EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32012D0004(01)

2012/180/UE: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 21 ta’ Marzu 2012 li temenda Deċiżjoni BĊE/2011/25 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2012/4)

ĠU L 91, 29.3.2012, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 13/09/2012; Imħassar b' 32012D0017(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/180(1)/oj

29.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 91/27


DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-21 ta’ Marzu 2012

li temenda Deċiżjoni BĊE/2011/25 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral

(BĊE/2012/4)

(2012/180/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1 u l-Artikolu 18.2 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem il-“BĊNi”) jistgħu jwettqu operazzjonijiet ta’ kreditu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u parteċipanti oħra fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq kollateral xieraq. Il-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà tal-kollateral għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema huma stabbiliti f’Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1) (minn hawn ’il quddiem id-“Dokumentazzjoni Ġenerali”).

(2)

Il-BĊNi m’għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw bħala kollateral f’operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema bonds tal-bank eliġibbli ggarantiti minn Stat Membru taħt programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali jew minn Stat Membru li l-valutazzjoni tal-kreditu tiegħu ma tissodisfax il-limitu ta’ referenza tal-Eurosistema biex jiġi stabbilit ir-rekwiżit minimu tiegħu għal standards ta’ kreditu għoljin.

(3)

Miżura bħal din tista’ tiġi applikata b’mod temporanju. Din il-miżura għandha għalhekk tkun introdotta billi tiġi emendata d-Deċìżjoni BĊE/2011/25 tal-14 ta’ Diċembru 2011 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l- eliġibbiltà tal-kollateral, (2)

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

L-Artikolu 4a li ġej huwa mdaħħal fid-Deċiżjoni BĊE/2011/25:

“Artikolu 4a

Aċċettazzjoni ta’ ċerti bonds tal-bank iggarantiti mill-gvern

1.   Il-BĊNi m’għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw bħala kollateral għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema bonds tal-bank eliġibbli li huma ggarantiti minn Stat Membru taħt programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali, jew minn Stat Membru li l-valutazzjoni tal-kreditu tiegħu ma tikkonformax mal-limitu ta’ referenza tal-Eurosistema biex jiġi stabbilit ir-rekwiżit minimu tiegħu għal standards ta’ kreditu għoljin għal emittenti u garanti ta’ assi negozjabbli skont Taqsimiet 6.3.1 u 6.3.2 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali.

2.   Il-BĊNi għandhom jinformaw lill-Kunsill Governattiv meta jiddeċiedu li ma jaċċettawx it-titoli deskritti fil-paragrafu 1 bħala ‘kollateral’.”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Marzu 2012.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-21 ta’ Marzu 2012.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 341, 22.12.2011, p. 65.


Fuq