EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32005O0002

Linja ta’ gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Frar, 2005 li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Ewrosistema (BĊE/2005/2)

ĠU L 111, 2.5.2005, p. 1–83 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Kapitolu 10 Volum 007 P. 109 - 191
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Kapitolu 10 Volum 007 P. 109 - 191

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2011; Imħassar b' 32011O0014

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2005/331/oj

2.5.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

1


LINJA TA’ GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-3 ta’ Frar, 2005

li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Ewrosistema

(BĊE/2005/2)

(2005/331/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropeja, partikolarment l-ewwel subinċiż ta’ l-Artiklu 105(2),

Wara li kkunsidra l-iStatut tas-Sistema Ewropeja tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artiklu 12(1) u l-Artiklu 14(3) flimkien ma’ l-ewwel subinċinż ta’ l-Artiklu 3(1), l-Artiklu 18(2) u l-ewwel paragrafu ta’ l-Artiklu 20,

Billi:

(1)

Biex tintlaħaq politika monetarja waħdanija jinħtieġ definizzjoni ta’ l-istrumenti u l-proċeduri li se jintużaw mill-Ewrosistema, li tikkonsisti fil-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta’ l-iStati Membri li adottaw il-euro (minn issa ’l quddiem l-Istati Membri parteċipanti) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), biex b’hekk din il-politika tkun tista’ tiġi implimentata b’manjiera uniformi fl-iStati Membri parteċipanti kollha.

(2)

Il-BĊE għandu l-awtorità li jistabbilixxi l-linji ta’ gwida meħtieġa biex jimplimenta l-politika monetarja waħdanija ta’ l-Ewrosistema, u l-BĊNi għandhom l-obbligu li jaġixxu skond dawn il-linji ta’ gwida.

(3)

It-tibdiliet riċenti fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja waħdanija ta’ l-Ewrosistema jeħtieġu li jiġu riflessi b’mod xieraq, billi jiġi sostitwit l-Anness I li jinsab mal-Linja ta’ Gwida tal-BĊE dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Ewrosistema li fil-preżent qiegħda fis-seħħ.

(4)

Skond l-Artiklu 12(1) u l-Artiklu 14(3) ta’ l-Istatut, il-linji ta’ gwida tal-BĊE jagħmlu parti integrali mil-liġi tal-Komunità,

ADOTTA DIN IL-LINJA TA’ GWIDA:

Artiklu 1

Il-prinċipji, l-istrumenti, il-proċeduri u l-kriterji għall-implimentazzjoni tal-politika monetarja waħdanija ta’ l-Ewrosistema

L-Anness I li jinsab mal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta’ Awwissu, 2000, dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Ewrosistema (1), huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ma’ din il-Linja ta’ Gwida.

Artiklu 2

Verifikazzjoni

Il-BĊNi għandhom jgħaddu lill-BĊE d-dettalji tat-testi u l-mezzi li permezz tagħhom huma bi ħsiebhom ikunu konformi ma’ din il-Linja ta’ Gwida, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu, 2005.

Artiklu 3

Dħul fis-seħħ

Din il-Linja ta’ Gwida għandha tidħol fis-seħħ jumejn wara li tiġi adottata. L-Artiklu 1 għandu jibda japplika mit-30 ta’ Mejju, 2005.

Artiklu 4

Destinatarji

Din il-Linja ta’ Gwida hija ndirizzata lill-BĊNi ta’ l-iStati Membri parteċipanti.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-3 ta’ Frar, 2005.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 310, 11.12.2000, pġ. 1. Il-Linja ta’ Gwida hekk kif emendata l-aħħar bil-Linja ta’ Gwida BĊE/2003/16 (ĠU L 69, 8.3.2004, pġ. 1).


ANNESS

L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA MONETARJA FIŻ-ŻONA TA’ L-EURO

Dokumentazzjoni ġenerali dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Ewrosistema

Frar 2005

L-Anness għal din il-Linja ta’ Gwida mhux lest.


Fuq