EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32012D0008(01)
2012/259/EU: Decision of the European Central Bank of 26 April 2012 amending Decision ECB/2011/8 on the environmental and health and safety accreditation procedures for the production of euro banknotes (ECB/2012/8)
2012/259/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 26 ta’ April 2012 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2011/8 dwar il-proċeduri għall-akkreditazzjoni ambjentali u tas-saħħa u sigurtà għall-produzzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro (BĊE/2012/8)
2012/259/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 26 ta’ April 2012 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2011/8 dwar il-proċeduri għall-akkreditazzjoni ambjentali u tas-saħħa u sigurtà għall-produzzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro (BĊE/2012/8)
ĠU L 126, 15.5.2012, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 01 Volum 014 P. 155 - 155
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 26/02/2015; Imħassar b' 32013D0054(01)
15.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 126/14 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-26 ta’ April 2012
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2011/8 dwar il-proċeduri għall-akkreditazzjoni ambjentali u tas-saħħa u sigurtà għall-produzzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro
(BĊE/2012/8)
(2012/259/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2011/8 tal-21 ta’ Ġunju 2011 dwar il-proċeduri għall-akkreditazjoni ambjentali u tas-saħħa u sigurtà għall-produzzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 2(3), u l-Artikoli 6 u 8 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kompetenza tal-Bord Eżekuttiv biex jiddeċìedi dwar akkreditazzjonijiet taħt Artikolu 2(3) ta’ Deċiżjoni BĊE/2011/8 hija ddelegata lilu mill-Kunsill Governattiv skont l-Atrikolu 12.1, paragrafu 2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew. |
(2) |
Il-proċedura għall-għoti u t-tiġdid tal-akkreditazzjoni ambjentali u tas-saħħa u sigurtà stipulata fid-Deċiżjoni BĊE/2011/8 għandha tiġi emendata sabiex tippermetti l-ipproċessar aktar ta’ malajr ta’ talbiet għall-akkreditazzjoni, u b’hekk tiżgura l-għoti jew it-tiġdid f’waqtu tal-akkreditazzjoni, u biex ittaffi l-piż amministrattiv fuq il-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). |
(3) |
Għal dan il-għan, għandu jkun possibbli għall-Bord Eżekuttiv li jissubdelega l-kompetenza biex jittieħdu deċiżjonijiet fir-rigward tal-akkreditazzjoni ta’ rutina lil wieħed jew aktar mill-membri tiegħu. Is-subdelega m’għandhiex, madankollu, tkopri l-kompetenza biex jingħataw eżenzjonijiet, jiġu miċħuda talbiet għall-akkreditazzjoni, u biex jiġu sospiżi jew revokati l-akkreditazzjonijiet. |
(4) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2011/8 għandha għalhekk tiġi emendata f’dan is-sens, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda
L-Artikolu 2(3) tad-Decizjoni BCE/2011/8 huwa mibdul b’dan li gej:
“3. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun kompetenti biex jieħu d-deċiżjonijiet kollha marbutin mal-akkreditazzjoni ambjentali u tas-saħħa u sigurtà ta’ manifattur, waqt li jqis il-fehmiet tal-Kumitat tal-Karti tal-Flus, u għandu jinforma lill-Kunsill Governattiv dwar dan. Il-Bord Eżekuttiv jista’ jiddeċiedi li jissubdelega l-poteri biex jagħti, jġedded jew jestendi l-akkreditazzjoni ambjentali u tas-saħħa u sigurtà skont l-Artikoli 6 u 8 lil wieħed jew aktar mill-membri tiegħu.”
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-26 ta’ April 2012.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 176, 5.7.2011, p. 52.