EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32003O0006

Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew ta' l-4 ta' April l-2003 li jemenda l-Linja Gwida tal-BĊE/2001/3 dwar is-sistema ta' Trasferiment Espress Awtomatizzat Trans-Ewropew ta' Ħlas Gross fi Żmien Reali (TARGET) kif emendat fis-27 ta' Frar ta' l-2002 (BĊE/2003/6)

ĠU L 113, 7.5.2003, p. 10–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Kapitolu 10 Volum 003 P. 250 - 253
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Kapitolu 10 Volum 003 P. 250 - 253
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Kapitolu 10 Volum 003 P. 250 - 253
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Kapitolu 10 Volum 003 P. 250 - 253
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Kapitolu 10 Volum 003 P. 250 - 253
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 10 Volum 003 P. 250 - 253
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Kapitolu 10 Volum 003 P. 250 - 253
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Kapitolu 10 Volum 003 P. 250 - 253
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Kapitolu 10 Volum 003 P. 250 - 253

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 15/03/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2003/309/oj

32003O0006



Official Journal L 113 , 07/05/2003 P. 0010 - 0013


Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew

ta' l-4 ta' April l-2003

li jemenda l-Linja Gwida tal-BĊE/2001/3 dwar is-sistema ta' Trasferiment Espress Awtomatizzat Trans-Ewropew ta' Ħlas Gross fi Żmien Reali (TARGET) kif emendat fis-27 ta' Frar ta' l-2002

(BĊE/2003/6)

(2003/309/KE)

IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikulari l-Artikolu 3.1, l-Artikolu 12.1, l-Artikolu 14.3 u l-Artikoli 17, 18 u 22 ta' dan,

Billi:

(1) Ir-raba' inċiż ta' l-Artikolu 105(2) tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità "Ewropea u r-raba" inċiż ta' l-Artikolu 3.1 ta' l-Istatut jawtorizza lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u lill-Banek Ċentrali Nazzjonali (BĊN) biex jinkoragixxu l-operat mingħajr diffikultajiet tas-sistema ta' ħlas.

(2) Skond l-Artikolu 22 ta' l-Istatut, il-BĊE u l-BĊN jistgħu jipprovdu faċilitajiet sabiex jassiguraw sistemi ta' ħlas effiċjenti fi ħdan il-Komunità "u ma" pajjiżi oħrajn.

(3) Il-Kunsill Regolatorju tal-BĊE (il-Kunsill Regolatorju), fis-27 ta' Novembru ta' l-2002 iddeċieda li l-iskema ta' rimbors TARGET li tinsab fl-Artikolu 3(ħ) tal-Linja Gwida tal-BĊE/2001/3 [1] tas-26 ta' April ta' l-2001 fis-sistema ta' Trasferiment Espress Awtomatizzat Trans-Ewropew ta' Ħlas Totali fi Żmien Reali (TARGET) kif emendat mal-Linja Gwida tal-BĊE/2002/1 [2] tas-27 ta' Frar ta' l-2002 (il-Linja Gwida tat-TARGET) għandu jiġi mibdul ma' Skeda ta' Kumpens TARGET ġdida li tirrifletti aħjar il-modi eżistenti tas-suq minn dik l-iskema ta' rimbors TARGET li hemm bħalissa.

Minħabba li l-Kunsill Regolatorju iddeċieda li l-kumpens offrut taħt l-Iskema ta' Kumpens TARGET għandu jkun il-kumpens offrut mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) f'każijiet fejn it-TARGET ma jiffunzjonax tajjeb, l-Iskema ta' Kumpens TARGET għandha tiġi nkorporata b'regola ġenerali għas-sistemi RTGS nazzjonali kollha fl-Artikolu separat tal-Linja Gwida tat-TARGET u mhux kif inhuwa l-każ ta' l-iskema ta' rimbors TARGET, fl-Artikolu li jistabilixxi fatturi minimi komuni tas-sistema RTGS nazzjonali.

(4) Skond id-deċiżjoni prinċipali meħudha mill-Kunsill Regolatorju fid-29 ta' Awissu ta' l-2002 biex jelimina l-użu ta' garanziji li jistgħu jintużaw biex jiggarantixxu kreditu ta' matul l-istess jum għall-kull BĊN, li ddikjara l-intenzjoni tiegħu li juża ċertu garanziji mqiegħda fi Stat Membru li ma' addottax il-munita waħdanija, l-Artikolu 3(g) ta' l-Anness V tal-Linja Gwida tat-TARGET għandhom jiġu mħassra u l-Artikolu 3(f)5 tal-Linja Gwida tat-TARGET għandu jiġi emendat.

(5) Skond l-Artikoli 12.1 u 14.3 ta' l-Istatut, il-Linja Gwida tal-BĊE jagħmlu parti integrali mil-liġi tal-Komunità,

ADDOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Il-Linja Gwida tat-TARGET għandha tiġi emendata kif ġej:

1. fl-ewwel l-Artikolu 1(1), fid-definizzjoni ta' parteċipant indirett, il-kliem ta' bejn il-parentesi għandu jkun emendat kif gej: "(kif inhu definit f'dan l-Artikolu)";

2. fl-ewwel Artikolu, id-definizzjonijiet ta' "skema ta' rimbors TARGET" jew "skema ta' rimbors" jew "l-iskema" għandhom jiġu mħassra;

3. fl-Artikolu 1(1), għandhom jiġu miżjuda d-definizzjonijiet li ġejjin:

"- "faċilità ta' depożitu" għandha tfisser il-faċilità ta' depożitu organizzata mill-Ewrosistema,"

"- "faċilità ta' self marginali"; għandha tfisser il-faċilità ta' self marginali organizzata mill-Ewrosistema,";

4. id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 1(1) għandhom jiġu rranġati skond l-alfabet;

5. L-Artikolu 3(f)5 għandu jiġi emendat kif ġej:

"5. Kreditu pprovdut matul l-istess jum skond l-Artikolu 3(f) għandu jkun bla imgħax.";

6. L-Artikolu 3(ġ) għandu jiġi mħassar;

7. L-Artikolu 3(ħ) għandu jiġi mħassar;

8. Artikolu gdid 8 għandu jiġi miżjud kif gej:

"l-Artikolu 8

L-iskema ta' Kumpens TARGET

1. Prinċipji ġenerali

(a) F'każ fejn it-TARGET ma' jiffunzjonax sew, parteċipanti diretti u indiretti (li għall-fini ta' dan l-Artikolu iżjed 'il quddiem se jkunu msejħa parteċipanti tat-TARGET) għandhom ikunu intitolati biex jagħmlu talbiet għal kumpens skond ir-regoli stabbiliti f'dan l-Artikolu.

(b) L-Iskema ta' Kumpens TARGET għandha tgħodd għas-sistemi RTGS nazzjonali kollha u għall-mekkaniżmu ta' ħlas tal-BĊE u għandha tkun disponibbli għall-parteċipanti kollha tat-TARGET (inklużi l-parteċipanti tat-TARGET tas-sistemi RTGS nazzjonali ta' l-Istati Membri li qed jipparteċipaw u li mhumiex kontropartijiet għall-operazzjonijiet politika monetarja ta' l-Ewrosistema u l-parteċipanti tat-TARGET tas-sistemi RTGS nazzjonali ta' Stati Membri li mhumiex qed jipparteċipaw) b'relazzjoni mal-ħlas kollu tat-TARGET (mingħajr ma ssir distinzjoni bejn ħlas domestiku u ħlas li jaqsam il-fruntieri). L-Iskema ta' Kumpens TARGET ma tapplikax għall-klijent fl-EPM skond il-Mandat u l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-użu ta' l-EPM, li huma disponibbli fuq il-website tal-BĊE (www.ecb.int) u li huma aġġornati kull tant żmien.

(ċ) Kemm-il darba ma jkunx deċiż mod ieħor mill-Kunsill Regolatorju tal-BĊE, l-Iskema ta' Kumpens TARGET ma tistax tiġi applikata meta n-nuqqas ta' funzjoni tat-TARGET hi kkawżata minn:

(i) avvenimenti esterni li ma jkunux fis-setgħa ta' l-SEBĊ; jew

(ii) in-nuqqas tat-tielet parti barra l-operatur tas-sistema RTGS nazzjonali fejn tkun seħħet il-funzjoni ħażina.

(d) Offerti taħt l-Iskema ta' Kumpens TARGET (offerti ta' kumpens) għandhom ikunu l-uniku kumpens offrut mill-SEBĊ f'każijiet fejn ma tiffunzjonax tajjeb. L-Iskema ta' Kumpens TARGET ma teskludix il-possibiltà lill-parteċipanti tat-TARGET milli japprofittaw ruħħom b'mezzi legali oħra biex jitolbu kumpens f'każ li t-TARGET ma jiffunzjonax sewwa. Madankollu, l-aċċettazzjoni ta' offerta ta' kumpens minn parteċipant tat-TARGET għandu jsawwar il-ftehim irrevokabbli tiegħu li permezz tiegħu issir ir-rinunzja tal-pretensjonijiet kollha (inklużi xi pretensjonijiet għal danni konsegwenzali) li seta' kellu ma' kull membru tal-SEBĊ, skond il-liġijiet nazzjonali jew b'mod ieħor, u li l-att ta' riċeviment minnu tal-ħlas ta' kumpens korrespondenti għandu jkun bl-aktar mod komplet u finali skond il-qbil ta' pretensjonijiet bħal dawn. Il-parteċipant tat-TARGET għandu jagħti garanzija lill-SEBĊ għall-ammont irċevut taħt l-iskeda ta' kumpens TARGET għal xi kumpens ieħor aktar il-quddiem li jista' jiġi mitlub minn xi parteċipant tat-TARGET ieħor li jikkonċerna l-ħlas rispettiv.

(e) L-għamil ta' xi offerti ta' kumpens u/jew ħlas m'għandux isawwar dħul ta' obbligu minn kull BĊN jew mill-BĊE dwar nuqqas ta' funzjoni tajba.

2. Il-kondizzjonijiet għall-kumpens

(a) F'każ ta' parteċipant tat-TARGET li qed jibgħat, il-pretensjoni għall-kumpens għandha tiġi kkunsidrata jekk hi minħabba nuqqas ta' funzjonament:

(i) il-proċessar ta' l-ordni tal-ħlas ta' l-istess jum ma ġietx kompluta; jew

(ii) parteċipant tat-TARGET bħal dan jista' juri li kellu l-intenzjoni li jidħol f'ordni ta' ħlas fit-TARGET iżda ma setax jagħmel dan minħabba statut ta' waqfien milli jibgħat tas-sistema RTGS nazzjonali.

(b) Fil-każ ta' parteċipant riċevitur tat-TARGET, pretensjoni għal kumpens għandha tiġi kkunsidrata jekk hi dovuta għal nuqqas ta' funzjonament:

(i) tali parteċipant tat-TARGET li ma rċeviex ħlas mit-TARGET li kien qed jippretendi li jirċievi fil-jum meta kien hemm nuqqas ta' funzjonament;u

(ii) dan il-parteċipant tat-TARGET kellu rikors għall-faċilita' ta' self marġinali jew, jekk parteċipant tat-TARGET m'għandux aċċess għall-faċilita' tas-self marġinali, parteċipant tat-TARGET hekk spiċċa b'bilanċ ta' dejn jew kellu trasferiment mill-kreditu ta' matul l-istess jum għall-kreditu ta' matul il-lejl fuq il-kont tar-RTGS tiegħu fl-għeluq tal-kummerċ tat-TARGET jew kellu jissellef ammonti bil-BĊN rispettiv; u

(iii) jew il-BĊN tas-sistema RTGS nazzjonali fejn kien hemm nuqqas ta' funzjonament (il-funzjoni ħażina tal-BĊN) kien il-BĊN riċevitur, jew inkella n-nuqqas ta' funzjonament sar tant tard fil-ġurnata ta' operat tat-TARGET li kien teknikament impossibbli jew mhux prattiku għall-parteċipant riċevitur tat-TARGET li jagħmel rikors fis-suq tal-flus.

3. Kalkoli ta' kumpens

3.1. Kumpens lill-parteċipanti tat-TARGET li jibgħatu

(a) L-offerta ta' kumpens taħt l-Iskema ta' Kumpens TARGET għandu jkollha biss miżata amministrattiva jew miżata amministrattiva u interess ta' kumpens.

(b) Il-miżata amministrattiva għandha tkun ta' EUR 100 għall-ewwel ħlas mhux komplut fid-data ta' proċessar u, f'każ ta' arranġamenti ta' ħlas doppju, EUR 50 għal kull waħda minn kull erba' ordnijiet ta' ħlas u EUR 25 għall-kull ordni ta' ħlas minn hemm 'il quddiem. Il-miżata amministrattiva għandha tiġi deċiża b'referenza għall-kull parteċipant riċevitur tat-TARGET.

(ċ) L-interess tal-kumpens għandu jiġi deċiż billi tiġi applikata r-rata (ir-rata ta' referenza), minn jum għal ieħor hi liema hi l-inqas rata ta' l-EONIA (il-medja ta' l-indiċi ta' l-Ewro matul il-lejl) u r-rata marġinali ta' self, għall-ammont ta' l-ordni ta' ħlas mhux proċessat minħabba funzjoni ħażina għal kull jum fil-perjodu li jibda' fid-data ta' dħul jew tad-dħul intenzjonali ta' l-ordni ta' ħlas fit-TARGET u jispiċċa fid-data meta l-ordni ta' ħlas tkun jew setgħet kienet kompluta b'suċċess (il-perjodu ta' funzjoni ħażina). Meta jiġi kkalkulat l-interess tal-kumpens, il-qligħ minn użu ta' fondi billi jkun hemm rikors għall-faċilita' ta' depożitu (jew, fil-każ tal-parteċipanti tat-TARGET tas-sistemi RTGS nazzjonali ta' l-Istati Membri parteċipanti li mhumiex kontropartijiet għall-operat tal-politika monetarja ta' l-Ewrosistema, r-rikompens irċevut fuq fondi eċċessivi fil-kont ta' qbil, jew, fil-każ tal-parteċipanti tat-TARGET tas-sistemi RTGS nazzjonali ta' Stati Membri mhux parteċipanti, ir-rikompens irċevut għall-bilanċi pożittivi żejda fi tmiem il-jum fuq il-kont tar-RTGS) għandhom jiġu mnaqqsa mill-ammont ta' kumpens.

(d) Fil-każ ta' tpoġġija ta' fondi fis-suq jew ta' użu ta' fondi għat-twettiq tal-kondizzjonijiet minimi ta' riserva, il-parteċipanti tat-TARGET ma jistgħux jirċievu interess ta' kumpens.

(e) Fil-każ ta' parteċipanti tat-TARGET li qiegħdin jibgħatu tas-sistemi RTGS nazzjonali ta' Stati Membri mhux parteċipanti, limitu għar-rikompens fuq l-ammont aggregat ta' depożiti matul il-lejl fuq il-kontijiet tar-RTGS ta' parteċipanti tat-TARGET bħal dawn m'għandhomx jiġu mogħtija importanza tant li ammont bħal dan jista' jiġi attribwit għan-nuqqas ta' funzjonament.

3.2. Il-kumpens tal-parteċipanti riċevituri tat-TARGET

(a) L-offerta ta' kumpens taħt l-Iskema ta' Kumpens TARGET għandha tkun magħmulha biss minn interess ta' kumpens.

(b) Il-metodu ta' kalkolu għall-interess tal-kumpens hekk kif imsejjaħ fit-3.1(ċ) hawn fuq għandu jgħodd, ħlief li l-interess tal-kumpens għandu jkun ibbażat fuq id-differenza bejn ir-rata ta' self marġinali u r-rata ta' referenza, u għandu jkun ikkalkulat fuq l-ammont tar-rikors għall-faċilita' ta' self marġinali minħabba l-funzjoni ħażina.

(ċ) Fil-każ tal-parteċipanti riċevituri tat-TARGET (i) tas-sistemi RTGS nazzjonali ta' l-Istati Membri parteċipanti li mhumiex kontropartijiet għall-operat tal-politika monetarja ta' l-Ewrosistema, u (ii) s-sistemi RTGS nazzjonali ta' l-Istati Membri li mhumiex parteċipanti, tant li bilanċ ta' debitu jew trasferiment minn kreditu ta' matul l-istess jum fi kreditu ta' matul il-lejl jew il-bżonn li jissellef ammonti mill-BĊN rispettiv jista' jiġi attribwit għall-funzjon ħażin, li parti mir-rata tal-piena applikabbli (hekk kif stipulat fir-regoli applikabbli tar-RTGS f'każijiet bħal dawn) li hu 'l fuq mir-rata ta' self marġinali, għandhom jiġu ċeduti (u tispiċċalhom l-importanza f'każijiet ta' trasferiment fil-ġejjieni) u għall-parteċipanti tat-TARGET tas-sistemi RTGS nazzjonali li hemm referenza għalihom fit-(ii) hawn fuq, għandu jiġi injorat għar-raġunijiet ta' kreditu matul l-istess jum u/jew parteċipazzjoni kontinwa fis-sistemi RTGS nazzjonali kkonċernati.

4. Regoli proċedurali

(a) Kull tip ta' talba għal kumpens għanda tiġi sottomessa f'forma ta' talba (il-kontenut u l-forma tagħhom għandha tkun determinata u ssir pubblika mill-BĊE minn ħin għal ieħor) flimkien ma' kull tip ta' informazzjoni u xiehda relevanti mitluba. Parteċipant donatur tat-TARGET għandu jagħti formula separata ta' pretensjoni għal kull parteċipant riċevitur tat-TARGET. Parteċipant riċevitur tat-TARGET għandu jagħti formula separata ta' pretensjoni għal kull parteċipant donatur tat-TARGET. Pretensjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' ħlas speċifiku tat-TARGET jistgħu jiġu mogħtija darba biss, jew permezz ta' parteċipant dirett jew indirett f'isimhom stess, jew permezz ta' parteċipant dirett f'isem parteċipant indirett.

(b) Il-parteċipanti tat-TARGET għandhom jagħtu l-formula/i ta' pretensjoni tagħhom lill-BĊN fejn hu miżmum il-kont tar-RTGS li hu jew kellu jkun debitat jew ikkreditat (il-BĊN tal-pajjiż) fi żmien ġimagħtejn mid-data tal-funzjonament ħażin. Kull tip ta' informazzjoni u xiehda żejda mitluba mill-BĊN tal-pajjiż għandha tiġi mogħtija fi żmien ġimagħtejn li r-rikjesta hi mitluba.

(ċ) Il-Kunsill Regolatorju tal-BĊE għandu jieħu ħsieb l-istima tal-pretensjonijiet rċevuti kollha u jiddeċiedi jekk l-offerti ta' kumpens għandhomx jingħataw. Kemm-il darba jiġi deċiż mod ieħor mill-Kunsill Regolatorju tal-BĊE u jiġi kkomunikat lill-parteċipanti tat-TARGET, dawn l-istimi għandhom isiru mhux aktar tard minn tnax-il ġimgħa wara l-funzjoni ħażina.

(d) Il-BĊN fejn ikun hemm nuqqas ta' funzjonament għandu jikkomunika r-riżultati ta' l-istima imsemmija f'(ċ) hawn fuq lill-parteċipanti tat-TARGET relevanti. Jekk l-istima tkun tikkonsisti f'offerta ta' kumpens, il-parteċipanti tat-TARGET konċernati għandhom, fi żmien erba' ġimgħat mill-komunikazzjoni ta' offerta bħal din, jew jirrifjutaw jew jaċċettaw l-offerta, fil-każ ta' kull ordni ta' ħlas inkluża fi ħdan kull pretensjoni, billi tiġi ffirmata ittra standard ta' aċċettazzjoni (li l-kontenut u l-forma tagħha għandha tkun determinata u ssir pubblika mill-BĊE minn żmien għal ieħor). Jekk ittra bħal din ma tiġix irċevuta mill-BĊN li jkollu nuqqas ta' funzjonament fi żmien dak il-perjodu ta' erba' ġimgħat, il-parteċipanti tat-TARGET konċernati għandhom jiġu meqjusa daqs li kieku rrifjutaw l-offerta ta' kumpens.

(e) Il-ħlas ta' kumpens għandu jsir mill-BĊN li kellu nuqqas ta' funzjonament malli jirċievi l-ittra ta' aċċettazzjoni mill-parteċipant tat-TARGET. M'għandu jkun hemm l-ebda interess li jista' jiġi mħallas fuq xi tip ta' ħlas ta' kumpens."

9. L-Artikoli 8, 9 u 10 għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid bħala l-Artikoli 9, 10 u 11 respettivament;

10. Il-ħames l-Anness V għandu jiġi mħassar.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet finali

1. Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri parteċipanti.

2. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel ta'Lulju ta' l-2003.

3. Din il-Linja Gwida għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fl-4 ta' April ta' l-2003.

F'isem il-Kunsill Regolatorju tal-BĊE

Il-President

Willem F. Duisenberg

[1] ĠU L 140, ta' l-24.5.2001, p. 72.

[2] ĠU L 67, tad-9.3.2002, p. 74.

--------------------------------------------------

Fuq