim tal-kont kurrent ta' kull kwart tas-sena huwa simili għal dak rekwiżit għaċ-ċifri ta' kull xahar. Madankollu, għal introjtu tqassim iktar iddettaljat huwa meħtieġ fuq bażi ta' kull kwart tas-sena.

Fil-kont finanzjarju, il-BĊE japplika verżjoni ssimplifikata tar-rekwiżiti tal-ħames edizzjoni tal-Manwal tal-Bilanċ tal-Pagamenti (MBP5) tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) għall-punt "investimenti oħra". Din is-simplifikazzjoni tinkludi t-tneħħija ta' distinzjoni bejn self u depożiti fuq kull naħa tal-karta tal-bilanċ u t-tneħħija tat-tqassim tal-maturita. Hemm ukoll bidla fil-preżentazzjoni tat-tqassim (i.e. settur bħala l-ewwel prijorita). Dan it-tqassim settorjali huwa kompatibbli imma mhux identiku mat-tqassim tal-MBP5 fejn strumenti għandhom prijorita.

BĊNi huma rikjesti jiddistingwu fl-istatisitiċi tal-bilanċ tal-pagamenti ta' kull kwart tas-sena bejn transazzjonijiet ma' Stati Membri parteċipanti u t-transazzjonijiet esterni l-oħra kollha. Għad-data ta' kull xahar, distinzjoni bejn transazzjonijiet f'sigurtajiet maħruġa minn residenti fiż-żona euro u sigurtajiet maħruġa minn residenti fiż-żona mhux-euro hija rekwiżita għal data ta' kull kwart tas-sena fiż-żoni ta' l-investimenti f'portafoll. L-istatistiċi dwar transazzjonijiet netti f'attiv ta' investiment f'portafoll taż-żona euro huma kkompilati billi jinġabru flimkien transazzjonijiet netti f'sigurtajiet irrapportati maħruġa minn residenti f'żona mhux-euro. Transazzjonijiet netti f'passiv ta' investiment f'portafoll fiż-żona euro huma kkompilati bil-konsolidazzjoni ta' transazzjonijiet netti fil-passiv nazzjonali totali u transazzjonijiet netti f'sigurtajiet maħruġa u mixtrija minn residenti fiż-żona euro.

Rekwiżit ta' rrapportar analogu u metodu ta' kompilazzjoni għad-data aggregata huma applikati għal introjtu minn investiment f'portafoll.

Għal investiment dirett BĊNi huwa rikjesti jissottomettu ta' kull kwart tas-sena tqassim settorjali ta' "MFIs (esklużi banek centrali)/mhux-MFIs". Għal "attiv f'investiment f'portafoll" u "investimenti oħra" it-tqassim (breakdown) ta' rapporti skond setturi istituzzjonali jsegwi il-komponenti standard tal-FMI li jikkomprendu (i) awtoritajiet monetarji; (ii) MFIs (esklużi banek centrali); (iii) il-gvern ġenerali; u (iv) setturi oħra.

Għall-ikkompilar ta' statistiċi dwar transazzjonijiet netti fiż-żona euro f'passiv ta' investiment f'portafoll skond is-settur ta' l-issuers residenti fiż-żona euro, ir-rekwiżiti tad-data ta' kull kwart tas-sena huma simili bħal dawk tal-bilanċ tal-pagamenti ta' kull xahar.

Għall-bilanċ tal-pagamenti taż-żona euro, data ta' introjtu minn investiment akkumulat huma rekwiżiti fuq bażi ta' kull kwart tas-sena. Skond is-Sistema ta' Kontijiet Nazzjonali, il-MBP5 jirrakommanda li l-imgħax għandu jkun irreġistrat fuq bażi ta' akkumulazzjonijiet. Dan ir-rekwiżit jaffettwa lill-kont kurrent kif ukoll il-kont finanzjarju.

2. Template ta' riżervi internazzjonali

Għan

L-għan tat-template ta' riżervi internazzjonali huwa rendikont ta' kull xahar ta' l-attiv tar-riżervi, attiv ieħor ta' munita barranija u passiv konness mar-riżervi miżmum mill-BĊNi u l-BĊE wara l-preżentazzjoni tat-template konġunta FMI/Bank għal Ħlasijiet Internazzjonali (BĦI) dwar "Il-Likwidita ta' Riżervi Internazzjonali u Munita Barranija". Din l-informazzjoni tikkompleta d-data dwar l-attiv ta' riżerva inkluż fil-bilanċ tal-pagamenti fiż-żona euro u l-istatistiċi dwar il-posizzjoni ta' l-investiment internazzjonali.

Rekwiżiti

L-attiv ta' riżerva fiż-żona euro huma klejms likwidi ħafna, negozjabbli u kredibbli miżmuma mill-BĊE (riżervi miġbura) u mill-BĊNi (riżervi mhux miġbura) fuq residenti fiż-żona mhux-euro u ddenominati f'munita barranija (i.e. f'muniti barra minn euro), deheb, posizzjonijiet ta' riżervi fil-holdings tal-FMI u SDR. Huma jistgħu jinkludu posizzjonijiet f'derivattivi finanzjarji. Attiv ta' riżerva huwa kkompilat fuq bażi ta' gross mingħajr kull għemil ta' nett tal-passiv konness mar-riżervi. It-tqassim tad-data rekwiżit mil-BĊNi huwa ppreżentat fl-Anness II, it-Tabella 3, it-Taqsima I.A.

Attiv iddenominat f'munita barranija ta' l-Eurosistema li ma jissodisfax din id-definizzjoni, jiġifieri (i) klejms fuq residenti residenti f'żona euro; u (ii) klejms fuq residenti f'żona mhux-euro li ma jissodisfax il-kriterja ta' likwidita, negozjabilita u kredibilita, huwa inkluż taħt il-punt "Attiv ieħor f'munita barranija" tat-template dwa riżervi internazzjonali (Anness II, it-Tabella 3, it-Taqsima I.B).

Klejms iddenominati f'euro fuq mhux residenti u bilanċi f'munita barranija miżmuma minn gvernijiet ta' Stati Membri parteċipanti mhumiex ikkunsidrati bħala attiv ta' riżerva; ammonti tali huma rreġistrati bħala "investimenti oħra" jekk jirrappreżentaw klejms fuq residenti f'żona mhux-euro.

Barramindan, informazzjoni dwar drains netti ta' terminu qasir predeterminati u kontinġenti fuq l-Eurosistema konnessi ma' attiv ta' riżerva u attiv ta' munita barranija ieħor ta' l-Eurosistema, l-hekk imsejjaħ "passiv konness ma' riżerva", għandha tkun irrapportata taħt l-Anness II, it-Tabella 3, it-Taqsimiet II sa IV.

3. Statistiċi dwar il-posizzjoni ta' investiment internazzjonali

Għan

L-għan tal-posizzjoni ta' investiment internazzjonali huwa rendikont annwali ta' l-attiv u l-passiv estern taż-żona-euro fit-totalita tagħha, għal analiżi tal-politika monetarja u s-suq tal-kambju. Din l-informazzjoni statistika tista' wkoll tassisti fil-kompilazzjoni tal-flussi tal-bilanċ tal-pagamenti.

Rekwiżiti

Il-BĊE jirrikjedi statistiċi tal-posizzjoni ta' investiment internazzjonali fir-rigward ta' livelli ta' ħażna fi tmiem is-sena kalendarja.

Id-data tal-posizzjoni ta' investiment internazzjonali tikkonforma kemm jista' jkun ma' standards internazzjonali (ara l-Artikolu 2(3) ta' din il-Linja Gwida). Il-BĊE jikkompila l-posizzjoni ta' investiment internazzjonali għaż-żona euro fit-totalita tagħha. It-tqassim tal-posizzjoni ta' investiment internazzjonali għaż-żona euro huwa preżentat fl-Anness II, it-Tabella 4.

Il-BĊE jista' jirrikjedi fuq bażi ta' kull kwart tas-sena punti ta' importanza partikolari għall-kondotta tal-politika monetarja, b'mod speċifiku dawk il-punti fil-kont "investimenti oħra" li kurrentement huma pprovduti lill-BĦI għall-istatistiċi tiegħu dwar xogħol bankarju internazzjonali.

Il-posizzjoni ta' investiment internazzjonali turi ħażniet finanzjarji fi tmien il-perjodu ta' referenza, ivvalutati fi prezzijiet tat-tmiem il-perjodu. Bidliet fil-valur ta' ħażniet jista' jkun dovut għall-fatturi li ġejjin. L-ewwel, parti mill-bidla tal-valur matul il-perjodu ta' referenza tkun dovuta għat-transazzjonijiet finanzjarji li jkunu saru u kienu rreġistrati fil-bilanċ tal-pagamenti. It-tieni, parti mill-bidliet fil-posizzjonijiet fil-bidu u fit-tmiem ta' perjodu speċifiku tkun ikkaġunata b'bidliet fil-prezzijiet ta' l-attiv u l-passiv finanzjarju muri. It-tielet, fil-każ li ħażniet ikunu ddenominati f'muniti minbarra l-unita tal-kont użata għall-posizzjoni ta' investiment internazzjonali, bidliet fir-rati tal-kambju vis-a-vis muniti oħra taffettwa wkoll il-valuri. Fl-aħħar, kull bidla oħra li mhix dovuta għall-fatturi ta' hawn iktar ‘il fuq għandha tkun ikkunsidrata bħala dovuta għal "aġġustamenti oħra".

Rikonċilazzjoni kif għandha tkun bejn il-flussi finanzjarji u ħażniet taż-żona euro tirrikjedi bidliet fil-valur minħabba li prezz, bidliet fir-rata tal-kambju u aġġustamenti oħra għandhom ikunu distinti.

Kopertura tal-posizzjoni ta' investiment internazzjonali għandha tkun kemm jista' jkun possibbli qrib dik għall-flussi ta' bilanċ tal-pagamenti ta' kull kwart tas-sena. Il-konċetti, definizzjonijiet u tqassim jaqblu ma' dawk użati għall-flussi ta' bilanċ tal-pagamenti ta' kull kwart tas-sena. Sa kemm hu possibbli, id-data dwar il-awtoritajiet monetarji għandhom ikunu konsistenti ma' statistiċi oħra, bħal statistiċi ta' flus u xogħol tal-banek, kontijiet finanzjarji u kontijiet nazzjonali.

Rigward il-bilanċ tal-pagamenti ta' kull xahar u ta' kull kwart tas-sena, BĊNi huma rikjesti jiddistingwu fl-istatistiċi tal-awtoritajiet monetarji tagħhom bejn holdings vis-a-vis Stati Membri parteċipanti u l-posizzjonijiet esterni l-oħra kollha. Distinzjoni bejn holdings f'sigurtajiet maħruġa minn residenti fiż-żona euro u f'sigurtajiet maħruġa minn residenti fiż-żona mhux-euro hija rekwiżita fil-kontijiet ta' investimenti f'portafoll. L-istatistiċi dwar attiv nett f'investiment f'portafoll taż-żona euro huma kkompilati billi jkun aggregat l-attiv nett irrapportat f'sigurtajiet maħruġa minn residenti fiż-żona mhux-euro. L-istatistiċi dwar passiv nett f'investiment f'portafoll taż-żona euro huma kkompilati bil-konsolidazzjoni tal-passiv nett nazzjonali totali u holdings netti f'sigurtajiet maħruġa u mixtrija minn residenti fiż-żona euro.

BĊNi huma rekwiżiti jissottomettu holdings annwali skond l-tqassim settorjali għal "investiment dirett", "attiv ta' investiment f'portafoll" u "investiment ieħor" bħal għal flussi ta' bilanċ tal-pagamenti ta' kull kwart tas-sena.

Għall-ikkompilar mill-BĊE ta' tqassim settorjali tal-passiv nett f'investiment f'portafoll fiż-żona euro, ir-rekwiżiti imposti mill-BĊNi rigward id-data dwar il-posizzjoni ta' l-investiment internazzjonali huma l-istess bħal għall-flussi tal-bilanċ tal-pagamenti, suġġetti għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(5) ta' din il-Linja Gwida.

Attiv u passiv f'investiment f'portafoll fil-posizzjoni ta' investiment internazzjonali huma kkompilati purament minn data dwar stock.

--------------------------------------------------

ANNESS II

TQASSIM REKWIŻIT

Tabella 1 Punti ta' kull xahar għall-bilanċ tal-pagamenti fiż-żona euro

"extra" tfisser transazzjonijiet ma' residenti f'żona mhux-euro (għal attiv ta' investiment f'portafoll u introjtu konness hoja tirreferi għar-residenza ta' l-issuers).

"intra" tfisser transazzjoniijiet bejn l-Istati Membri differenti taż-żona euro.

"nazzjonali" tfisser it-transazzjoniijiet kollha ta' minn konfini għall-ieħor minn residenti ta' Stat Membru parteċipant (użata biss f'konnessjoni ma' kontijiet ta' passiv fuq investiment f'portafoll u l-bilanċ nett tal-kontijiet ta' derivattivi finanzjarji).

| Kreditu | Debitu | Nett |

I.Kont kurrent

Merkanzija | extra | extra | extra |

Servizzi | extra | extra | extra |

Introjtu

Kumpens għal introjtu minn Investiment ta' l-impjegati | extra | extra | extra |

—investiment dirett | extra | extra | extra |

—investment f'portafoll | extra | | nazzjonali |

—investimenti oħra | extra | extra | extra |

Trasferimenti kurrenti | extra | extra | extra |

II.Kont kapitali | extra | extra | extra |

| Attiv nett | Passiv nett | Nett |

III.Kont finanzjarju

Investiment dirett | | | extra |

Barra l-pajjiż | | | extra |

—Ekwita | | | extra |

(i)MFIs (esklużi banek ċentrali) | | | extra |

(ii)Mhux-MFIs | | | extra |

—Qligħ reinvestit | | | extra |

(i)MFIs (esklużi banek ċentrali) | | | extra |

(ii)Mhux-MFIs | | | extra |

—Kapital ieħor | | | extra |

(i)MFIs (esklużi banek ċentrali) | | | extra |

(ii)Mhux-MFIs | | | extra |

Fl-ekonomija li tkun tirrapporta | | | extra |

—Ekwita | | | extra |

(i)MFIs (esklużi banek ċentrali) | | | extra |

(ii)Mhux-MFIs | | | extra |

—Qligħ reinvestit | | | extra |

(i)MFIs (esklużi banek ċentrali) | | | extra |

(ii)Mhux-MFIs | | | extra |

—Investimenti oħra | | | extra |

(i)MFIs (esklużi banek ċentrali) | | | extra |

(ii)Mhux-MFIs | | | extra |

Investiment f'portafoll | extra/intra | nazzjoniali | |

Sigurtajiet ta' ekwita | extra/intra | nazzjoniali | |

(i)Awtoritajiet monetarji | extra/intra | — | |

(ii)MFIs (esklużi banek ċentrali) | extra/intra | nazzjoniali | |

(iii)Mhux-MFIs | extra/intra | nazzjoniali | |

titoli (sigurtajiet) ta' debitu | extra/intra | nazzjoniali | |

—bonds u karti tal-flus | extra/intra | nazzjoniali | |

(i)Awtoritajiet monetarji | extra/intra | — | |

(ii)MFIs (esklużi banek ċentrali) | extra/intra | nazzjoniali | |

(iii)Mhux-MFIs | extra/intra | nazzjoniali | |

—Strumenti ta' flus fis-suq | extra/intra | nazzjoniali | |

(i)Awtoritajiet monetarji | extra/intra | — | |

(ii)MFIs (esklużi banek ċentrali) | extra/intra | nazzjoniali | |

(iii)Mhux-MFIs | extra/intra | nazzjoniali | |

Derivattivi finanzjarji | | | nazzjonali |

Investiment ieħor | extra | extra | extra |

Awtoritajiet monetarji | extra | extra | |

Il-gvern ġenerali | extra | extra | |

MFIs (esklużi banek centrali) | extra | extra | |

—Terminu fit-tul | extra | extra | |

—Terminu fil-qosor | extra | extra | |

Setturi oħra | extra | extra | |

Attiv ta' riżerva | extra | | |

Tabella 2 Bilanċ tal-pagamenti ta' kull kwart tas-sena fiż-żona euro

"extra" tfisser transazzjonijiet ma' residenti f'żona mhux-euro (għal attiv f'investiment f'portafoll u introjtu konness hija tirreferi għar-residenza ta' l-issuers).

"intra" tfisser transazzjoniijiet bejn l-Istati Membri differenti taż-żona euro.

"nazzjonali" tfisser it-transazzjoniijiet kollha ta' minn konfini għall-ieħor minn residenti ta' Stat Membru parteċipant (użata biss f'konnessjoni ma' kontijiet ta' passiv fuq investiment f'portafoll u l-bilanċ nett tal-kontijiet ta' derivattivi finanzjarji).

| Kreditu | Debitu | Nett |

I.Kont kurrent

Merkanzija | extra | extra | extra |

Servizzi | extra | extra | extra |

Introjtu

Kumpens għal impjegati | extra | extra | extra |

Introjtu minn investiment

—Investiment dirett | extra | extra | extra |

—Introjtu minn ekwita | extra | extra | extra |

—Introjtu minn dejn (imgħax) | extra | extra | extra |

—Investiment f'portafoll | extra | | nazzjonali |

—Introju minn ekwita (dividendi) | extra | | nazzjonali |

—Introjtu minn dejn (imgħax) | extra | | nazzjonali |

—bonds u flus karta | extra | | nazzjonali |

—Strumenti tas-suq monetarju | extra | | nazzjonali |

—Investiment ieħor | extra | extra | extra |

Trasferimenti kurrenti | extra | extra | extra |

II.Kont kapitali | extra | extra | extra |

| Net assets | Net liabilities | Net |

IIIKont finanzjarju

Investiment dirett | | | extra |

Barra l-Pajjiż | | | extra |

—Ekwita | | | extra |

(i)MFIs (esklużi banek ċentrali) | | | extra |

(ii)Mhux-MFIs | | | extra |

—Qligħ reinvestit | | | extra |

(i)MFIs (esklużi banek centrali) | | | extra |

(ii)Mhux-MFIs | | | extra |

—Kapital ieħor | | | extra |

(i)MFIs (esklużi banek centrali) | | | extra |

(ii)Mhux-MFIs | | | extra |

Fl-ekonomija li tkun tirrapporta | | | extra |

—Ekwita | | | extra |

(i)MFIs (esklużi banek centrali) | | | extra |

(ii)Mhux-MFIs | | | extra |

—Qligħ reinvestit | | | extra |

(i)MFIs (esklużi banek centrali) | | | extra |

(ii)Mhux-MFIs | | | extra |

—Kapital ieħor | | | extra |

(i)MFIs (esklużi banek centrali) | | | extra |

(ii)Mhux-MFIs | | | extra |

Investiment f'portafoll | extra/intra | nazzjoniali | |

Sigurtajiet f'ekwita | extra/intra | nazzjoniali | |

(i)Awtoritajiet monetarji | extra/intra | — | |

(ii)Il-gvern ġenerali | extra/intra | — | |

(iii)MFIs (esklużi banek centrali) | extra/intra | nazzjoniali | |

(iv)Setturi oħra | extra/intra | nazzjoniali | |

Sigurtajiet ta' debitu | extra/intra | nazzjoniali | |

—bonds u flus karti | extra/intra | nazzjoniali | |

(i)Awtoritajiet monetarji | extra/intra | nazzjoniali | |

(ii)Il-gvern ġenerali | extra/intra | nazzjoniali | |

(iii)MFIs (esklużi banek centrali) | extra/intra | nazzjoniali | |

(iv)Setturi oħra | extra/intra | nazzjoniali | |

—Strument tas-suq monetarju | extra/intra | nazzjoniali | |

(i)Awtoritajiet monetarji | extra/intra | nazzjoniali | |

(ii)Il-gvern ġenerali | extra/intra | nazzjoniali | |

(iii)MFIs (esklużi banek centrali) | extra/intra | nazzjoniali | |

(iv)Setturi oħra | extra/intra | nazzjoniali | |

Derivattivi finanzjarji | | | nazzjonali |

(i)Awtoritajiet monetarji | | | nazzjonali |

(ii)Il-gvern ġenerali | | | nazzjonali |

(iii)MFIs (esklużi banek centrali) | | | nazzjonali |

(iv)Setturi oħra | | | nazzjonali |

Setturi oħra | extra | extra | extra |

(i)Awtoritajiet monetarji | extra | extra | |

—Self/munita u depożiti | extra | extra | |

—Attiv/passiv ieħor | extra | extra | |

(ii)Il-gvern ġenerali | extra | extra | |

—Kreddti kummerċjali | extra | extra | |

—Self/munita u depożiti | extra | extra | |

—Attiv/passiv ieħor | extra | extra | |

(iii)MFIs (esklużi banek centrali) | extra | extra | |

—Self/munita u depożiti | extra | extra | |

—Attiv/passiv ieħor | extra | extra | |

(iv)Setturi oħra | extra | extra | |

—Kreddti kummerċjali | extra | extra | |

—Self/munita u depożiti | extra | extra | |

—Attiv/passiv ieħor | extra | extra | |

Attiv ta' riżerva | extra | | |

Deheb monetarju | extra | | |

Speċial drawing rights | extra | | |

Posizzjoni tar-riżerva fil-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) | extra | | |

Kambju esteru | extra | | |

—Munita u depożiti | extra | | |

—Ma' awtoritajiet monetarji | extra | | |

—Ma' l-MFIs (esklużi banek centrali) | extra | | |

—Sigurtajiet | extra | | |

—Ekwitajiet | extra | | |

—bonds u flus karta | extra | | |

—Flus fis-suq monetarju | extra | | |

—Derivattivi finanzjarji | extra | | |

Klejms oħra | extra | | |

Tabella 3 Riżervi internazzjonali ta' l-Eurosistema; passiv konness mar-riżervi taż-żona euro

I. Attiv ta' riżerva uffiċjali u Attiv ieħor f'munita barranija (valur tas-suq approssimattiv)

A. Attiv ta' riżerva uffiċjali

1. Riżervi f'munita barranija (f'muniti barranin konvertibbli)

(a) Sigurtajiet, li tagħhom:

- l-issuer għandu l-uffiċċju prinċipali fiż-żona euro

(b) munita u depożiti totali ma'

(i) banek ċentrali nazzjonali oħra, il-Bank ta' Ħlasijiet Internazzjonali (BĦI) u l-IMF

(ii) banek bl-uffiċċju prinċipali fiż-żona euro u llokati barra

(iii) banek bl-uffiċċju prinċipali u llokati barra ż-żona euro

2. Posizzjoni ta' riserva tal-FMI

3. SDRs

4. Deheb (inklużi depożiti ta' deheb u tpartit ta' deheb)

5. attiv ta' riżerva ieħor

(a) derivattivi finanzjarji

(b) self lil mhux residenti mhux minn banek

(c) oħrajn

B. Attiv ieħor f'munita barranija

(a) sigurtajiet mhux inklużi f'attiv ta' riżerva uffiċjali

(b) depożiti mhux inklużi f'attiv ta' riżerva uffiċjali

(c) self mhux inkluż f'attiv ta' riżerva uffiċjali

(d) derivattivi finanzjarji mhux inklużi f'attiv ta' riżerva uffiċjali

(e) deheb mhux inkluż f'attiv ta' riżerva uffiċjali

(f) oħrajn

II. Drains netti ta' terminu qasir predeterminati fuq attiv f'munita barranija (valur nominali)

+++++ TIFF +++++

III. Drains netti ta' terminu qasir kontinġenti fuq attiv f'munita barranija (valur nominali)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

IV. Punti għall-Memo

1. Għandhom ikunu rraportati b'perjodiċita u osservanza taż-żmien (ħin) standard:

(a) dejn f'munita domestika ta' terminu qasir indiċjata mar-rati tal-kambju esteru

(b) strumenti finanzjarji ddenominati f'munita barranija u mħallsa (settled) b'mezzi oħra (e.g. f'munita domestika)

- non-deliverable forwards

(i) posizzjonijiet fil-qosor

(ii) posizzjonijiet fit-tul

- strumenti oħra

(c) attiv mirhun

- inkluż fl-attiv ta' riżerva

- inklużi f'attiv ieħor f'munita estera

(d) sigurtajiet mislufa u fuq repo

- mislufa jew repoed u inklużi dit-Taqsima I

- mislufa jew repoed imma mhux nklużi fit-Taqsima I

- imsellfin jew miksuba u inklużi fit-Taqsima I

- imsellfin jew miksuba imma mhux inklużi fit-Taqsima I

(e) Attiv ta' derivattivi finanzjarji

- forwards

- futuri

- bdil (tpartit)

- għażliet

- oħrajn

(f) derivattivi (forward, futuri jew kuntratti ta' għażliet) li għandhom maturita residwa ta' iktar minn sena, li huma suġġetti għal margin calls

- posizzjonijiet fil-qosor u fit-tul aggregati f'forwards u futuri f'muniti barranin vis-a-vis il-munita domestika (inkluża l-parti forward ta' bidliet (tpartit) ta' munita)

(i) posizzjonijiet fil-qosor

(ii) posizzjonijiet fit-tul

- posizzjonijiet fil-qosor u fit-tul aggregati ta' għażliet f'muniti barranin vis-a-vis il-munita domestika

(i) posizzjonijiet fil-qosor

- puts mixtrija

- sejħiet bil-miktub

(ii) posizzjonijiet fit-tul

- sejħiet mixtrija

- puts bil-miktub

2. Li għandhom ikunu żvelati inqas sikwit (e.g. darba fis-sena):

(a) komposizzjoni tal-munita tar-riżervi (fi gruppi ta' muniti)

- muniti fil-qoffa ta' l-SDR

- muniti mhux inklużi fil-qoffa ta' l-SDR

Tabella 4 Posizzjoni ta' investiment internazzjonali annwali taż-żona euro

"extra" tfisser transazzjonijiet ma' residenti f'żona mhux-euro (għal attiv f'investiment f'portafoll u introjtu konness, hija tirreferi għar-residenza ta' l-issuers).

"intra" tfisser transazzjoniijiet bejn l-Istati Membri differenti taż-żona euro.

"nazzjonali" tfisser it-transazzjoniijiet kollha ta' minn konfini għall-ieħor minn residenti ta' Stat Membru parteċipant (użata biss f'konnessjoni ma' kontijiet ta' passiv fuq investiment f'portafoll u l-bilanċ nett tal-kontijiet ta' derivattivi finanzjarji).

| Attiv | Passiv | Nett |

I.Investiment dirett | | | extra |

Barra l-Pajjiż | extra | | |

—Ekwita u qligħ reinvestit | extra | | |

(i)MFIs (esklużi banek centrali) | extra | | |

(ii)Mhux-MFIs | extra | | |

—Kapital ieħor | extra | | |

(i)MFIs (esklużi banek centrali) | extra | | |

(ii)Mhux-MFIs | extra | | |

Ekonomija li tkun qed tirrapporta | | extra | |

—Ekwita u qligħ reinvestit | | extra | |

(i)MFIs (esklużi banek centrali) | | extra | |

(ii)Mhux-MFIs | | extra | |

—Kapital ieħor | | extra | |

(i)MFIs (esklużi banek centrali) | | extra | |

(ii)Mhux-MFIs | | extra | |

II.Investiment f'portafoll

Sigurtajiet f'ekwitajiet | extra/intra | nazzjoniali | |

(i)Awtoritajiet monetarji | extra/intra | — | |

(ii)Il-gvern ġenerali | extra/intra | — | |

(iii)MFIs (esklużi banek centrali) | extra/intra | nazzjoniali | |

(iv)Setturi oħra | extra/intra | nazzjoniali | |

Sigurtajie ta' dejn | extra/intra | nazzjoniali | |

—bonds u flus karta | extra/intra | nazzjoniali | |

(i)Awtoritajiet monetarji | extra/intra | nazzjoniali | |

(ii)Il-gvern ġenerali | extra/intra | nazzjoniali | |

(iii)MFIs (esklużi banek centrali) | extra/intra | nazzjoniali | |

(iv)Setturi oħra | extra/intra | nazzjoniali | |

—Strumenti ta' flus fis-suq | extra/intra | nazzjoniali | |

(i)Awtoritajiet monetarji | extra/intra | nazzjoniali | |

(ii)Il-gvern ġenerali | extra/intra | nazzjoniali | |

(iii)MFIs (esklużi banek centrali) | extra/intra | nazzjoniali | |

(iv)Setturi oħra | extr/intra | nazzjoniali | |

III.Derivattivi finanzjarji | extra | extra | extra |

(i)Awtoritajiet monetarji | extra | extra | extra |

(ii)Il-gvern ġenerali | extra | extra | extra |

(iii)MFIs (esklużi banek centrali) | extra | extra | extra |

(iv)Setturi oħra | extra | extra | extra |

IV.Investimenti oħra | extra | extra | extra |

(i)Awtoritajiet monetarji | extra | extra | |

—self/munita u depożiti | extra | extra | |

—attiv/passiv ieħor | extra | extra | |

(ii)Il-gvern ġenerali | extra | extra | |

—kreddti kummerċjali | extra | extra | |

—self/munita u depożiti | extra | extra | |

—attiv/passiv ieħor | extra | extra | |

(iii)MFIs (esklużi banek centrali) | extra | extra | |

—self/munita u depożiti | extra | extra | |

—attiv/passiv ieħor | extra | extra | |

(iv)Setturi oħra | extra | extra | |

—kreddti kummerċjali | extra | extra | |

—self/munita u depożiti | extra | extra | |

—attiv/passiv ieħor | extra | extra | |

V.Attiv ta' riżerva | extra | | |

Deheb monetarju | extra | | |

Speċial drawing rights | extra | | |

Posizzjoni tar-riżerva fil-FMI | extra | | |

Kambju esteru | extra | | |

—Munita u depożiti | extra | | |

—ma' awtoritajiet monetarji | extra | | |

—ma' MFIs (esklużi banek centrali) | extra | | |

—Sigurtajiet | extra | | |

—ekwitajiet | extra | | |

—bonds u flus karti | extra | | |

—strumenti ta' flus fis-suq | extra | | |

—Derivattivi finanzjarji | extra | | |

Klejms oħra | extra | | |

--------------------------------------------------

ANNEX III

KONĊETTI U DEFINIZZJONIJIET LI GĦANDHOM IKUNU UŻATI FIL-BILANĊ TAL-PAGAMENTI U STATISTIĊI TAL-POŻIZZJONI TA' INVESTIMENT INTERNAZZJONALI, U T-TEMPLATE TAR-RIŻERVI INTERNAZZJONALI

Biex ikunu kkostruwiti statistiċi esterni aggregati bis-sens għaż-żona euro, konċetti u definizzjonijiet kienu ddefiniti fil-qasam ta' l-istatisitiċi tal-bilanċ tal-pagamenti (introjtu, kapital u kontijiet finanzjarji), statistiċi tal-posizzjoni ta' investiment internazzjonali u t-template tar-riżervi internazzjonali. Dawn il-konċetti u definizzjonijiet huma bbażati fuq l-hekk imsejjaħ Pakkett ta' Implimentazzjoni (Lulju 1996) u dokumenti addizzjonali endorsjati mill-Kunsill Regolatorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Standards internazzjonali kurrenti, bħal l-ħames edizzjoni tal-Manwal dwar il-Bilanċ tal-Pagamenti (il-MBP5) tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u t-Template tal-FMI/il-Bank għal Ħlasijiet Internazzjonali dwar Riżervi Internazzjonali u Likwidita ta' Munita Barranija, kienu użati bħala referenza biex ikunu fformolati dawn il-konċetti u definizzjonijiet. Il-proposti l-aktar importanti għal armonizzazzjoni huma elenkati hawn iktar ‘l isfel bi qbil man-noti ta' metodoloġija tal-BĊE dwar "Bilanċ tal-pagamenti u posizzjoni ta' investiment internazzjonali taż-żona euro (inklużi riżervi)" ippubblikati fuq il-website tiegħu: http://www.ecb.int. Iktar iggwidar huwa disponibbli fil-Kapitoli 2 u 3 tal-pubblikazzjoni tal-BĊE "European Union balance of payments/international investment position statisitcal methods" (il-"Ktieb BoP") li huwa rrivedut ta' kull sena u huwa disponibbli kemm fuq il-website u fi ktieb.

1. Konċetti u definizzjonjiet ta' punti magħżula

1.1. Introjtu minn investiment (ara wkoll Il-Ktieb tal-BtP it-Taqsima 3.4)

Introjtu minn investiment jinkorpora introjtu dderivat minn pussess minn resident fiż-żona euro ta' attiv finanzjarju (kreddti) f'żona mhux-euro u, b'mod simetriku, introjtu dderivat minn pussess minn resident fiż-żona mhux-euro ta' attiv (passiv) finanzjarju f'żona euro. Fejn identifikabbli separatament, qligħ u telf fuq holdings (kapitali) mhumiex ikklassifikati bħala dħul minn investimenti, imma bħala tibdil fil-valur ta' investimenti dovut minn żviluppi fil-prezz tas-suq.

Introjtu minn investiment jinkludi introjtu ġġenerat minn investiment dirett, investiment f'portafoll u investiment ieħor u minn attiv ta' riżserva ta' l-Eurosistema. Madankollu, flussi netti assoċjati ma' derivattivi b'rati ta' interess ikunu rreġistrati taħt "derivattivi finanzjarji" fil-kont finanzjarju. Profitti reinvestiti jkun irreġistrati taħt "introjtu minn investiment dirett". Huma ddefiniti bħala s-sehem ta' l-investitur dirett tal-profitti totali kkonsolidati li nqalgħu mill-impriża ta' investiment dirett fil-perjodu ta' referenza speċifiku (wara li jinqatgħu t-taxxa, imgħax u deprezzament) jitnaqqsu d-dividendi dovuti għal pagament fil-perjodu ta' referenza, ukoll jekk dawn id-dividendi huma konnessi ma' profitti li nqalgħu f'perjodu preċedenti.

Ir-rekwiżiti għad-data tal-bilanċ tal-pagamenti ta' kull xahar u ta' kull kwart tas-sena huma kważi identiċi bħall-Komponenti Standard tal-FMI kif iddefiniti fil-MBP5. Id-differenza prinċipali hija li BĊE ma jirrekjedix tqassim ta' l-introjtu minn investiment dirett fuq ekwita fi profitti distribwiti u mhux distribwiti.

Introjtu minn imgħax huwa rreġistrat fuq bażi ta' akkumulazzjoni (dan mhux rekwiżit għad-data ta' kull xahar). Dividendi jkunu rreġistrati mid-data li fiha jsiru pagabbli. Qligħ reinvestit għandu jkunu irreġistrat fil-perjodu li jkun inqala'.

1.2. Kont kapitali (ara wkoll Il-Ktieb tal-BtP it-Taqsima 3.6)

Il-kont kapitali jkopri trasferimenti ta' kapital u l-akkwist/disponiment ta' attiv mhux prodott mhux finanzjarju. Trasferimenti kurrenti għandhom ikunu rreġistrati fil-kont kurrent. Trasferiment kapitali jikkonsistu fi (i) trasferimenti tal-pussess (proprjeta) ta' attiv fiss; (ii) trasferimenti ta' fondi marbuta ma', jew ikkondizzjonati fuq, l-akkwist jew disponiment ta' attiv fiss; u (iii) l-iskanċellatura, mingħajr kull konsiderazzjoni ma' tkun irċevuta lura, ta' passiv minn kredituri. Trasferimenti kapitali jistgħu jkunu fi flus kontanti jew f'oġġetti (servizzi?) (bħal maħfra ta' dejn). Id-distinzjoni bejn trasferimenti kurrenti u kapitali, fil-prattika, hija fl-użu tat-trasferiment tal-pajjiż riċevitur. Akkwist/disponiment ta' attiv mhux prodott mhux finanzjarju jkopri prinċipalment oġġetti intanġibbli bħal patenti, kirjiet jew kuntratti trasferibbli oħra. Biss ix-xiri/bejgħ ta' attiv tali, imma mhux l-użu tagħom, għandu jkun irreġistrat f'dan il-punt tal-kont kapitali.

Filwaqt li l-komponenti standard tal-FMI tal-kont kapitali jikkonsistu fi tqassim (breakdown) settorjali fil-punti "il-gvern ġenerali" u "setturi oħra" (bi tqassim iktar wara), il-BĊE jikkompila biss kont kapitali f'somma waħda, mingħajr tqassim (breakdown).

1.3. Investiment dirett (ara wkoll Il-Ktieb tal-BtP it-Ttaqsima 3.7)

L-investiment dirett huwa kategorija ta' investiment internazzjonali li tirrifletti l-għan ta' entita residenti f'ekonomija waħda biex tikseb interess dejjiemi f'impriża residenti f'ekonomija oħra. Fi qbil ma' standards internazzjonali (FMI), il-"kriterju ta' 10 % tal-proprjeta" ikun applikat biex wieħed jinferixxi l-eżistenza ta' relazzjoni ma' investiment dirett, i.e. interess dejjiemi fil-każ ta' bilanċ tal-pagamenti/awtoritajiet monetarji fiż-żona euro. Ibbażata fuq dan il-kriterju, relazzjoni ma' investiment dirett tista' teżisti bejn numru ta' impriżi assoċjati, mingħajr ma jingħata każ jekk ir-rabta tinvolvix katina waħda u numbru ta' ktajjen. Jista' jkun estiż għal sussidjarji, sub-sussidjarji u assoċjati ta' l-impriża ta' investiment dirett. Wara li l-investiment dirett ikun stabbilit, il-flussi/holdings sussegwenti kollha bejn/vis-a-vis l-entitajiet assoċjati jkunu rreġistrati bħala transazzjonijiet ta' investiment dirett/posizzjonijiet [1].

Filwaqt li jsegwu l-standards tal-FMI u l-linji gwida ta' l-Eurostat/OKEŻ, relazzjonijiet ta' investimenti diretti taż-żona euro jkunu rreġistrati billi jintuża l-prinċipju direzzjonali, li jimplika li t-transazzjonijiet finanzjarji bejn l-investitur dirett residenti fiż-żona euro u l-impriżi ta' investiment dirett fiż-żona mhux-euro jkunu kklassifikati bħala "investiment dirett barra l-pajjiż". B'mod simetriku, it-transazzjonijiet finanzjarji bejn impriżi residenti ta' investiment dirett u investituri diretti fiż-żona mhux-euro jkunu kklassifikati taħt il-punt "investiment dirett fl-ekonomija li tirraporta" tal-bilanċ tal-pagamenti taż-żona euro.

Il-komponenti ta' l-investiment dirett huma kapitali ta' ekwita, qligħ reinvestit u "kapital ieħor" assoċjat ma' operazzjonijiet diversi ta' dejn bejn kumpaniji. Kapital f'ekwita jikkomprendi ekwita fi friegħi kif ukoll l-ishma kollha f'sussidjarji u assoċjati. Qliegħ reinvestit jikkonsisti fir-reġistrazzjoni off-setting għas-sehem tal-qligħ ta' l-investitur dirett mhux iddistribwit bħala dividendi minn sussidjarjijew assoċjati u qligħ tal-friegħi mhux mibgħut lill-investitur dirett u li huwa rreġistrat taħt "introjtu minn investiment". "Kapital ieħor" tkopri l-operazzjonijiet kollha finanzjarji bejn kumpaniji affiljati (tislif u self ta' fondi) - inklużi sigurtajiet ta' dejn u kreddti ta' fornituri (i.e. kreddti kumerċjali) - bejn investituri diretti u sussidjarji, friegħi u assoċjati.

Rigward il-valutazzjoni ta' ħażniet ta' investiment dirett, l-avviċinament irrakommandat internazzjonalment huwa li jintużaw il-prezzijiet tas-suq. Madankollu, minħabba diffikultajiet prattiċi, il-kompilaturi kurrentement qegħdin jużaw valuri fir-reġistri bbażati fuq il-volum tal-fondi proprji tal-kumpaniji involuti. Il-kriterji għall-valutazzjoni ta' ħażniet ta' investiment dirett fil-posizzjoni ta' investiment internazzjonali fiż-żona euro huma l-prezz tal-borża tal-kumpaniji elenkati, filwaqt li l-kumpaniji mhux elenkati huma vvalutati fuq il-bażi tal-fondi proprji tagħhom (i.e. valur fir-reġistri) billi jużaw definizzjoni komuni li tikkomprendi l-punti ta' accounting li ġejjin:

(i) kapital imħallas (esklużi ishma proprji u inklużi kontijiet premium ta' ishma);

(ii) it-tipi kollha ta' riżervi (inklużi għotjiet ta' investiment meta l-linji gwida ta' accounting jikkunsidrawhom bħala riżervi tal-kumpanija); u

(iii) profitti mhux distribwiti netti minn telf (inklużi riżultati għas-sena kurrenti).

1.4. Investiment f'portafoll (ara wkoll Il-Ktieb tal-BtP it-Taqsima 3.8)

Il-kont ta' investiment f'portafoll fiż-żona euro jinkludi (i) sigurtajiet ta' ekwita; u (ii) sigurtajiet ta' dejn fl-għamla ta' bonds u flus karta u strumenti ta' flus fis-suq, sakemm mhumiex kategorizzati jew bħala investiment dirett jew bħala attiv ta' riżerva. Derivattivi finanzjarji kif ukoll ftehim ta' xiri mill-ġdid u self ta' sigurtajiet huma esklużi minn investiment f'portafoll.

Il-punt "sigurtajiet ta' ekwita" ikopri l-istrumenti kollha li jirrappreżentaw klejms fuq il-valur residwu ta' impriżi inkorporati wara li l-klejms tal-kredituri kollha jkunu ssodisfatti. Ħażniet, ishma, ħażniet jew ishma ta' preferenza, ċertifikati ta' parteċipazzjoni jew dokumenti simili, juru l-pussess (proprjeta) ta' l-ekwita. Transazzjonijiet/holdings ta' ishma ta' istituzzjonijiet ta' investiment kollettiv, e.g. fondi ta' investiment, huma wkoll inklużi.

Bonds u flus karta huma sigurtajiet maħruġa b'maturita inizjali ta' iktar minn sena li soltu (normalment) jagħtu lid-detentur (i) id-dritt inkondizzjonat għal introjtu monetarju fiss jew introjtu monetarju varjabbli ddeterminat b'kuntratt (billi l-pagament ta' mgħax ikun indipendenti mill-qligħ tad-debitur); u (ii) id-dritt inkondizzjonat għal somma fissa f'pagament lura tas-somma kapitali f'data jew dati speċifiċi.

Differenti minn bonds u flus karta, strumenti ta' flus fis-suq huma sigurtajiet b'maturita inizjali ta' sena jew inqas. Ġeneralment huma jagħtu lid-detentur id-dritt inkondizzjonat li jirċievi somma ta' flus iddikjarata, fissa f'data speċifika. Dawn l-istrumenti huma soltu kkummerċjati, skontati, fi swieq organizzati; l-iskont ikun dipendenti fuq ir-rata ta' mgħax u ż-żmien li jibqa' għall-maturita.

Ir-rapport mit-Task Force on Portfolio Investment Data Collection Systems kien ippubblikat mill-BĊE f'Ġunju 2002. Twettqet investigazzjoni fil-fond dwar il-ħtieġa għal u l-benefiċċju potenzali ta' miżuri lejn l-armonizzazzjoni tas-sistemi ta' kollezzjoni ta' investiment f'portafoll. Xi ftit mir-riżultati huma inklużi biex ikunu identifikati mudelli adegwati ("ideali", "tajbin" jew "aċċettabbli") ta' kollezzjoni ta' data u bil-maqlub mudelli inadegwati ("mhux aċċettabbli") ta' kollezzjoni ta' data, u biex ikunu stmati l-meriti tagħħom (b'mod partikolari ta' rrapportar ta' sigurta-b'sigurta) u nefqa f'termini kwalitattivi. Stati Membri parteċipanti qablu li jadottaw sistema adegwata ta' kollezzjoni ta' data mill-1 ta' Jannar 2005, b'wieħed minnhom jagħmel riżerva (dwar l-iskeda għall-kollezzjoni tad-data ta' ħażniet).

Ir-reġistrazzjoni ta' transazzjonijiet ta' investiment f'portafoll fil-bilanċ tal-pagamenti taż-żona euro ssir meta l-kredituri jew debituri taż-żona euro jirreġistraw il-klejm jew passiv fir-reġistri tagħhom. It-transazzjonijiet ikunu rreġistrati bil-prezz irċevut jew imħallas, jitnaqqsu l-kummissjoni u spejjeż. Hekk, fil-każ ta' sigurtajiet b'kupuni, l-imgħax akkumulat mill-aħħar pagament ta' mgħax ikun inkluż u, f'dak ta' sigurtajiet maħruġa bi skont, l-imgħax akkumulat mill-ħarġa jkun inkluż. L-inklużjoni ta' l-imgħax akkumulat huwa rekwiżit għall-kont finanzjarju tal-bilanċ tal-pagamenti ta' kull kwart tas-sena u l-posizzjoni ta' investiment internazzjonali; fil-bilanċ tal-pagamenti ta' kull xahar l-istess trattament huwa inkoraġġit; dawn ir-reġistrazzjonijiet fil-kont finanzjarju ta' kull kwart tas-sena (u ta' kull xahar) jeħtieġ ikollhom reġistrazzjonijiet offsetting fil-kont ta' introjtu rispettiv.

1.5. Derivattivi finanzjarji (ara wkoll Il-Ktieb tal-BtP it-Taqsima 3.9)

Derivattivi finanzjarji huma strumenti finanzjarji li huma marbuta ma' strument finanzjarju, indikatur jew komodita speċifiċi, u permezz tagħhom riskji finanzjarji speċifiċi jistgħu jkunu nnegozjati fi swieq finanzjarji bi dritt proprju tagħhom. Transazzjonijiet f'derivattivi fiinanzjarji huma ttratati bħala transazzjoniijiet separati iktar milli bħala parti integrali tal-valur ta' transazzjonijiet ta' bażi li magħhom jista' jkun hemm rabta.

Transazzjonijiet u posizzjonijiet f'għażliet, futuri, tpartit, kuntratti bil-quddiem ta' kambju esteru, derivattivi ta' kreddtu u derivattivi embedded huma rreġistrati fil-bilanċ tal-pagamenti, riżervi internazzjonali u posizzjoni ta' investiment internazzjonali. Għal raġunijiet prattiċi, derivattivi embedded nhumiex distinti mill-istrumenti ta' bażi li magħhom huma marbuta.

Flussi netti assoċjati ma' derivattivi b'rati ta' mgħax huma rreġistrati bħala derivattivi finanzjarji, mhux bħala introjtu minn investiment, fi qbil ma' ftehim internazzjonali reċenti. Il-klassifika ta' strumenti speċifċi ta' derivattivi ta' kreddtu għandhom ikunu deċiżi fuq bażi ta' każ b'każ.

Pagamenti ta' marġini inizjali huma kkunsidrati bħala bidliet f'depożiti u għandhom ikunu rreġistrati, jekk identifikabbli, taħt "investiment ieħor". It-trattament ta' pagamenti ta' marġini ta' varjazzjoni jiddependi fuq l-għamla tal-marġini ta' varjazzjoni: marġini ta' varjazzjoni stil-għażliet huma kkunsidrati, fi prinċipju, bħala bidliet f'depożiti u għandhom ikunu rreġistrati, jekk identifikabbli, taħt "investiment ieħor". Pagamenti ta' marġini ta' varjazzjoni huma kkunsidrati, fi prinċipju, bħala transazzjonijiet f'derivattivi u għandhom ikunu rreġistrati taħt "derivattivi finanzjarji".

Fil-każ ta' għażliet, il-premium sħiħ (i.e. il-prezz ta' xiri/bejgħ ta' l-għażliet u l-ħlas tas-servizz sottintiż) huwa rreġistrat.

Il-valutazzjoni tad-direttivi finanzjarji għandha ssir fuq il-bażi ta' suq-għal-suq.

Ir-reġistrazzjoni ta' transazzjonijiet f'derivattivi finanzjarji għandha ssir meta l-kredituri u d-debituri taż-żona euro jirreġistraw il-klejm jew passiv fir-reġistri tagħhom. Minħabba l-problemi prattiċi involuti fis-separazzjoni tal-flussi ta' l-attiv u l-passiv għal xi strumenti derivattivi, it-transazzjonijiet tad-derivattivi finanzjarji kollha fil-bilanċ tal-pagamenti fiż-żona euro huma rreġistrati netti. Posizzjonijiet ta' attiv u passiv tad-direttivi finanzjarji fl-istatistiċi tal-posizzjoni ta' investiment internazzjonali huma rreġistrati fuq bażi gross, bl-eċċezzjoni ta' dawk id-derivattivi finanzjarji li jaqgħu fil-kategorija ta' attiv ta' riżerva, li huma rreġistrati fuq bażi nett.

1.6. Investimenti oħra (ara wkoll Il-Ktieb tal-BtP it-Taqsima 3.10)

Investimenti oħra hija ddefinita bħala kategorija residwa li tinkludi t-transazzjonijiet finanzjarji kollha mhux koperti fl-investiment dirett, investiment f'portafoll, derivattivi finanzjarji jew kategoriji ta' attiv ta' riżerva.

Investiment ieħor ikopri kreddti kummerċjali, self/munita u depożiti u attiv ieħor/passiv ieħor. Huwa wkoll jinkludi r-reġistrazzjonijiet offsetting għall-introjtu akkumulat fuq strumenti kklassifikati taħt investiment ieħor.

Kreddti kummerċjali jikkonsistu minn klejms jew passiv ikkawżat minn estensjoni diretta ta' kreddtu minn fornituri jew xerrejja rispettivament fiż-żona euro għal transazzjonijiet f'merkanzija u servizzi u pagament bil-quddiem għal xogħol li jkun għaddej (jew li se jsir) li huwa assoċjat ma' transazzjonijiet tali.

Self/munita u depożiti jikkomprendu transazzjonijiet/holdings fl-istrumenti finanzjarji li ġejjin: self, i.e. attiv finanzjarju maħluq permezz tas-self dirett ta' fondi minn kreditur (sellief) lil debitur (min jissellef) permezz ta' arranġament li fih is-sellief jew ma jirċievi ebda sigurta jew jirċievi dokument jew strument mhux negozzjabbli, operazzjonijiet tip repo, munita jew depożiti. Dan jinkludi, inter alia, self għall-finanzjament tal-kummerċ, self ieħor u avvanzi (inklużi ipoteki) u financial leases.

L-operazzjonijiet kollha tat-tip repo, i.e. ftehim ta' xiri mill-ġdid, operazzjonijiet ta' bejgħ/xiri lura u self ta' sigurtajiet, huma ttrattati fil-bilanċ tal-pagamenti/posizzjoni ta' investiment internazzjonali taż-żona euro bħala self kollaterali, mhux bħala xiri/bejgħ ċar ta' sigurtajiet, u huma rreġistrati taħt "investiment ieħor", fis-settur residenti taż-żona euro li jwettaq l-operazzjoni. Dan it-trattament, li huwa wkoll fi qbil mal-prattika ta' accounting tal-banek u korporazzjonijiet finanzjarji oħra, huwa intiżi biex jirrifletti aħjar ir-rationale ekonomiku wara dawn l-istrumenti finanzjarji.

Attiv ieħor/passiv ieħor ikopri l-punti kollha minbarra kreddti kummerċjali, self u munita u depożiti.

Is-settur "Eurosistema" f'"investimenti oħra" fiż-żona euro jinkludi l-posizzjonijiet netti ta' l-Eurosistema mal-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta' Stati Membri mhux parteċipanti konnessi ma' l-operazzjoni tas-sistema TARGET. Dawn il-bilanċi/kontijiet tas-Sistemi intra-Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ), li huma ddenominati f'euro, huma simili għal movimenti tal-kontijiet nostro/vostro ta' l-istituzzjonijiet finanzjari monetarji (IFMi) u, hekk, irrapportati lill-BĊE fuq bażi nett taħt passiv.

Il-prinċipji ta' "trasferiment tal-pussess (proprjeta)", "żmien tal-ħlas" u "ħin tal-pagament" kollha jikkonformaw ma' l-istandards tal-FMI.

Ipparagunata mal-komponenti standard tal-MBP5, il-preżentazzjoni tal-kategorija "investimenti oħra" tal-bilanċ tal-pagamenti taż-żona euro hija ssimplifikata billi titħalla barra d-distinzjoni bejn self u depożiti fuq kull naħa tal-karta tal-bilanċ u l-ommissjoni tat-tqassim tal-maturita għal statistiċi tal-bilanċ tal-pagamenti ta' kull kwart tas-sena. Hemm ukoll bidla fil-preżentazzjoni tat-tqassim (i.e. is-settur bħala l-ewwel prijorita). Dan it-tqassim settorjali huwa kompatibbli imma mhux identiku mat-tqassim (breakdown) tal-MBP5 fejn l-istrumenti għandhom prijorita. Għad-data tal-bilanċ tal-pagamenti ta' kull xahar, hija rekwiżita distinzjoni bejn flussi ta' terminu fil-qosor u ta' terminu fit-tul tas-settur ta' l-IFM.

1.7. Attiv ta' riżerva (ara wkoll Il-Ktieb tal-BtP it-Taqsima 3.11)

L-attiv ta' riżerva taż-żona euro jikkonsisti mill-attiv ta' riżerva ta' l-Ewrosistema, i.e. l-attiv tal-BĊE u tal-BĊNi.

Attiv ta' riżerva għandu (i) jkun taħt il-kontroll effettiv ta' l-awtoritajiet monetarji relevanti ta' l-Ewrosistema jew ta' BĊN; u (ii) jkun klejms jikwidi, kummerċjabbli u kredibbli ħafna miżmuma mill-Ewrosistema fuq residenti f'żona mhux euro ddenominat f'muniti minbarra mill-posizzjonijiet ta' riżerva euro, deheb fil-FMI jew speċial drawing rights (SDRs).

Din id-definizzjoni teskludi espressament klejms f'munita barranija fuq residenti taż-żona euro, u klejms euro fuq non-residenti taż-żona euro, milli jkunu kkunsidrati li jkunu attiv ta' riżerva jew f'livell nazzjonali jew f'dak taż-żona euro. Bl-istess mod, posizzjonijiet ta' kambju esteru ta' gvernijiet ċentrali u/jew it-Teżor mhumiex inklużi fid-definizzjoni ta' attiv ta' riżerva għaż-żona euro skond l-arranġamenti istituzzjonali fit-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea.

Attiv ta' riżerva tas-SEBĊ huwa dak l-attiv li jinġabar flimkien skond l-Artikolu 30 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u hekk ikun ikkunsidrat li jkun taħt il-kontroll dirett u effettiv tal-BĊE. Sakemm ma jisr ebda trasferiment ta' proprjetà ieħor, l-attiv ta' riżerva miżmum mill-BĊNi jkun taħt il-kontroll dirett u effettiv tagħhom u jkun ittrattat bħala attiv ta' riżerva ta' kull BĊN individwali.

Il-preżentazzjoni tat-transazzjonijiet tar-riżervi internazzjonali ta' l-Ewrosistema turi ċifra totali għal transazzjonijiet ta' kull xahar. Id-dettalji addizzjonali tat-transazzjonijiet ta' l-Ewrosistema f'deheb, kambju esteru, holdings ta' SDRs u posizzjoni ta' riżerva fil-FMI huma disponibbli ta' kull kwart tas-sena bl-insegwiment tal-komponenti standard tal-MBP5. Kategorija separata għal derivattivi finanzjarji hija ppreżentata, fi qbil mar-rakkomandazzjoni reċenti tal-FMI f'dan il-qasam.

Ir-riżervi ta' l-Ewrosistema huma kkompilati fuq bażi gross mingħajr kull netting-off ta' passiv konness mar-riżerva (bl-eċċezzjoni ta' dak l-attiv inkluż fis-sub-kategorija "derivattivi finanzjarji", li huwa rreġistrat fuq bażi nett).

Il-valutazzjoni tkun bbażata fuq prezzijiet tas-suq billi jintużaw (i) għal transazzjonijiet, il-prezzijiet tas-suq prevalenti dak ż-żmien meta ssir it-transazzjoni; u (ii) għal holdings, il-prezzijiet ta' l-għeluq tal-mid-market fi tmiem il-perjodu xieraq. Ir-rati ta' skambju tas-suq prevalenti fil-ħin meta ssir it-transazzjoni u l-prezzijiet ta' l-għeluq tas-suq tal-mid-market fi tmien il-perjodu xieraq jkunu użati rispettivament għall-konversjoni ta' transazzjonijiet u holdings ta' attiv iddenominat f'munita barranija f'euro.

Introjtu minn attiv ta' riżerva għandu b'mod indistingwibbli jkun irreġistrat taħt il-punt "investiment ieħor" tal-kont ta' l-introjtu minn investiment, inkluż introjtu minn imgħax fuq holdings ta' riżerva ta' sigurtajiet ta' dejn, u fuq bażi ta' akkumlazzjonijiet għall-inqas ta' kull kwart tas-sena.

L-opinjoni li riżervi użabbli jistgħu jkunu indikatur iktar importanti tal-kapaċità ta' pajjiż biex jissodisfa l-obbligi ta' skambju esteru tiegħu mir-riżervi gross kif muri fil-bilanċ tal-pagamenti u statistiċi tal-posizzjoni ta' investiment internazzjonali saret iktar mifruxa u ġiet adottata mill-Istandard Speċjali ta' Disseminazzjoni ta' Data tal-FMI. Biex ikunu kkalkolati r-riżervi użabbli, id-data dwar ir-riżervi gross jeħtieġ li jkunu kkomplimentati b'informazzjoni dwar attiv ieħor ta' munita barranija u passiv konness ma' riżervi. Għalhekk, data ta' kull xahar dwar attiv ta' riżerva ta' l-Ewrosistema għandhom ikunu kkomplimentati b'informazzjoni dwar attiv ta' munita barranija oħra u drains netti għal terminu qasir predeterminat u kontinġenti fuq l-attiv ta' riżerva gross ikklasifikat skond il-maturita residwa. Barramindan, distinzjoni ta' munita bejn l-attiv ta' riżerva gross iddenominat f'muniti ta' l-SDR (fit-total) u muniti oħra (fit-total) with a quarter's lag hija wkoll rekiwiżita.

Dwar punti speċifiċi, holdings ta' deheb monetarju għandhom jibqgħu mhux mibdula fit-transazzjonijiet ta' deheb kollha riversibbli (bdil (tpartit) ta' deheb, repos, slef u depożiti). Transazzjonijiet repo f'sigurtajiet iddenominati f'munita barranija jirriżultaw f'żidied fl-ammont totali ta' l-attiv ta' riżerva tal-BĊN li jissellef flus kontanti minħabba l-fatt li s-sigurtajiet repoed jibqgħu fil-karta ta' bilanċ; fil-każ ta' repos riversi, l-awtorija monetarja li tislef flus kontanti ma tirreġistrax (xi) varjazzjoni monetarja fl-ammont totali ta' l-attiv ta' riżerva jekk il-kontroparti non-residenti tkun awtorita monetarja jew istituzzjoni finanzjarja oħra, minħabba l-fatt li l-klejm fuq min jissellef il-flus kontanti mbagħad ikun ikkunsidrat bħala attiv ta' riżerva.

Tabella 5 Territorji li jappartienu lil, jew pajjiżi assoċjati ma', l-Istati Membri taż-żona euro

Territorji li jifformaw parti miż-żona euro

- Helgoland: il-Ġermanja,

- Il-Gżejjer Baleari, il-Gżejjer Kanarji, Ceuta u Melilla: Spanja,

- Monako, Dipartimenti Barranin Franċiżi(il-Gujana, il-Guadeloupe, Martinique u Reunion), Saint Pierre u Miquelon, Mayotte: Franza,

- Madeira, il-Gżejjer Azores: Portugall,

- Il-Gżejjer Åland: Il-Finlandja.

Territorji assoċjati ma' l-Istati Membri taż-żona euro li għandhom ikunu inklużi fil-bqija tad-dinja(BtD):

- Büsingen (mhux il-Ġermanja),

- L-Andorra (la Spanja lanqas Franza),

- L-Antilles Olandiżi u Aruba (mhux l-Olanda),

- Territorji Barranin Franċiżi (Polineżja Franċiżi, New Caledonia u l-Gżejjer Wallis u Futuna) (mhux Franza),

- San Marino u l-Belt tal-Vatikan (mhux l-Italja).

2. Metodi ta' implimentazzjoni għal allokazzjoni ġeografika

Diffikultajiet fil-kompilazzjoni ta' statistiċi mqassmin (broken down) skond il-ġeografija tal-bilanċ tal-pagamenti u l-posizzjoni ta' investiment internazzjonali huma riżoluti permess ta' avviċinament pass pass. Dan l-avviċinament jinvolvi tliet passi lejn is-sodisfazzjoni tar-rekwiżiti ta' data, li huma progressivament ikta eżiġenti. Il-punti "investiment f'portafoll", "introjtu minn investiment f'portafoll" u "derivattivi finanzjarji" huma partikolarment importanti.

2.1. Avviċinament ġenerali (li għandu jkun applikat għall-kontijiet kollha tal-bilanċ tal-pagamenti u l-posizzjoni ta' investiment internazzjonali - bl-eċċezzjonijiet elenkati hawn iktar ‘l isfel)

Pass 1 :

Metodu ta' kompilazzjoni fil-livell taż-żona euro: addizzjoni tat-total ta' transazzjonijiet/posizzjonijiet netti nazzjonali.

Implimentati sa mill-1999 għall-posizzjonijiet ta' investiment internazzjonali.

Pass 2 :

Metodu ta' kompilazzjoni fil-livell taż-żona: addizzjoni separata ta' transazzjonijiet/posizzjonijiet ma' non-residenti għal kreddti u debiti jew attiv nett u passiv nett (bilanċ tal-pagamenti)/attiv u passiv (posizzjoni ta' investiment internazzjonali).

Rekwiżiti ta' data fil-livell tal-BĊN: Identifikazzjoni separata ta' transazzjonijiet/posizzjonijiet bejn ir-residenti fiż-żona mhux euro.

Implementati sa minn Jannar 1999 għall-bilanċ tal-pagamenti.

Implementat bi since end-Settembru 2002 for international investment position.

Pass 3 :

Metodu ta' kompilazzjoni fil-livell taż-żona euro u rekwiżiti ta' data fil-livell tal-BĊN: Simili bħall-Pass 2 bl-addizzjoni tat-tqassim skond il-ġeografiija (ara t-Tabella 6) għall-transazzjonijiet/posizzjonijiet fiż-żona mhux euro. Pass 3 huwa biss meħtieġ għall-bilanċ tal-pagamenti ta' kull kwart tas-sena u statisitiċi tal-bilanċ tal-pagamenti u l-posizzjoni ta' investiment internazzjonali.

Rekwiżiti ta' data fil-livell tal-BĊN: identifikazzjoni separata ta' transazzjonijiet/posizzjonijiet bejn residenti fiż-żona euro u residenti fil-pajjiżi fil-lista maqbula ta' pajjiżi/reġjuni kontropartijiet li qegħdin fit-Tabella 6.

Skadenza għall-implimentazzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti ta' kull kwart tas-sena: tmiem-Ġunju 2004 – data li jirreferu għall-ewwel kwart ta' l-2003.

Skadenza (terminu perentorju) għall-implimentazzjoni tal-posizzjoni ta' investiment internazzjonali: tmiem-Settembru 2004 - data li jirreferu għat-tmiem-2002 u tmiem-2003.

2.2. Kont ta' investiment f'portafoll

Pass 1 :

Metodu ta' kompilazzjoni fil-livell taż-żona euro: addizzjoni tat-transazzjonijiet/posizzjonijiet netti ta' investiment f'portafoll totali nazzjonali.

Implimentati sa mill-1999 għall-posizzjoni ta' investiment internazzjonali.

Pass 2 :

Metodu ta' kompilazzjoni fil-livell taż-żona euro: addizzjoni tat-transazzjonijiet/posizzjonijiet netti f'sigurtajiet maħruġa minn residenti fiż-żona mhux euro għal attiv f'investiment f'portafoll. Konsolidazzjoni ta' transazzjonijiet/posizzjonijiet netti f'passiv totali nazzjonali u transazzjonijiet/posizzjonijiet f'sigurtajiet maħruġa u mixtrija minn residenti taż-żona euro għal passiv f'investiment f'portafoll.

Rekwiżiti ta' data fil-livell tal-BĊN: transazzjonijiet/posizzjonijiet f'attiv f'investiment f'portafoll imqassmin (broken down) fi transazzjonijiet/posizzjonijiet f'sigurtajiet fiż-żona euro maħruġa minn residenti fiż-żona euro u sigurtajiet oħra. Biex jinkiseb dan huwa meħtieġ li jkun identifikat l-issuer (debitur) tas-sigurta biex ikun stabbilit jekk l-issuer huwiex residenti fiż-żona euro jew non-residenti. Għat-transazzjonijiet/posizzjonijiet f'passiv f'investiment f'portafoll, huma rekwiżiti biss ċifri netti totali nazzjonali.

Posizzjonijiet f'investiment f'portafoll ġewwa l-posizzjoni ta' investiment internazzjonali għandhom ikunu kkompilati purament minn data ta' ħażna (stock) konnessi mal-holdings ta' ekwita fi tmiem is-sena u sigurtajiet ta' dejn f'terminu qasir u twil maħruġa minn residenti fiż-żona mhux euro, filwaqt li jittieħed vantaġġ mill-fatt li r-rekwiżiti tad-data stabbiliti mill-BĊE jkunu konsistenti b'mod komplet mal-parteċipazzjoni fl-Istima Kkordinata ta' Investiment f'Portafoll tal-FMI.

Implimentat sa minn Jannar 1999 għal transazzjonijiet f'investiment f'portafoll.

Impliementat sa minn tmiem Settembru 2002 għall-ħażniet (stocks) ta' investiment f'portafoll.

Pass 3 :

Metodu ta' kompilazzjoni fil-livell taż-żona euro u rekwiżiti fil-livell tal-BĊN: Simili bħall-Pass 2 bl-addizzjoni ta' tqassim (breakdown) skond il-ġeografija (ara Tabella 6) għal transazzjonijiet/posizzjonijiet fiż-żona mhux euro fuq in-naħa tal-attiv. Ebda tqassim (breakdown) skond il-ġeografija għal transazzjonijiet/posizzjonijiet fiż-żona mhux euro mhu rekwiżit għan-naħa tal-passiv. Il-Pass 3 huwa biss meħtieġ għal statistiċi ta' kull kwart tas-sena dwar transazzjonijiet u statistiċi annwali dwar posizzjonijiet.

Rekwiżiti ta' data fil-livell tal-BĊN: Identifikazzjoni separata ta' attiv fi transazzjonijiet/posizzjonijiet ta' investiment f'portafoll bejn residenti fiż-żona euro u residenti ta' pajjiżi fil-lista maqbula ta' pajjiżi/reġjuni kontropartijiet li qegħdin fit-Tabella 6.

Skadenza (terminu perentorju) għall-implimentazzjoni għat-transazzjonijiet f'investiment f'portafoll ta' kull kwart tas-sena: tmiem Ġunju 2004 - data li jirreferu għall-ewwel kwart ta' l-2003.

Skadenza (terminu perentorju) għall-implimentazzjoni għall-posizzjonijiet f'investiment f'portafoll (in-naħa ta' l-attiv biss): tmiem Settembru 2004 - data li tirreferi għat-tmiem l-2002 u tmiem l-2003.

2.3. Kont ta' introjtu minn investiment f'portafoll

Pass 1 :

Metodu ta' kompilazzjoni fil-livell taż-żona euro: addizzjoni ta' transazzjonijiet netti f'investiment totali nazzjonali.

Pass 2 :

Metodu ta' kompilazzjoni fil-livell taż-żona euro: addizzjoni ta' transazzjonijiet ta' kredtu minn introjtu dderivati minn attiv f'investiment f'portafoll maħruġ minn non-residenti. Konsolidazzjoni ta' transazzjonijiet ta' debiti minn introjtu dderivati minn passiv nett total nazzjonali u transazzjonijiet ta' kreddtu dderivati minn sigurtajiet maħruġa minn residenti fiż-żona euro.

Rekwiżiti ta' data fil-livell tal-BĊN: Transazzjonijiet ta' kreddtu f'introjtu minn investiment f'portafoll imqassmin (broken down) fi transazzjonijiet dderivati minn sigurtajiet maħruġa minn residenti fiż-żona euro u minn sigurtajiet maħruġa minn residenti ta' pajjiżi oħra. Biex jinkiseb dan huwa meħtieġ li jkun identifikat l-issuer (debitur) tas-sigurta biex ikun stabbilit jekk l-issuer huwiex residenti fiż-żona euro jew mhux residenti. Għal transazzjonijiet ta' debiti dderivati minn passiv f'investiment f'portafoll, huma rekwiżiti biss ċifri totali nazzjonali.

Implimentati sa minn Jannar 2000.

Pass 3 :

Metodu ta' kompilazzjoni fil-livell taż-żona euro u rekwiżiti ta' data fil-livell tal-BĊN: Simili għall-Pass 2 ma' l-addizzjoni ta' tqassim (breakdown) skond ġeografija fi transazzjonijiet ta' kreddtu fiż-żona mhux euro. Ebda tqassim (breakdown) skond il-ġeografija fi transazzjonijiet ta' introjtu fiż-żona mhux euro mhu rekwiżit għan-naħa tad-debitu. Il-Pass 3 huwa biss meħtieġ għal statistiċi tal-bilanċ tal-pagamenti ta' kull kwart tas-sena.

Rekwiżiti ta' data fil-livell tal-BĊN: identifikazzjoni separata ta' kreddti fit-transazzjonijiet ta' introjtu f'investiment f'portafoll bejn residenti fiż-żona euro u residenti ta' pajjiżi fil-lista maqbula ta' pajjiżi/reġjuni kontropartijiet tat-Tabella 6.

Skadenza (terminu perentorju) għal implimentazzjoni għal transazzjonijiet ta' introjtu f'investiment f'portafoll ta' kull kwart tas-sena: tmiem Ġunju 2004 – data li tirreferi għall-ewwel kwart ta' l-2003.

2.4. Kontijiet ta' derivattivi finanzjarji

Transazzjonijiet

Pass 1 :

Ir-rekwiżiti għal transazzjonijiet f'derivattivi finanzjarji ma' kontropartijiet fiż-żona euro jikkomprendu biss preżentazzjoni ta' dan il-punt.

Metodu ta' kompilazzjoni fil-livell taż-żona euro: addizzjoni tat-transazzjonijiet netti totali nazzjonali f'derivattivi finanzjarji.

Posizzjonijiet

Pass 1 :

Metodu ta' kompilazzjoni fil-livell taż-żona euro: addizzjonijiet ta' posizzjonijiet netti totali nazzjonali f'derivattivi finanzjarji.

Implimentati sa mill-1999.

Pass 2 :

Metodu ta' kompilazzjoni fil-livell taż-żona euro: addizzjoni separata ta' posizzjonijiet netti f'derivattivi finanzjarji ma' non-residenti fuq in-naħa ta' l-attiv u l-passiv.

Rekwiżiti ta' data fil-livell tal-BĊN: identifikazzjoni separata ta' posizzjonijiet bejn residenti fiż-żona euro u posizzjonijiet ma' residenti fiż-żona mhux euro kif iddefinita bil-lokalita tas-suq fejn relevanti, jew il-kontropartijiet attwali għal derivattiv finanzjarji over-the-counter.

Implimentata fi tmiem Settembru 2002.

Pass 3 :

Tqassim (breakdown) skond il-ġeografija ta' posizzjonijiet fiż-żona mhux euro f'derivattivi finanzjarji mhux rekwiżit.

Tabella 6 Tqassim (breakdown) skond il-ġeografija tal-BĊE għal flussi tal-bilanċ tal-pagamenti ta' kull kwart tas-sena u data annwali tal-posizzjoni ta' investiment internazzjonali

- Id-Danimarka

- L-Isvezja

- Ir-Renju Unit

- L-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea

- "Pajjiżi li se jaderixxu" (i.e. Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Lituwanja, Malta, il-Polonja, l-Islovakkja and l-Islovenja) [2]

- L-Isvizzera

- Il-Kanada

- L-Istati Uniti ta' l-Amerika

- Il-Ġappun

- Ċentri barra l-pajjiż [3]

- Organizzazzjonijiet internazzjonali [4] [5]

- Il-bqija tad-dinja (i.e. pajjiżi u organizzazzjonijiet barra ż-żona euro mhux imsemmija fil-lista) [6]

3. Klassifika skond is-settur istituzzjonali fl-aggregati fiż-żona euro (Ara wakoll Il-Ktieb tal-BtP it-Taqsima 3.1.6)

It-tqassim (breakdown) settorjali ta' l-aggregati fiż-żona euro jikkomprendi awtoritajiet monetarji, il-gvern ġenerali, IFMi u setturi oħra fiż-żona euro.

Awtoritajiet monetarji

Is-settur "awtoritajiet monetarji" ta' l-istatistiċi taż-żona euro jikkonsisti fl-Ewrosistema.

Il-gvern ġenerali

Is-settur "il-gvern ġenerali" ta' l-istatistiċi taż-żona euro huwa konsistenti mad-definizzjoni ta' dak is-settur fis-SNA 93 u ESA 95 u hekk jikkomprendi l-unitajiet li ġejjin:

- gvern ċentrali,

- Gvernijiet statali/reġjonali,

- gvern lokali,

- fondi ta' sigurta soċjali.

IMFi esklużi awtoritajiet monetarji

Dan is-settur "IMFi esklużi awtoritajiet monetarji" jikkoinċidi mas-settur ta' l-IMF għal statistiċi ta' flus u xogħol bankarju (esklużi awtoritajiet monetarji). Huwa jikkomprendi:

(i) istituzzjonijiet ta' kreddtu kif iddefiniti bil-liġi Komunitarja, i.e. impriżi li l-kummerċ tagħhom huwa li jirċievu depożiti u fondi ripagabbli oħra minn għand il-publiku (inklużi profitti li jiġu minn bejgħ ta' bonds tal-bank lill-pubbliku) u li jagħtu kreddtu għall-kontijiet tagħhom proprji; u

(ii) l-istituzzjonijiet finanzjarji residenti l-oħra kollha li l-kummerċ tagħhom huwa li jirċievu depożiti u/jew sostituzzjonijiet viċini għal depożiti minn entitajiet minbarra l-IMFi, u, għal kontijiet proprji tagħhom (għall-inqas f'termini ekonomiċi), li jagħtu kreddtu u/jew jagħmlu investimenti f'sigurtajiet.

Setturi oħra

Il-kategorija "setturi oħra" ta' l-istatistiċi fiż-żona euro tikkomprendi varjeta ta' unitajiet istituzzjonali, prinċipalment:

(i) istituzzjonijiet finanzjarji oħra mhux inklużi fid-definizzjoni ta' l-IMF, bħal istituzzjonijiet ta' investiment kollettiv mhux meqjusa li huma fondi ta' flus fis-suq, istituzzjonijiet ta' investiment f'beni immobbli, kummerċjanti f'sigurtajiet, istituzzjonijiet ta' kreddtu għal ipoteka, korporazzjonijiet ta' assigurazzjoni, fondi ta' pensjoni u awżiljarji finanzjarji; u

(ii) istituzzjonijiet mhux finanzjarji, bħal impriżi mhux finanzjarji pubbliċi u privati, istituzzjonijiet mhux għall-qligħ li jservu lid-djar, u djar.

Mhux IMFi

Il-kategorija "setturi mhux IMFi" ta' l-istatistiċi fiż-żona euro jikkomprendu s-setturi (i) "il-gvern ġenerali" u (ii) "setturi oħra".

Tabella 7 Lista ta' ċentri barra l-pajjiż għat-tqassim (breakdown) skond il-ġeografija tal-BĊE għall-flussi tal-bilanċ tal-pagamenti ta' kull kwart tas-sena u data annwali ta' posizzjoni ta' investiment internazzjonali

Kodiċijiet ISO | Ċentri finanzjarji Barra l- Pajjiż ta' l-Eurostat + OKEŻ |

AD | L-Andorra |

AG | Antigwa u Barbuda |

AI | Angwilla |

AN | L-Antilli ta' l-Olanda |

BB | Il-Barbados |

BH | Il-Baħrejn |

BM | Il-Bermuda |

BS | Il-Baħamas |

BZ | Il-Belize |

CK | Il-Gżejjer Cook |

DM | Dominika |

GD | Il-Grenada |

GG | Guernsey |

GI | Ġibilta |

HK | Ħong Kong |

IM | Isle of Man |

JE | Jersey |

JM | Il-Ġamalka |

KN | Saint Kitts and Nevis |

KY | Cayman Islands |

LB | Il-Libanu |

LC | Saint Lucia |

LI | Il-Liechtenstein |

LR | Il-Liberja |

MH | il-Gżejjer Marshall |

MS | Montserrat |

MV | Il-Maldivi |

NR | Nauru |

NU | Niue |

PA | Il-Panama |

PH | Il-Filippini |

SG | Is-Singapore |

TC | Turks and Caicos Islands |

VC | Saint Vincent and the Macrurus fabricii |

VG | Virgin Islands, British |

VI | Virgin Islands, US |

VU | Vanuatu |

WS | Samoa |

Tabella 8 Lista ta' organizzazzjonijiet internazzjonali [7] għat-tqassim (breakdown) skond il-ġeografija tal-BĊE għall-flussi tal-bilanċ tal-pagamenti ta' kull kwart tas-sena u data annwali tal-posizzjoni ta' investiment internazzjonali

1. L-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea

1.1. L-istituzzjonijiet il-kbar, organi u organiżmi ta' l-Unjoni Ewropea (eskluż il-BĊE)

BEI (Bank Ewropew ta' l-Investiment)

KE (Kummissjoni Ewropea)

FEŻ (Fond Ewropew ta' Żvilupp)

FEI (Fond Ewropew ta' l-Investiment)

1.2. Istituzzjonijiet, organi u organiżmi oħra ta' l-Unjoni Ewropea koperti mill-budget ġenerali

Il-Parlament Ewropew

Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti ta' l-Awdituri

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali

Il-Kumitat tar-Reġjuni

2. Organizzazzjonijiet internazzjonali

2.1. Organizzazzjonijiet internazzjonali monetarji

FMI (Fond Monetarju Internazzjonali)

BĦI (Bank għal Ħlasijiet Internazzjonali)

2.2. Organizzazzjonijiet mhux monetarji internazzjonali

2.2.1. L-organizzazzjonijiet il-kbar tan-Nazzjonijiet Uniti

ODK (Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ)

BIRŻ (Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u Żvilupp)

AIŻ (Assocjazzjoni Internazzjonali għall-Iżvilupp)

2.2.2. Organizzazzjonijiet oħra tan-Nazzjonijiet Uniti

UNESCO (Organizzazzjoni Edukattiva, Xjentifika u Kulturali tan-Nazzjonijiet Uniti)

FAO (Organizzazzjoni ta' l-Ikel u l-Agrikultura)

ODS (Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa)

FIŻA (Fond Internazzjonali għal Żvilupp Agrikolu)

KIF (Korporazzjoni Internazzjonali għall-Finanzjament)

AGIM (Aġenzija għall-Garanzija ta' Investiment Multilaterali)

UNICEF (Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tfal)

KGNUR (Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati)

UNRWA (Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rilif u Xogħol għal-Palestina)

AIEA (Aġenzija Internazzjonali dwar l-Enerġija Atomika)

OIX (Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol)

UIT (Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni)

2.2.3. Istituzzjonijiet, organi u organiżmi internazzjonali oħra kbar (eskluż il-BĊE)

OKŻE (Organizzazzjoni għal Koperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku)

BIAŻ (Bank Inter-Amerikan għal Żvilupp)

BAfŻ (Bank Afrikan għal Żvilupp)

BAsŻ (Bank Asjatiku għal Żvilupp)

BERŻ (Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u Żvilupp)

KII (Korporazzjoni Inter-Amerikana għall-Investiment)

BNI (Bank Nordiku għall-Investiment)

BIKE (Bank Internazzjonali għal Koperazzjoni Ekonomika)

BII (Bank Internazzjonali għall-Investiment)

BKŻ (Bank Karibbew għall-Iżvilupp)

FMG (Fond Monetarju Għarbi)

BADEA (Banque arabe pour le développement économique en Afrique)

BSAĊŻ (Bank ta' l-Istati Afrikani Ċentrali għall-Iżvilupp)

Fond Afrikan għall-Iżvilupp

Fond Asjatiku gġall-Iżvilupp

Fonds spécial unifié de développement

BAĊIE (Bank ta' l-Amerika Ċentrali għall-Integrazzjoni Ekonomika)

KAŻ (Korporazzjoni ta' L-Andes għall-Iżvilupp)

2.2.4. Organizzazzjonijiet internazzjonali oħra

OTAT (Organizzazzjoni tat-Trattat ta' l-Atlantiku tat-Tramuntana)

Kunsill ta' l-Ewropa

KISA (Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar)

AES (Aġenzija Ewropea ta' l-Ispażju)

UEP (Uffiċċju Ewrioew tal-Patenti)

EUROCONTROL (Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurezza fin-Navigazzjoni ta' l-Ajru)

EUTELSAT (Organizzazzjoni Ewropea tat-Telekomunikazzjonijiet bis-Satellita)

INTELSAT (Organizzazzjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjonijiet bis-Satellita)

UEX/UER (Unjoni Ewropea tax-Xandir/Union européenne de radio-télévision)

EUMETSAT (Organizzazzjoni Ewropea għall-Utilizzazzjoni ta' Satelliti Meteoroloġiċi)

OEN (Osservatorju Ewropew tan-Nofsinhar)

ĊETTM (Ċentru Ewropew għat-Tbassir tat-Temp fuq Medda-Medja)

LERN (Laboratorju Ewropew għall-Bijoloġija Molekulari)

CERN (Organizzazzjoni Eweopea għar-Riċerka Nukleari)

OIE (Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Emigrazzjoni)

[1] Eċċezzjonijiet huma konnessi ma' transazzjonijiet/posizzjonijiet f'derivattivi finanzjarji bejn affiljati li għalihom reġistrazzjoni taħt il-kategorija "derivattivi finanzjarji" aktar milli taħt "investiment dirett/kapital ieħor" kienet maqbula fil-livell taż-żona euro.

[2] Il-pajjiżi huma elenkati fil-parentesi biex tintwera biss il-komposizzjoni ta' dan il-grupp speċifiku, ebda tqassim (breakdown) skond dawn il-pajjiżi mhu rekwiżit.

[3] Biss għall-punti magħżula tal-kont finanzjarju tal-bilanċ tal-pagamenti, il-kontijiet ta' introjtu konnessi u l-posizzjoni ta' investiment internazzjonali. Ara t-Tabella 7.

[4] Biss għall-punti magħżula tall-kont finanzjarju, il-kontijiet ta' introjtu konnessi u l-posizzjoni ta' investiment internazzjonali. Ara t-Tabella 7.

[5] ‘L Barra mill-Unjoni Ewropea. Ara t-Tabella 8. L-organizzazzjonijiet huma elenkati biss biex juru l-komposizzjoni ta' dan il-grupp speċifiku, ebda tqassim (breakdown) skond dawn l-organizzazzjonijiet mhu rekwiżit.

[6] Ikkalkolati bħala residwi (l-ammonti bejn it-total ta' kull titolu (intestatura) bilanċ tal-pagamenti/posizzjoni ta' investiment internazzjonali u l-ammonti li jikkorrispondu għall-kontropartijiet elenkati hawn iktar ‘il fuq).

[7] Ibbażati fuq il-vade-mecum dwar BtP tal-Kummissjoni Ewropea (Eurostat).

--------------------------------------------------

ANNESS IV

TRASMISSJONI TA' DATA LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jużaw il-faċilita pprovduta mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ), li tiddependi mix-xibka ta' telekomunikazzjonijiet "ESCB-Net", għat-trasmissjoni elettronika ta' l-informazzjoni statistika rekwiżita mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). L-iskambjamenti kollha ta' data fis-SEBĊ jużaw l-istess mudell ta' data konċettwali. Il-format tal-messaġġ statistiku żviluppat għal dan l-iskambju elettroniku ta' informazzjoni statistika huwa l-format "GESMES/TS". Dan ir-rekwiżit ma jimpedixxix l-użu ta' xi mezzi oħra ta' trasmizzjoni ta' informazzjoni statistika lill-BĊE bħala soluzzjoni sekondarja maqbula.

Il-BĊNi josservaw ir-rakkomandazzjonijiet elenkati hawn iktar ‘l isfel biex jiżguraw li t-trasmissjoni tad-data tiffunzjona m'mod sodisfaċenti.

- Kompletezza: Il-BĊNi jirrapportaw is-series keys kollha rekwiżiti. L-irrapportar ta' ebda series keys jew series keys mhux elenkati għandu jkun ikkunsidrat bħala rrapportar inkomplet. Jekk xi osservazzjoni tkun nieqsa, l-ommissjoni tkun irreġistrata billi tintuża l-bandiera (flag) ta' l-istatus ta' osservazzjoni korrispondenti. Barraminhekk, meta reviżjonijiet isiru lil sub-set ta' series keys biss, ir-regoli ta' validita għandhom ikunu applikati għall-bilanċ tal-pagamenti kollu.

- Konvenzjoni ta' sinjali: it-trasmissjoni ta' data mill-BĊNi għall-BĊE kif ukoll għall-Kummissjoni Ewropea (Eurostat) issegwi konvenzjoni ta' sinjali uniformi għad-data kollha li għandhom ikunu rrapportati. Taħt din il-konvenzjoni ta' sinjali, kreddti u debiti fil-kont kurrenti u kapitali għandhom ikunu rrapportati b'sinjal plus, filwaqt li bilanċi netti għandhom ikunu kkalkolati u rrapportati bħala kreddti minus debiti. Fil-kontij finanzjarju, tnaqqis f'attiv nett/żidied f'passiv nett għandu jkun irrapportat b'sinjal plus, filwaqt li żidiet f'attiv nett/tnaqqis f'passiv nett għandhom ikunu rrapportati b'sinjal minus. Bilanċi nett għandhom ikunu kkalkolati u rrapportati bħala bidliet netti fl-attiv plus bidliet netti fil-passiv.

Fit-trasmissjoni ta' data tal-posizzjoni ta' investiment internazzjonali, il-posizzjonijiet netti għandhom ikunu kkalkolati u rreġistrati bħala posizzjoni ta' attiv minus posizzjoni ta' passiv.

- Identitajiet ta' accounting tad-data: ir-regoli ta' validazzjoni li tqassmu u li huma disponibbli jekk jintalbu għandhom ikunu impimentati mill-BĊNi qabel id-data jkunu trasmessi lill-BĊE.

Kull meta jiġru reviżjonijiet, il-BĊNi jistgħu jibagħtu sett data aġġornat lill-BĊE. Kull reviżjoni għandha tkun trasmessa kif ġej:

- reviżjonijiet għad-data ta' kull xahar jintgħamlu disponibbli mas-sottomissjoni ta' (i) id-data korrispondenti ta' kull kwart tas-sena; (ii) id-data riveduti korrispondenti ta' kull kwart tas-sena; (iii) id-data tal-posizzjoni ta' investiment internazzjonali għ-sena korrispondenti; u (iv) id-data riveduti tal-posizzjoni ta' investiment internazzjonali għas-sena korrispondenti;

- reviżjonijiet tad-data ta' kull kwart tas-sena jintgħamlu disponibbli mas-sottomissjoni ta' (i) id-data għall-kwart tas-sena li jmiss; (ii) id-data tal-posizzjoni ta' investiment internazzjonali għas-sena korrispondenti; u (iii) id-data riveduti tal-posizzjoni ta' investiment internazzjonali għas-sena korrispondenti;

- reviżjonijiet tad-data annwali tl-posizzjoni ta' investiment internazzjonali jintgħamlu disponibbli mas-sottomissjoni tad-data għas-snin li ġejjin.

Reviżjonijiet għad-data tal-bilanċ tal-pagamenti ta' kull xahar u ta' kull kwart tas-sena konnessi ma' snin kompleti għandhom jintagħmlu disponibbli mil-BĊNi lill-BĊE mas-sottomissjoni tad-data tal-posizzjoni ta' investiment internazzjonali għasena li magħha d-data huma konnessi.

--------------------------------------------------

ANNESS V

IMMONITORJAR TA' METODI TA' KOMPILAZZJONI STATISTIKA

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jimmonitorja l-metodi ta' kompilazzjoni użati għall-irrapportar ta' l-istatistiċi tal-bilanċ tal-pagamenti u tal-posizzjoni ta' investiment internazzjonali, kif ukoll il-konċetti u definizzjonijiet applikati fuq bażi regolari mill-Istati Membri parteċipanti. L-immonitorjar għandu jitwettaq in konnessjoni ma' l-aġġornament tal-pubblikazzjoni tal-metodi statistiċi tal-bilanċ tal-pagamenti/posizzjoni ta' investiment internazzjonali ta' l-Unjoni Ewropea tal-BĊE (il-Ktieb tal-BtP), u billi tintuża l-proċedura ta' reviżjoni ta' kull sitt xhur. Minbarra l-għan ta' mmonitorjar, iż-żewġ dokumenti jimmiraw lejn li jinformaw lill-kompilaturi tal-bilanċ tal-pagamenti fiż-żona euro dwar żviluppi fi Stati Membri oħra fiż-żona euro.

Il-Ktieb tal-BtP fih informazzjoni dwar l-istruttura ta' l-istatistiċi tal-bilanċ tal-pagamenti u posizzjoni ta' investiment internazzjonali ta' l-Istati Membri kollha. Huma deskrizzjonijiet iddettaljati ta' metodi ta' kompilazzjoni ta' data u tal-konċetti u definizzjonijiet applikati, kif ukoll informazzjoni dwar tbegħid mid-definizzjonijiet maqbula għall-istatistiċi tal-bilanċ tal-pagamenti u posizzjoni ta' investiment internazzjonali fl-Istati Membri.

Il-Ktieb tal-BtP huwa aġġornat fuq bażi annwali f'koperazzjoni stretta ma' l-Istati Membri.

Ir-reviżjoni ta' kull sitt xhur titwettaq biex tikkomplimenta dan l-aġġornament.

--------------------------------------------------

ANNESS VI

ĠBIR TA' DATA FIŻ-ŻONA TA' INVESTIMENT F'PORTAFOLL

Minħabba d-diffikultajiet inerenti biex issir identifikazzjoni korretta tal-flussi u ħażniet ta' investiment f'portafoll, kien ikkunsidrat meħtieġ li jkunu ddefiniti avviċinamenti komuni għall-kollezzjoni ta' din l-informazzjoni maż-żona euro kollha [1].

Sistemi ta' kollezzjoni ta' investiment f'portafoll jikkonformaw ma' mudell ikklassifikat għall-inqas bħala

"aċċettabbli"

fit-tabella li ġejja:

Noti:

"s-b-s" = kollezzjoni ta' data sigurta-b'-sigurta.

"agg." = kollezzjoni ta' data fuq bażi ta' aggregazzjoni.

"ħażniet derivati" = kumulazzjoni ta' flussi.

"flussi derivati" = bħala differenza ta' ħażniet (aġġustata għal bidliet fir-rata tal-kambju u prezz).

"flussi stmati" = imqassma f'xhur stmati minn flussi ta' kull kwart tas-sena.

(1)Flussi ta' kull xahar(s-b-s) + ħażniet ta' kull xahar (s-b-s) | Ideali |

(2a)Flussi ta' kull xahar (s-b-s) + ħażniet ta' kull kwart tas-sena (s-b-s) | merkanzija |

(2b)Flussi ta' kull xahar (s-b-s) + ħażniet ta' kull sena (s-b-s) |

(3)Ħażniet ta' kull kwart tas-sena (s-b-s) + flussi ta' kull xahar (agg.) | aċċettazzjoni |

(4)Ħażniet ta' kull xahar (agg.) + flussi ta' kull xahar (agg.) |

(5)Ħażniet ta' kull xahar (s-b-s) + flussi derivati ta' kull xahar (s-b-s) |

(6)Ħażniet ta' kull sena (s-b-s) + flussi ta' kull xahar (agg.) |

(7)Ħaħniet ta' kull kwart tas-sena (agg.) + flussi ta' kull xahar (agg.) |

(8)Ħażniet derivati ta' kull sena (s-b-s) + flussi ta' kull xahar (s-b-s) | Mhux aċċettabbli |

(9)Ħażniet ta' kull kwart tas-sena (s-b-s) + flussi derivati ta' kull kwart tas-sena (s-b-s) + flussi stmati ta' kull xahar (agg.) |

(10)Ħażniet ta' kull sena (s-b-s) + flussi ta' kull kwart tas-sena (agg.) + flussi stmati ta' kull xahar (agg.) |

(11)Ħażniet ta' kull kwart tas-sena (agg.) + flussi ta' kull kwart tas-sena flows (agg.) + flussi stmati ta' kull xahar (agg.) |

(12)Ħażniet derivati ta' kull sena (agg.) + flussi ta' kull xahar (agg.) |

[1] Ara wkoll ir-rapport tal-BĊE Task Force on Portafolio Investment Collection Systems, rapport finali, Ġunju 2002 ippubblikat fuq il-website tiegħu: http://www.ecb.int.

--------------------------------------------------

Fuq