EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32004O0001

Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta' Frar 2004 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2003/2 dwar ċerti ħtiġijiet għal rapporti ta' statistiċi tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-proċeduri dwar ir-rapporti li jsiru mill-banek ċentrali nazzjonali ta' informazzjoni ta' l-istatistika fil-qasam tal-flus u statistiċi bankarji (BCE/2004/1)

ĠU L 83, 20.3.2004, p. 29–59 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Kapitolu 10 Volum 005 P. 8 - 38
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Kapitolu 10 Volum 005 P. 8 - 38
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Kapitolu 10 Volum 005 P. 8 - 38
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Kapitolu 10 Volum 005 P. 8 - 38
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Kapitolu 10 Volum 005 P. 8 - 38
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 10 Volum 005 P. 8 - 38
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Kapitolu 10 Volum 005 P. 8 - 38
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Kapitolu 10 Volum 005 P. 8 - 38
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Kapitolu 10 Volum 005 P. 8 - 38
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Kapitolu 10 Volum 005 P. 232 - 262
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Kapitolu 10 Volum 005 P. 232 - 262

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 02/09/2007; Impliċitament imħassar minn 32007O0009

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2004/268/oj

32004O0001



Official Journal L 083 , 20/03/2004 P. 0029 - 0059


Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew

tat-13 ta' Frar 2004

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2003/2 dwar ċerti ħtiġijiet għal rapporti ta' statistiċi tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-proċeduri dwar ir-rapporti li jsiru mill-banek ċentrali nazzjonali ta' informazzjoni ta' l-istatistika fil-qasam tal-flus u statistiċi bankarji (BCE/2004/1)

(2004/268/EC)

(2004/268/WE)

IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari Artikolu 5(1), Artikolu 12(1) u Artikolu 14(3) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament BĊE/2001/13 tat-22 ta' Novembru 2001 dwar il-balance sheet konsolidata tas-settur ta' l-istituzzjonijiet monetarji finanzjarji [1] jitlob l-istituzzjonijiet monetarji finanzjarji (MFIs) biex jipprovdu data ta' l-istatistika kull tliet xhur analizzata skond il-pajjiż u l-munita. Kienet ġiet adottata emenda għal dan ir-Regolament fit-18 ta' Settembru 2003 biex tkun inkluża kondizzjoni biex l-MFIs jipprovdu data fir-rigward tal-pajjiżi li kellhom jissieħbu fl-Unjoni Ewropea (UE) fl-1 ta' Mejju 2004.

(2) L-emenda taħseb għal approċ flessibbli li jekk din id-data tkun insinifikanti ma għandhiex għalfejn tiġi rrapportata. Jekk figuri miġbura f'livell ogħla ta' aggregazzjoni juru li x'aktarx huma insinifikanti, il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jistgħu jiddeċiedu li ma jeħtiġux li jkunu rraportati. Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-MFIs għandhom ikunu infurmati regolarment jekk id-data hija sinifikanti jew le.

(3) Fejn il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jiddeċiedu li m'hemmx il-ħtieġa li jsir rapport, għandhom jagħmlu stima tad-data,bl-għan li jżommu l-kwalità ta' l-istatistiċi tal-balance sheets tas-settur tal-MFI fiż-żona ta' l-ewro. Il-Linja Gwida BĊE/2003/2 tas-6 ta' Frar 2003 dwar ċerti ħtiġijiet għal rapporti ta' statistiċi tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-proċeduri dwar ir-rapporti li jsiru mill-banek ċentrali nazzjonali ta' informazzjoni ta' l-istatistika fil-qasam tal-flus u statistiċi bankarji [2] għandha għalhekk tiġi emendata biex tinkludi din il-kondizzjoni u biex tistipula l-metodi permissibbli ta' l-istima.

(4) Hija meħtieġa emenda għall-Linja Gwida BĊE/2003/2 minħabba l-adozzjoni tar-Regolament BĊE/2003/9 tat-12 ta' Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni ta' riżervi minimi [3], li kiteb mill-ġdid ir-Regolament BĊE/1998/15 ta' l-1 ta' Diċembru 1998 dwar l-applikazzjoni ta' riżervi minimi [4].

(5) Huma meħtieġa wkoll aktar emendi tekniċi wara r-reviżjoni tal-Linja Gwida BĊE/2003/2.

(6) Skond Artikolu 12(1) u Artikolu 14(3) ta' l-Istatut, il-Linji Gwida tal-BĊE jiffurmaw parti integrali mill-Liġi Komunitarja,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Il-Linja Gwida BĊE/2003/2 hija emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 2(4) jinbidel b'dan li ġej:

"Bl-iskop li jkunu kkompilati t-totali monetarji meħudin flimkien, il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) għandhom jagħtu informazzjoni ta' l-istatistika fuq il-passiv fid-depożiti tal-gvern ċentrali u flus u titoli skond l-Anness VII, bħala suppliment u bl-istess frekwenza u ħeffa ta' l-informazzjoni ta' l-istatistika li trid tkun provvduta skond ir-Regolament BĊE/2001/13."

2. Il-paragrafu 5a li ġej għandu jidħol fl-Artikolu 2:

"5a. B'referenza għat-tabelli 3 u 4 tal-parti 2 ta' l-Anness I tar-Regolament BĊE/2001/13, fejn m'hijiex irrappurtata data fir-rigward ta' ċelluli mmarkati bil-marka "#", għandha tiġi stmata skond l-istandards stipulati fl-Anness VIII."

3. L-Artikolu 3(2) jinbidel b'dan li ġej:

"Bl-iskop li jikkontrolla l-eżattezza tat-tnaqqis kurrenti standardizzat tar-riżervi bażiċi li l-istituzzjonijiet ta' kreditu jistgħu japplikaw għall-ammont pendenti ta' titoli ta' debitu maħruġa bi skadenza maqbula ta' sentejn skond l-Artikolu 3(2) tar-Regolament BĊE/2003/9 tat-12 ta' Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni ta' riservi minimi [5], il-BĊE jagħmel kalkoli kull xahar, filwaqt li jagħmel użu mill-informazzjoni ta' l-istatistika li l-istituzzjonijiet ta' kreditu jippreżentaw lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) skond ir-Regolament BĊE/2001/13. Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jiġbru t-totali monetarji meħtieġa meħudin flimkien skond l-Anness XVI u jirrappurtaw dawn it-totali monetarji meħudin flimkien lill-Bank Ċentrali Ewropew."

4. L-Artikolu 7(2) u (3) jitħassru.

5. L-Anness III jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta' din il-Linja Gwida.

6. L-Annessi VII, XIII, XV, XVIII u XX jiġu emendati skond l-Anness II ta' din il-Linja Gwida.

7. L-Anness VIII jinbidel bit-test stipulat fl-Anness III ta' din il-Linja Gwida.

8. L-Anness IX jinbidel bit-test stipulat fl-Anness IV ta' din il-Linja Gwida.

9. L-Anness XVII (ħlief għall-appendiċi tiegħu) jinbidel bit-test stipulat fl-Anness V ta' din il-Linja Gwida.

10. L-Anness XXI jitħassar.

Artikolu 2

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta' l-Istati Membri li adottaw il-munita unika skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta' Frar 2004.

L-Artikolu 1(2) u (7) għandhom jgħoddu mill-1 ta' Mejju 2004.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-13 ta'Frar 2004.

Għall-Kunsill Regolatorju tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude Trichet

[1] ĠU L 333, tas-17.12.2001, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament BĊE/2003/10 (ĠU L 250, tat-2.10.2003, p. 17).

[2] ĠU L 241, tas-26.9.2003, p. 1.

[3] ĠU L 250, tat-2.10.2003, p. 10.

[4] ĠU L 356, tat-30.12.1998, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament BĊE/2002/3 (ĠU L 106, tat-23.4.2002, p. 9).

[5] ĠU L 250, tat-2.10.2003, p. 10.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

"

L-ANNESS III

KALENDARJU DELIVERY GĦALL-ISTATISTIĊI TAR-RATI TA' L-IMGĦAX TAL-MFI

Li jkopri l-perjodu ta' referenza Jannar 2004 sa Diċembru 2004

Rapporti dwar l-istatistiċi tar-rati ta' l-imgħax tal-MFI

Noti:

() Il-perjodu ta' referenza jindika x-xahar u s-sena tal-perjodu ta' osservazzjoni, li huwa xahar kalendarju għad-data prodotta fuq frekwenza ta' kull xahar.

() Id-data tat-trasmissjoni tindika l-ġurnata tal-ġimgħa u d-data li fiha tkun dovuta t-trasmissjoni tad-data mill-bank ċentrali nazzjonali (NCB), u li jorbot għaż-żona ta' l-ewro kollha.

Perjodu ta' referenza Data ta' kull xahar (1) | 2Data tat-trasmissjoni () |

Ġurnata | Data |

Data Jannar 2004 | Il-Ħamis | fis-26 ta' Frar 2004. |

Data Frar 2004 | Il-Ġimgħa | fis-26 ta' Marzu 2004. |

Data Marzu 2004 | Il-Ħamis | fid-29 ta' April 2004. |

Data April 2004 | Il-Ġimgħa | fit-28 ta' Mejju 2004. |

Data Mejju 2004 | It-Tnejn | fit-28 ta' Ġunju 2004. |

Data Ġunju 2004 | L-Erbgħa | fit-28 ta' Lulju 2004. |

Data Lulju 2004 | Il-Ħamis | fis-26 ta' Awissu 2004. |

Data Awissu 2004 | It-Tnejn | fis-27 ta' Settembru 2004. |

Data Settembru 2004 | Il-Ħamis | Fit-28 ta' Ottubru 2004 |

Data Ottubru 2004 | Il-Ġimgħa | fis-26 ta' Novembru 2004. |

Data Novembru 2004 | Il-Ħamis | fit-30 ta' Diċembru 2004. |

Data Diċembru 2004 | Il-Ġimgħa | fit-28 ta' Jannar 2005. |

KALENDARJU DELIVERY GĦALL-ISTATISTIĊI DWAR IL-PUNTI TAL-BALANCE SHEET

Li jkopri l-perjiodu ta' referenza Jannar 2004 sa Diċembru 2004

Rapporti ta' kull xahar u kull tliet xhur ta' l-istatistiċi dwar il-punti tal-balance sheet

Noti:

"-" Tindika li mhux applikabbli.

() Id-data ta' referenza tindika x-xahar u s-sena tal-perjodu ta' osservazzjoni, li huwa xahar kalendarju għad-data prodotta fuq frekwenza ta' xahar u kwart ta' sena kalendarja għad-data prodotta fuq frekwenza ta' kull tliet xhur.

() Id-data ta' referenza tindika x-xahar u s-sena tal-perjodu ta' osservazzjoni, li huwa xahar kalendarju għad-data prodotta fuq frekwenza ta' xahar u kwart ta' sena kalendarja għad-data prodotta fuq frekwenza ta' kull tliet xhur.

Rapporti ta' kull xahar | Rapporti ta' kull tliet xhur |

Data tar-referenza (1) | 2Data tat-trasmissjoni () | Data tar-referenza (1) | 2Data tat-trasmissjoni () |

Ġurnata | Data | Ġurnata | Data |

Jannar-2004 | Il-Ġimgħa | fl-20 ta' Frar 2004. | - | - | - |

Frar-2004 | It-Tnejn | fit-22 ta' Marzu 2004. | - | - | - |

Marzu 2004 | Il-Ġimgħa | fit-23 ta' April 2004. | Marzu 2004 | Il-Ħamis | fit-13 ta' Mejju 2004. |

April 2004 | It-Tnejn | fl-24 ta' Mejju 2004. | - | - | - |

Mejju 2004 | It-Tlieta | fit-22 ta' Ġunju 2004. | - | - | - |

Ġunju 2004 | Il-Ħamis | fit-22 ta' Lulju 2004. | Ġunju 2004 | It-Tlieta | fl-10 ta' Awissu 2004. |

Lulju 2004 | Il-Ġimgħa | fl-20 ta' Awissu 2004. | - | - | - |

Awissu 2004 | It-Tlieta | fil-21 ta' Settembru 2004. | - | - | - |

Settembru 2004 | Il-Ġimgħa | fit-22 ta' Ottubru 2004. | Settembru 2004 | Il-Ħamis | fil-11 ta' Novembru 2004. |

Ottubru 2004 | It-Tnejn | fit-22 ta' Novembru 2004. | - | - | - |

Novembru 2004 | Il-Ħamis | fit-23 ta' Diċembru 2004. | - | - | - |

Diċembru 2004 | It-Tnejn | fl-24 ta' Jannar 2005. | Diċembru 2004 | Il-Ħamis | fl-10 ta' Frar 2005. |

KALENDARJU DELIVERY GĦALL-ISTATISTIĊI DWAR IL-BAŻI TAR-RISERVI

Li jkopri l-perjodu ta' referenza Jannar 2004 sa Ottubru 2004

Rapporti ta' l-istatistiċi dwar il-bażi tar-riservi

Noti:

() Id-data ta' referenza tindika x-xahar u s-sena tal-perjodu ta' osservazzjoni, li huwa xahar kalendarju għad-data prodotta fuq frekwenza ta' kull xahar.

() Id-data tat-trasmissjoni tindika l-ġurnata tal-ġimgħa u d-data li fiha hija dovuta t-trasmissjoni tad-data mill-bank ċentrali nazzjonali (NCB), u li torbot għaż-żona kollha ta' l-ewro.

Data tar-referenza (1) | 2Data tat-trasmissjoni () |

Ġurnata | Data |

Jannar 2004 | It-Tlieta | fid-9 ta' Marzu 2004. |

Frar 2004 | It-Tlieta | fis-6 ta' April 2004. |

Marzu 2004 | It-Tlieta | fil-11 ta' Mejju 2004. |

April 2004 | It-Tlieta | fit-8 ta' Ġunju 2004. |

Mejju 2004 | It-Tlieta | fis-6 ta' Lulju 2004. |

Ġunju 2004 | It-Tlieta | fl-10 ta' Awissu 2004. |

Lulju 2004 | It-Tlieta | fis-7 ta' Settembru 2004. |

Awissu 2004 | It-Tnejn | fil-11 ta' Ottubru 2004. |

Settembru 2004 | It-Tnejn | fit-8 ta' Novembru 2004. |

Ottubru 2004 | It-Tlieta | fis-7 ta' Diċembru 2004. |

Novembru 2004 | | |

Diċembru 2004 | | |

KALENDARJU DELIVERY GĦALL-ISTATISTIĊI DWAR IL-PROPORZJONIJIET FUQ SKALA MAKRO

Li jkopri l-perjodu ta' referenza Jannar 2004 sa Diċembru 2004

Rapporti ta' l-istatistiċi dwar il-proporzjonijiet fuq skala makro

Noti:

() Id-data ta' referenza tindika x-xahar u s-sena tal-perjodu ta' osservazzjoni, li huwa xahar kalendarju għad-data prodotta fuq frekwenza ta' kull xahar.

() Id-data tat-trasmissjoni tindika l-ġurnata tal-ġimgħa u d-data li fiha hija dovuta t-trasmissjoni tad-data mill-bank ċentrali nazzjonali (NCB), u li torbot għaż-żona kollha ta' l-ewro.

Data tar-referenza (1) | 2Data tat-trasmissjoni () |

Ġurnata | Data |

Jannar 2004 | Il-Ġimgħa | fis-27 ta' Frar 2004. |

Frar 2004 | L-Erbgħa | fil-31 ta' Marzu 2004. |

Marzu 2004 | Il-Ġimgħa | fit-30 ta' April 2004. |

April 2004 | It-Tnejn | fil-31 ta' Mejju 2004. |

Mejju 2004 | L-Erbgħa | fit-30 ta' Ġunju 2004. |

Ġunju 2004 | Il-Ġimgħa | fit-30 ta' Lulju 2004. |

Lulju 2004 | It-Tlieta | fil-31 ta' Awissu 2004. |

Awissu 2004 | Il-Ħamis | fit-30 ta' Settembru 2004. |

Settembru 2004 | Il-Ġimgħa | fid-29 ta' Ottubru 2004. |

Ottubru 2004 | It-Tlieta | fit-30 ta' Novembru 2004. |

Novembru 2004 | Il-Ġimgħa | fit-3 ta' Diċembru 2004. |

Diċembru 2004 | It-Tnejn | fil-31 ta' Jannar 2005. |

KALENDARJU DELIVERY GĦAL STATISTĊI TA' INTERMEDJARJI FINANZJARJI OĦRAJN

Li jkopri l-perjodu ta' referenza għall-ewwel kwart tas-sena 2004 sar-raba' kwart tas-sena 2004

Rapporti ta' statistiċi dwar intermedjarji finanzjarji oħrajn

Noti:

"-" Tindika li mhux applikabbli.

() Id-data ta' referenza tindika x-xahar u s-sena tal-perjodu ta' osservazzjoni, li huwa kwart ta' sena kalendarja għad-data prodotta fuq frekwenza ta' kull tliet xhur.

() Id-data tat-trasmissjoni tindika l-ġurnata tal-ġimgħa u d-data li fiha hija dovuta t-trasmissjoni tad-data mill-bank ċentrali nazzjonali (NCB), u li torbot għaż-żona kollha ta' l-ewro.

Data tar-referenza (1) | 2Data tat-trasmissjoni () |

Ġurnata | Data |

- | - | - |

- | - | - |

Marzu 2004 | It-Tnejn | fit-30 ta' Ġunju 2004. |

- | - | - |

- | - | - |

Ġunju 2004 | It-Tlieta | fit-30 ta' Settembru 2004. |

- | - | - |

- | - | - |

Settembru 2004 | L-Erbgħa | fil-31 ta' Diċembru 2004. |

- | - | - |

- | - | - |

Diċembru 2004 | L-Erbgħa | fil-31 ta' Marzu 2005. |

KALENDARJU DELIVERY GĦALL-INDIKATURI STRUTTURALI TA' L-ISTATISTIKA

Li jkopri l-perjodu ta' referenza 2003 sa 2004

Rapporti ta' l-indikaturi strutturali ta' l-istatistika

Noti:

() Id-data ta' referenza tindika x-xahar u s-sena tal-perjodu ta' osservazzjoni, li huwa sena kalendarja għad-data prodotta fuq frekwenza ta' kull sena.

() Id-data tat-trasmissjoni tindika l-ġurnata tal-ġimgħa u d-data li fiha hija dovuta t-trasmissjoni tad-data mill-bank ċentrali nazzjonali (NCB), u li torbot għaż-żona kollha ta' l-ewro.

Data tar-referenza (1) | 2Data tat-trasmissjoni () |

Ġurnata | Data |

Diċembru 2003 | L-Erbgħa | fil-31 ta' Marzu 2004. |

Diċembru 2003 (Indikatur Nru 3) | It-Tnejn | fil-31 ta' Mejju 2004. |

Diċembru 2004 | Il-Ħamis | fil-31 ta' Marzu 2005. |

Diċembru 2004 (Indikatur Nru 3) | It-Tlieta | fil-31 ta' Mejju 2005. |

"

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

1.2.3.4.5. L-Annessi VII, XIII, XV, XVIII u XX tal-Linja Gwida BĊE/2003/2 huma emendati kif ġej:

Fl-Anness VII, it-tabella bit-titolu

"Statistiċi fuq il-passiv fid-depositi tal-gvern ċentrali. Stima dwar id-disponibilità tad-data"

tiġi mibdula b'dan li ġej:

"Statistiċi fuq il-passiv fid-depositi tal-gvern ċentrali. Stima dwar id-disponibilità tad-data

| Il-Belġju | Franza | | | |

Min joħroġ l-istatistika | L-Uffiċċju tal-Posta | It-Teżor | It-Teżor | It-Teżor | It-Teżor |

Is-settur ESA ta' min joħroġ l-istatistika | Gvern ċentrali | Gvern ċentrali | Gvern ċentrali | Gvern ċentrali | Gvern ċentrali |

Isem ta' l-istrument | Avoirs à vue (depositi kurrenti) | Depositi kurrenti mat-Teżor | Kontijiet ta' l-iżvilupp industrijali mat-Teżor | Kontijiet bil-ktieb mat-Teżor f'isem iż-żgħażagħ | Depositi fissi mat-Teżor |

Deskrizzjoni | - | Kontijiet kurrenti tal-klijenti fl-attiv f'isem aġenti residenti mhux finanzjarji | Depositi tat-tfaddil, regolati amministrattivament, mingħajr data ta' l-iskadenza jew perdodu ta' notifika, li fuqhom m'huwiex permissibbli l-ħruġ ta' ċekkijiet u li huma f'isem aġenti residenti mhux finanzjarji | Depositi tat-tfaddil, regolati amministrattivament, mingħajr data ta' l-iskadenza jew perjodu ta' notifika, li fuqhom m'huwiex permissibbli l-ħruġ ta' ċekkijiet u li huma f'isem aġenti residenti mhux finanzjarji. | Kontijiet tal-klijenti b'data ta' l-iskadenza miftiehma f'isem aġenti residenti mhux finanzjarji. |

Frewenza | Kull xahar | Kull xahar | Kull xahar | Kull xahar | Kull xahar |

Ħeffa: mill-aġenti/lesti għall-BĊE Rapportar | 11/15 ġranet tax-xogħol | 10/15 ġranet tax-xogħol | 10/15 ġranet tax-xogħol | 10/15 ġranet tax-xogħol | 10/15 ġranet tax-xogħol |

Sors tad-data | Dirett | Dirett | Dirett | Dirett | Dirett |

Provvista ta' data storika | "L-aħjar stimi" Lulju 1997sa Awissu 1998 u d-data qabel Lulju 1997 bħala data storika | Stimi li jmorru lura sas-snin '80 | Stimi li jmorru lura sas-snin '80 | Stimi li jmorru lura sas-snin '80 | Stimi li jmorru lura sas-snin '80 |

Allokazzjoni fi the ħdan l-iskema ta' rapportar | Kategorija: overnight; Munita: nazzjonali; Setturi: MFIs, gvern ċentrali, gvern ġenerali oħrajn, residenti oħrajn setturi: korporazzjonijiet mhux finanzjarji u familji u istituzzjonijiet li m'għandhomx skop ta' qligħ li jaqdu lill-familji | Kategorija: overnight; Munita: nazzjonali; Setturi: gvern ġenerali oħrajn, settur oħrajn ta' residenti | Kategorija: li jistgħu jinfdew b'avviż ta' tliet xhur; Munita: nazzjonali; Settur: setturi oħrajn ta' residenti | Kategorija: li jistgħu jinfdew b'avviż ta' tliet xhur; Munita: nazzjonali; Settur: setturi oħrajn ta' residenti | Kategorija: b'data ta' skadenza miftiehma sa sena/sentejn; Munita: nazzjonali; Settur: setturi oħrajn ta' residenti |

Data dwar l-imgħax miżjud | Eskluż | Mhux rilevanti | Eskluż | Eskluż | Eskluż |

| L-Irlanda | L-Italja | | | |

Min joħroġ l-istatistika | Uffiċċju tal-Posta (f'isem il-Ministru tal-Finanzi) Bank tat-Tfaddil (f'isem il-Ministru tal-Finanzi) | Uffiċċju tal-Posta Bank tat-Tfaddil | It-Teżor tal-Posta (permezz Ta' l-Ufiċċju) | Depositi tat-Teżor DD.PP. (permezz tal-Prestiti Cassa) | It-Teżor DD.PP. (permezz the Cassa) |

Is-settur ESA ta' min joħroġ l-istatistika | Gvern ċentrali | Gvern ċentrali | Gvern ċentrali | Gvern ċentrali | Gvern ċentrali |

Isem ta' l-istrument | Depositi ordinarji | Kontijiet tat-tfaddil speċjali (SSAs) | Kontijiet kurrenti | Libretti deposits postali liberi (depositi tat-tfaddil) | Buoni fruttiferi certificates (Ċertifikati ordinarji savings) |

Deskrizzjoni | Mhux trasferibbli permezz ta' ċekk, imma jistgħu jinġibdu meta jintalbu l-flus mingħajr il-penali ta' l-imgħax | Jeħlu taxxa miżmuma mis-sors fuq l-imgħax (DIRT) aktar baxxa. Flus miġbudin mingħajr avviż bil-quddiem suġġett għall-penali | Depositi (kontijiet kurrenti) | Depositi (kontijiet tat-tfaddil) | Depositi (kontijiet tat-tfaddil) |

Frekwenza | Kull xahar | Kull xahar | Kull xahar | Kull xahar | Kull xahar |

Ħeffa: mill-aġenti/les rapportar ti għall-BCE | 10/15 ġranet tax-xogħol | 10/15 ġranet tax-xogħol | 15 ġranet tax-xogħol | 15 ġranet tax-xogħol | 15 working days |

Sors tad-data | Dirett | Dirett | Oħrajn | Oħrajn (Cassa DD. PP.) | Oħrajn (Cassa DD. PP.) |

Provvista ta' data storika | Data reali b'lura minn Lulju 1997; għal stimi aktar lura sas-snin '80 uża l-eżerċizzju tal-blokki tal-bini | Data reali b'lura minn Lulju 1997; għal stimi aktar lura sas-snin '80 uża l-eżerċizzju tal-blokki tal-bini | Id-data lura sa Diċembru 1995 tista' tiġi stmata | Id-data lura sa Diċembru 1995 tista' tiġi stmata | Id-data lura sa Diċembru 1995 tista' tiġi stmata |

Allokazzjoni fi ħdan l-iskema ta' rapportar | Kategorija: li jistgħu jinfdew b'avviż ta' mhux aktar minn 3 xhur; Munita: nazzjonali: Settur: setturi ta' residenti oħrajn | Kategorija: li jistgħu jinfdew b'avviż ta' mhux aktar minn 3 xhur; Munita: nazzjonali: Settur: setturi ta' residenti oħrajn | Kategorija: overnight; Munita: nazzjonali; Setturi: gvern ġenerali oħrajn, setturi oħrajn ta' residenti | Kategorija: li jistgħu jinfdew b'avviż ta' mhux aktar minn 3 xhur; Munita: nazzjonali; Settur: setturi oħrajn ta' residenti | Kategorija: li jistgħu jinfdew b'avviż ta' mhux aktar minn 3 xhur; Munita: nazzjonali; Setturi: setturi oħrajn ta' residenti |

Data dwar imgħax miżjud | Eskluż | Eskluż | Eskluż | Eskluż | Eskluż |

| Il-Lussemburgu | Il-Portugall | |

Min joħroġ l-istatistika | Uffiċċju tal-Posta | It-Teżor | It-Teżor; Instituto de Gestão do Crédito Público (IGCP) |

Settur ESA ta' min joħroġ l-istatistika | Gvern ċentrali | Gvern ċentrali | Gvern ċentrali |

Isem ta' l-istrument(i) | Depositi | Depositi kurrenti mat-teżor | Depositi kurrenti mat-Teżor; Certificados espe-ciais de dívida de curto prazo (ċertifikati ta' debitu għal perjodu qasir) maħruġa mill-IGCP |

Deskrizzjoni | - | - | - |

Frekwenza | Kull xahar | Kull xahar | Kull xahar |

Ħeffa: minn għand l-aġenti tar-rapportar/lesti għall-BĊE | 15-il ġurnata tax-xogħol | 10/14-il ġurnata tax-xogħol | 10/14-il ġurnata tax-xogħol |

Sors tad-data | Dirett | Dirett | Dirett |

Provvista ta' datastorika | Datareali b'lura minn Lulju 1997 sa Mejju 1998; m'humiex maħsuba stimi li jmorru lura għas-snin '80 | Data reali b'lura minn Settembru 1999 | Data reali b'lura minn Settembru 1999 |

Allokazzjoni fi ħdan l-iskema | Kategorija: sħiħa jekk l-Uffiċċju tal-Posta jikkopera; Munita: nazzjonali; Settur: ġvern ġenerali oħrajn, setturi ta' residenti oħrajn | Kategorija: overnight; Munita: nazzjonali: Setturi: gvern ġenerali oħrajn, setturi ta' residenti oħrajn | Kategorija: b'data ta' skadenza miftiehma sa mhux aktar minn sena; Munita: nazzjonali; Setturi: gvern ġenerali oħrajn, setturi ta' residenti oħrajn |

Data dwar imgħax miżjud | Inkluża | Eskluża | Eskluża" |

L-Anness XIII huwa emendat kif ġej:

(a) it-tabella 1 "Grupp ta' spjegi tal-punti tal-balance sheet (BSI) (BĊE_BSI1): dimensjonijiet tas-serje" tinbidel b'dan li ġej:

"Pożizzjoni fl-ispjega: | Kunċett (tal-memorja) | Isem tal-kunċett | Format tal-valur | Lista tal-kodiċi (tal-memorja) | Lista ta' l-ismijiet tal-kodiċi |

DIMENSIONS | DIMENSIONS | DIMENSIONS | DIMENSIONS | DIMENSIONS |

1 | FREQ | Frekwenza | AN1 | CL_FREQ | Lista tal-frekwenza tal-kodiċi (BIS, BCE) |

2 | REF_AREA | Żona ta' referenza | AN2 | CL_AREA_EE | Lista tal-kodiċi taż-żoni (Eurostat BoP, BCE) |

3 | ADJUSTMENT | Indikatur ta' l-aġġustamenti | AN1 | CL_ADJUSTMENT | Lista tal-kodiċi ta' l-indikatur ta' l-aġġustamenti (BIS, BCE) |

4 | BS_REP_SECTOR | Referenza tal-Balance sheet Skomposizzjoni tas-settur | AN1 | CL_BS_REP_SECTOR | Skomposizzjoni tas-settur tar-referenzi tal-Balance sheet Lista tal-kodiċi (BĊE) |

5 | BS_ITEM | Punt tal-Balance sheet | AN3 | CL_BS_ITEM | Lista tal-kodiċi tal-punti tal-Balance sheet (BĊE) |

6 | MATURITY_ORIG | Data ta' l-iskadenza oriġinali | AN1 | CL_MATURITY_ORIG | Kodiċi tad-data ta' l-iskadenza oriġinali (BĊE) |

7 | DATA_TYPE | Tip ta' data | AN1 | CL_DATA_TYPE | Tip ta' data, flow u pożizzjoni konnessi mal-flus u l-bank (BĊE, BIS) |

8 | COUNT_AREA | Żona tal-kontroparti | AN2 | CL_AREA_EE | Lista tal-kodiċi taż-żona (Eurostat BoP, BCE) |

9 | BS_COUNT_SECTOR | Balance sheet counter-Settur tal-grupp | AN4 | CL_BS_COUNT_SECTOR | Kodiċi tas-settur tal-kontroparti tal-Balance sheet list (BCE, BIS) |

10 | CURRENCY_TRANS | Munita tat-transazzjoni | AN3 | CL_CURRENCY | Lista tal-kodiċi tal-munita (BĊE, BIS, Eurostat BoP) |

11 | BS_SUFFIX | Suffiss tal-Balance sheet | AN..3 | CL_BS_SUFFIX | Lista tad-denominazzjoni tas-serje jew tal-kalkolu speċjali (BĊE)" |

(b) it-taqsima 2.11 tinbidel b'dan li ġej:

"Dimensjoni Nru 11: Munita tad-denominazzjoni tas-serje (BS_SUFFIX; tul: sa tliet karattri)

Din id-dimensjoni tispeċifika jekk is-serje li qed tiġi rrapportata hija espressa fil-munita nazzjonali jew fil-munita komuni (ewro). Għandha żewġ valuri (N, nazzjonali u E, ewro) li huma rappreżentati bil-lista tal-kodiċi CL_BS_SUFFIX. Din id-dimensjoni hija kritika biex tiddistingwi s-serje li tirrappreżenta l-istess fenomeni ekonomiċi li jiġu rrapportati fl-istadji differenti ta' l-għaqda ekonomika u monetarja (EMU). Bħala eżempju, fil-każ ta' pajjiżi ta' l-UE li m'humiex membri ta' l-EMU, id-data tiġi rrapportata fil-munita nazzjonali. Mill-mument li jissieħbu fl-EMU, l-istess serje tal-BSI tibda tiġa espressa u rrapportata fl-ewro."

;

(ċ) fit-Taqsima 5.1 "Data ta' l-istokk", paragrafu (d) "Punti tal-Memorandum - OMFIs u BĊNi/BĊE" jinbidlu b'dan li ġej:

"Ġie identifikat fl-Anness IX sett ta' serje ta' kull xahar għas-setturi ta' l-OMFI u l-NCB/BCE bħala li huma neċessarji biex jikkontrollaw l-iżviluppi ta' xi ftit skomposizzjonijiet addizzjonali tas-serje prinċipali tal-BSI tal-MFI. Dawn is-serje jiġu rapportati lill-BĊE bħala punti tal-memorandum u jiġu kklassifikati taħt żewġ ġabriet skond il-livell tar-rilevanza tagħhom: punti tal-memorandum ta' "prijorità għolja" u punti tal-memorandum ta' "prijorità baxxa". Fejn il-fenomenu ma jeżistix jew id-data ma tkunx disponibbli, m'huwa meħtieġ l-ebda rapportar. F:dan il-każ il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) għandhom jinformaw lill-BĊE bil-quddiem u jibgħatu, qabel l-ewwel trasmissjoni tad-data, il-lista tas-serje applikabbli li tkun sejra tiġi rapportata regolarment."

L-Anness XV huwa emendat kif ġej:

(a) it-taqsima intitolata "Rapportar regolari tad-data" tinbidel b'dan li ġej:

"L-istatistiċi dwar il-bażi tar-riservi jinkludu sitt perjodiċi għall-istituzzjonijiet ta' kreditu, li jirreferu għall-figuri ta' l-aħħar tax-xahar fuq l-istokk li jridu jiġu trasmessi lill-BĊE, bi frekwenza ta' kull xahar, mhux iktar tard mid-‘'data tar-rikonoxximent' (il-ġurnata tan-negozju tal-bank ċentral nazzjonali (NCB) qabel il-bidu tal-perjodu tal-manutenzjoni), permezz tas-sistema tal-bdil tad-data ta' l-ESCB. Bħala eċċezzjoni, l-istatistiċi tal-bażi tar-riservi li jirreferu għall-perjodu ta' manutenzjoni li jibda mill-24 ta' Jannar 2004 u jispiċċa fid-9 ta' Marzu 2004, għandhom jiġu provvduti mhux aktar tard mis-16 ta' Frar 2004 [1].

L-istituzzjonijiet ta' kreditu li huma eżenti milli jagħmlu rapport sħiħ kull xahar jibagħtu skomposizzjoni limitata lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) kull tliet xhur. Għal din il-kategorija ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, jintużaw statistiċi tal-bażi tar-riservi ssemplifikati għat-tliet perjodi (ta' xahar) tal-manutenzjoni tar-riservi, u l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jinkludu d-data għal din il-kategorija ta' istituzzjonijiet ta' kreditu skond il-kalendarju li juri meta għandhom isiru r-rapporti [2]."

(b) it-taqsima bl-isem ta' "Politika riveduta" tinbidel b'dan li ġej:

"Ir-reviżjonijiet mill-istituzzjonijiet li jagħmlu r-rapporti tal-ħtiġijiet u/jew il-bażi tar-riservi li jsiru wara li jkun diġà bESA l-perjodu tal-manutenzjoni, jew wara s-16 ta' Frar 2004 fir-rigward tal-perjodu ta' manutenzjoni li jibda fl-24 ta' Jannar 2004 (reviżjonijiet li jsiru tard), m'għandhomx iwasslu għal reviżjonijiet ta' l-istatistiċi dwar il-bażi tar-riservi u dwar il-ħtiġijiet tar-riservi."

;

L-Anness XVIII huwa emendat kif ġej:

(a) Fit-Taqsima 5.2.3 "Il-kwalitajiet f'livell ta' osservazzjoni", "Obbligatorji", it-tieni paragrafu ta' l-ewwel inċiż jinbidel b'dan li ġej:

"A" = valur normali,

"B" = valur mal-waqfa [3],

"M" = data mhux applikabbli [4],

"L" = teżisti d-data imma m'hijiex miġbura [5],

"E" = stima tal-valur/supposizzjoni,

"P" = valur porviżorju (din il-kwalità tista tintuża, b'mod partikolari, ma' kull trasmissjoni ta' data li tirreferi għall-aħħar osservazzjoni) [6]."

;

(b) fit-Taqsima 5.2.3 "Il-kwalitajiet f'livell ta' osservazzjoni", "Kondizzjonali", it-tieni inċiż jinbidel b'dan li ġej:

"OBS_PRE_BREAK: Din il-kwalità fiha l-valur ta' osservazzjoni ta' qabel il-waqfa,li hija sezzjoni numerika bħall-osservazzjoni. Tiġi provvduta meta tinqala waqfa serja. Għall-fini tal-grupp ta' spjegi ta' l-OFI, din il-kwanità m'hijex mitluba billi l-informazzjoni hija diġà disponibbli mis-serje tar-riklassifikazzjoni. Hija ġiet miżjuda mal-lista ta' kwalitajiet billi hija parti mill-kwalitajiet komuni mill-parti sekondarja tas-sett tal-gruppi kollha ta' spjega. Madankollu, jekk ikun ipprovdut l-istatus ta' osservazzjoni "B" (valur mal-waqfa), għandu jkun akkompanjat minn valur ta' osservazzjoni ta' qabel il-waqfa."

Fl-Anness XX, Taqsima 3

"Standard tat-trasmissjoni"

tiġi mħassra.

[1] Jew bil-ġurnata tan-negozju tal-bank ċentrali nazzjonali (NCB) jekk is-16 ta' Frar 2004 m'hijiex ġurnata tan-negozju. "Ġurnata ta-negozju ta' bank ċentrali nazzjonali (NCB)"strok;andha tfisser kull ġurnata li fiha bank ċentrali nazzjonali (NCB) partikolari ta' Stat Membru jkun miftuh għal skopijiet ta' tmexxija ta' operazzjonijiet tal-politika monetarja ESCB.

[2] Il-banek ċentrali nazzjonali (NCBs) jużaw id-data ta' kull tliet xhur tal-bażi tar-riservi mill-istituzzjonijiet ta' kreditu li huma eżenti milli jagħmlu rapport sħiħ kull xahar għall-figuri ta' kull xahar rapportati lill-BĊE fit-tliet trasmissjonijiet tad-data wara li jkun ġew rilaxxati.

[3] Għall-finijiet tal-grupp ta' spjegi OFI, din il-kwalità m'hijiex mitluba billi din l-informazzjoni hija diġà disponibbli mis-serje tar-riklassifikazzjoni. Ġiet miżjuda mal-lista billi hija parti mill-lista komuni tal-valuri possibbli għall-kwalità ta' l-istatus ta' osservazzjoni għall-gruppi kollha ta' spjega. Madankollu, jekk ikun provdut l-istaus ta' osservazzjoni "B", irid ikun akkompanjat minn valur ta' osservazzjoni ta' qabel il-waqfa (OBS_PRE_BREAK).

[4] Meta, minħabba wżanzi tas-suq lokali, jew minħabba l-qafas legali, ma jkunx applikabbli perjodiku (jew parti minnu), (ma jkunx jeżisti l-fenomenu sottostanti) jiġi rapportat valur nieqes ("-") bi status ta' osservazzjoni "M".

[5] Meta, minħabba kondizzjonijiet ta' l-istatistika lokali, id-data għall-perjodiku ma tinġabarx jew f'dati speċifiċi or għat-tul sħiħ tal-perjodiku (il-fenomenu ekonomiku sottostanti jkun jeżisti imma m'huwiex ikkontrollat permezz ta' statistika), jiġi rapportat valur nieqes bi status ta' osservazzjoni "L" f'kull perjodu.

[6] Dawn l-osservazzjonijiet jieħdu valuri definiti (status ta' osservazzjoni "A") fi stadju iktar tard. Il-valuri ġoddi riveduti jħassru l-osservazzjonijiet proviżorji ta' qabel.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

"

L-ANNESS VIII

RAPPORTAR TA' DATA TA' KULL TLIET XHUR ANALIZZATA SKOND IL-PAJJIŻ U SKOND IL-MUNITA

Rapportar ta' data taħt ir-Regolament BĊE/2001/13

1. Ir-Regolament BĊE/2001/13 tat-22 ta' Novembru 2001 li jirrigwarda l-balance sheet konsolidata tas-settur ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji [1] jirrekjedi li l-MFIs jipprovdu skomposizzjonijiet kull tliet xhur tal-punti prinċipali tal-balance sheet globali kif definita f'parti 1 tat-taqsima IV u kif speċifikati aktar fit-tabella 3 (analizzata skond il-pajjiż) u tabella 4 (analizzata skond il-munita) tal-parti 2 ta' l-Anness I ta' l-imsemmi Regaolament. Fiż-żewġ tabelli, iċ-ċelluli li jikkorrispondu għall-posizzjonijiet tal-pajjiżi li ser jissieħbu ma' l-UE fl-1 ta' Mejju 2004 huma mmarkati bis-sinjal "#". L-MFIs jirrapportaw data dwar dawn iċ-ċelluli. Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jistgħu madankollu jiddeċiedu li ma jeħtieġux li din id-data tkun rapportata jekk il-figuri miġbura f'livell ogħla ta' aggregazzjoni juru li huma insinifikanti.

2. Jekk il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jiddeċiedu li ma jeħtieġux ir-rapportar tad-data insinifikanti li huma jistmaw, f'intervalli regolari (mill-inqas darba fis-sena), kemm jekk id-data fir-rigward taċ-ċelluli tkun immarkata bis-sinjal "#" kemm jekk le, il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jinfurmaw lill-BĊE u lill-MFIs b'kull tibdila fil-ħtiġijiet tar-rapportar fir-rigward taċ-ċelluli msemmija.

3. Fejn id-data fir-rigward taċ-ċelluli mmarkati bis-sinjal "#" tkun insinifikanti u l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jiddeċiedu li ma jeħtieġux ir-rapportar (sħiħ) tagħhom, jagħmlu stima tad-data billi jagħmlu użu mill-informazzjoni eżistenti, skond il-metodi stabbiliti hawn taħt.

Metodi ta' stima

4. Fejn il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jistmaw id-data billi jagħmlu użu mill-informazzjoni eżistenti, huma jirraportaw din id-data lill-BĊE bħala punti ta' memorandum. Il-metodi ta' stima li ġejjin jistgħu jintużaw (iktar metodi jistgħu jiġu diskussi mal-BĊE każ każ):

- il-figuri ta' kull tliet xhur jiġu stmati fuq il-bażi tad-data rrapportata mill-MFIs fi frekwenza iktar baxxa. Id-data titmexxa għall-perjodu(i) nieqes/neqsin, billi tiġi mħassra jew billi jiġu applikati tekniċi ta' l-istatistika xierqa sabiex jiġi rifless kull tkabbir fit-tendenza jew is-sekwenza skond l-istaġuni,

- il-figuri ta' kull tliet xhur jiġu stmati fuq il-bażi ta' data rapportata mill-MFIs fuq bażi iktar komplessiva, jew fuq il-bażi ta' skomposizzjonijiet speċifiċi li l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jikkunsidraw li jagħmlu sens,

- il-figuri ta' kull tliet xhur jiġu stmati fuq il-bażi ta' data ta'kull tliet xhur miġbura minn MFIs kbar (responsabbli għal mill-inqas 80 % tan-negozju mal-pajjiżi li ser jissieħbu fl-UE fl-1 ta' Mejju 2004),

- il-figuri ta' kull tliet xhur jiġu stmati fuq il-bażi ta' sorsi tad-data alternattivi (bħall-Bank għall-Ftehim Internazzjonali) jew data dwar il-bilanċ tal-pagamenti), wara li jkun sar kull aġġustament neċessarju meħtieġ minħabba l-kunċetti u d-definizzjonijiet użati f'sorsi alternattivi bħal dawn meta mqabbla ma' dawk użati fl-istatistiċi dwar il-flus u l-banek,

- il-figuri ta' kull tliet xhur jiġu stmati fuq il-bażi tad-data tal-pajjiżi li ser jissieħbu fl-UE fl-1 ta' Mejju 2004 li tkun rapportata kull tliet xhur mill-MFIs bħala total wieħed.

Ħeffa tar-rapportar

5. Id-data rapportata bħala punti ta' memorandum taħt dan l-Anness jistgħu jiġu rapportati lill-BĊE b'dewmien ta' xahar ieħor mill-egħluq tan-negozju fit-28 ġurnata tax-xogħol wara t-tmiem tat-tliet xhur li jirreferu għalihom.

"

[1] ĠU L 333, tas-17.12.2001, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament BĊE/2003/10 (ĠU L 250, tat-2.10.2003, p. 17).“”

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

"

L-ANNESS IX

PUNTI TAL-MEMORANDUM LI JRIDU JIĠU PPROVDUTI BI FREKWENZA TA' XAHAR

Skema ta' rapportar

1. Il-punti tal-memorandum elenkati f'dan l-Anness jagħmlu parti mill-grupp ta' spjega tal-punti tal-balance sheet (BSI), li hu mfisser fl-Anness XIII. Is-serje trid tiġi rapportata bi frekwenza ta' xahar u bl-istess ħeffa ta' l-istatistiċi obbligatorji tal-balance sheet ta' kull xahar ta' l-istituzzjoni finanzjarja monetarja (MFI) skon ir-Regolament BĊE/2001/13 tat-22 ta' Novembru 2001 dwar il-balance sheet konsolidata tas-settur ta' l-istituzzjoniiet finanzjarji monetarji [1].

I. Punti tal-memorandum għad-derivazzjoni u l-istima ta' l-aggregato monetarji

2. Għall-finijiet tal-kompilazzjoni ta' l-aggregati monetarji, il-banek ċentrali nazzjonali jirrapportaw informazzjoni ta' l-istatistika dwar skomposizzjonijiet supplimentari ta' "flus fiċ-ċirkolazzjoni" u "titoli ta' debitu maħruġa". Dawn il-punti ta' prijorità għolja tal-memorandum jidhru ġewwa ċelluli b'tipi grassi fit-Tabelli A u B u qed jiġu definiti hawn taħt. Ikunu jinħtieġu l-bqija tal-punti tal-memorandum biex tkun tista' ssir analiżi iktar dettaljata ta' l-istatistiċi tal-balance sheet tal-MFI.

3. Flus fi-ċirkolazzjoni, li minnhom il-flus tal-karta ta' l-ewro (M1), flus tal-karta ta' l-ewro, flus tal-karta tad-denominazzjoni nazzjonali (M2), muniti (M3), muniti denominati fl-ewro (M4) u muniti f'denominazzjonijiet nazzjonali (M5):

- flus tal-karta ta' l-ewro (M1) huma flus tal-karta ta' l-ewro kif inkluża fil-punt "flus fiċ-ċirkolazzjoni",

- flus tal-karta ta' denominazzjoni nazzjonali (M2) huma flus tal-karta denominati fil-munita tal-legati maħruġa mill-banek ċentrali nazzjonali qabel l-1 ta' Jannar 2002 li għadhom ma ġewx mifdija fil-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi). Rapportati minn Jannar 2002, mill-inqas matul l-2002.

- muniti (M3) tirreferi għall-ammont ta' muniti, kemm ewro kif ukoll denominazzjonijiet nazzjonali (li għadhom ma ġewx mifdija), maħruġa minn awtoritajiet nazzjonali (BĊNi u gvernijiet ċentrali) u rrapportati bħala parti mill-punt "flus fiċ-ċirkolazzjoni" fil-balance sheet ta' l-NCB,

- muniti denominati f'ewro (M4) huma muniti denominati f'ewro maħruġa minn awtoritajiet nazzjonali (BĊNi u gvernijiet ċentrali),

- muniti f'denominazzjonijiet nazzjonali (M5) huma muniti denominati f'muniti ta' legati maħruġa minn awtoritajiet nazzjonali (BĊNi u gvernijiet ċentrali) qabel l-1 ta' Jannar 2002 li għadhom ma ġewx mifdija għand il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi).

4. Dawk li huma fil-pussess ta' titoli negozjabbli maħruġa mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/BĊNi (punti M6 sa M8)

Titoli ta' debitu maħruġa mill-BĊE/BĊNi li ġew analizzati skond ir-residenza ta' min huwa fil-pussess tagħhom, skond is-separazzjoni fuq tliet mod kfi ġej: domestiku/Stati Membri oħrajn li qed jipparteċipaw/bqija tad-dinja

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

5. Il-bqija ta' l-attiv u l-passiv, li minnhom il-passiv intra-eurosystem (punt M13)/pretensjonijiet (item M18) relatati ma' l-allokazzjoni tal-flus tal-karta ta' l-ewro

Il-posizzjonijijet nett vis-à-vis l-eurosystem oriġinata minn: 1. tqassim tal-flus tal-karta ta' l-ewro maħruġa mill-BĊE (8 % tal-ħarġiet totali); u 2. l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu dwar l-ishma mill-kapital. L-allokazzjoni tal-pożizzjoni netta ta' kreditu jew debitu tal-bank ċentrali nazzjonali u l-BĊE individwali jew fuq in-naħa ta' l-attivi tal-balance sheet jew fuq in-naħa tal-passiv issir skond il-marka, jiġifieri pożizzjoni posittiva netta vis-à-vis l-eurosystem tiġi rapportata fuq in-naħa ta' l-attiv, filwaqt li pożizzjoni negattiva netta fuq in-naħa tal-passiv.

6. Min għandu fil-pussess tiegħu titoli negozjabbli maħruġa minn MFIs oħrajn bi skomposizzjoni skond id-data ta' meta jagħlqu (punti M19 sa M21 u M28 sa M30) u ukoll skond il-munita (punti M22 sa M27 u M31 sa M36)

Titoli ta' debitu u titoli ta' debitu li jimmaturaw fi żmien qasir maħruġa minn MFIs li ġew analizzati skond ir-residenza ta' min għandu l-pussess tagħhom skond is-separazzjonijiet fuq tliet modi li ġejjin: domestiku/Stati Membri oħajn li qed jipparteċipaw/bqija tad-dinja. Data dwar titoli ta' debitu u titoli ta' debitu li jimmaturaw fi żmien qasir jiġu pprovduti analizzati skond id-data ta' l-iskadenza (sa sena, iktar minn sena u sa sentejn) u aktar dettalji skond il-munita (ewro, muniti barranin).

II. Punti ta' memorandum biex tinkiseb informazzjoni dwar il-weighting għall-istatistiċi dwar ir-rata ta' l-imgħax tal-MFI.

7. Għall-produzzjoni regolari ta' l-istatistiċi [2] dwar ir-rata ta' l-imgħax tal-MFI (hawn iżjed 'il quddiem MIR), hija meħtieġa l-informazzjoni dwar il-weighting biex tgħaqqad flimkien l-istatistiċi nazzjonali ta' l-MIR ma' l-istatistiċi ta' l-MIR għaż-żona ta' l-ewro. Bl-għan li jitnaqqas il-piż tar-rapportar fuq il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), ittieħdet id-deċiżjoni biex bħala sors primarju biex jinkisbu l-koeffiċjenti għall-istatistiċi ta' l-MIR fuq ammonti pendenti kif ukoll fuq statistiċi magħżula ta' l-MIR fuq negozju ġdid, tintuża l-informazzjoni ta' l-istatistika diġà rrapportata mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) fil-kuntest ta' l-istatistiċi tal-BSI.

8. Fuq il-bażi tad-disponibilità tad-data skond ir-Regolament BĊE/2001/13 l-informazzjoni dwar il-weighting għall-kategoriji differenti rilevanti li jirreferu għal negozju ġdid u ammonti pendenti tista' tkun faċilment ippjanata mill-istatistiċi tal-balance sheet tal-MFI. Madankollu, għall-kategoriji ta' l-istrumenti tas-self fil-qasam ta' l-ammonti pendenti [3] id-data obbligatorja tal-BSI ma tippermettix li jsir kontroll preċiż.

9. Għall-dawn il-kategoriji ta' stumenti ta' self, is-serje (obbligatorja) tal-BSI tkopri l-muniti kollha tat-transazzjonijiet, filwaqt l-istatistiċi ta' l-MIR jikkunsidraw self denominat fl-ewro biss. Is-serje tal-BSI li tirreferi biss għall-ewro bħala l-munita tat-transazzjoni skond ir-Regolament BĊE/2001/13, hija disponibbli bl-analiżi meħtieġa skond is-settur, imma mingħajr ebda distinzjoni skond id-data ta' l-iskadenza lanqas (fi ħdan is-settur tal-familja) skond it-tip ta' self.

10. Għal din il-kategorija ta' self, il-weighting għandu għalhekk ikun ibbażat fuq is-serje tal-BSI li tirreferi għal self f'kull munita. Madankollu, is-serje tiġi aġġustata skond id-daqs ta' l-ewro mat-total kollu tal-muniti tat-transazzjoni.

11. Wara li saru kuntatti bilaterali, numru ta' banek ċentrali nazzjonali BĊNi (sa llum: il-Belġju, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburegu, l-Awstrija, il-Portugall u l-Finlandja) huma, madankollu, ukolll f'pożizzjoni li jopprovdu l-analiżijiet meħtieġa għas-self denominat fl-ewro. Għal dan il-għan, ġew stabbiliti l-punti ta' memorandum li ġejjin:

+++++ TIFF +++++

"

[1] ĠU L 333, tas-17.12.2001, p.1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament ECB/2003/10 (ĠU L 250, tat-2.10.2003, p.17).

[2] According to Regulation ECB/2001/18 of 20 December 2001 concerning statistics on interest rates applied by monetary financial institutions to deposits and loans vis-à-vis households and non-financial corporations (OJ L 10, 12.1.2002, p. 24).

[3] See Regulation ECB/2001/18, Annex II, Appendix 1: indicators 6 to 14.

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

"

L-ANNESS XVII

LISTA TA' ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI MONETARJI

LINJI GWIDA GĦAR-RAPPORTAR TA' L-AĠĠORNAMENTI

Introduzzjoni

1. Dawn il-linji gwida jipprovdu informazzjoni dwar il-ġbir, il-validazzjoni u t-tixrid tal-lista ta' istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs). Il-lista ta' MFIs hija ġabra ta' istituzzjonijiet li jirriflettu s-setturi nazzjonali tal-MFI ta' l-Unjoni Ewropea ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea.

Aġġornamenti ad hoc għall-lista tal-MFIs

2. Aġġornamenti ad hochuma obbligatorji u jsiru jekk ikun hemm bdil fis-settur tal-MFI, jiġifieri istituzzjoni tissieħeb mas-settur tal-MFI, jew MFI eżistenti tħalli s-settur ta'.

3. Aġġornamenti ad hoc huma wkoll obbligatorji fejn ikun hemm xi bdil fil-kwalitajiet tal-MFIs eżistenti.

4. Istituzzjoni tista' tissieħeb mas-settur tal-MFI għal kull waħda mir-raġunijiet ta' hawn taħt:

- it-twaqqif ta' MFI bħala riżultat ta' għaqda,

- it-twaqqif ta' entitajiet legali ġodda bħala riżultat tal-qasma ta' MFI eżistenti,

- it-twaqqif ta' MFI ġdid,

- bidla fl-istatus ta' istituzzjoni li qabel ma kienetx MFI, b'mod li ssir MFI.

5. Istituzzjoni tista' tħalli s-settur tal-MFI għal kull waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

- l-implikazzjoni ta' MFI f'xi għaqda,

- ix-xiri ta' MFI minn istituzzjoni oħra,

- il-qsim ta' MFI f'entitajiet legali separati,

- bidla fl-istatus ta' MFI, b'mod li ma tibqax MFI,

- il-likwidazzjoni ta' MFI.

6. It-trasmissjoni ta' aġġornamenti ad hoc tas-settur tal-MFI hija obbligatorja, kemm sabiex tkun garantita konsistenza sħiħa mal-kontropartijiet eliġibbli għall-operazzjonijiet ta' politika monetarja (hawn iżjed 'il quddiem "MPEC") u għar-rilaxx kull xahar tal-lista tal-MFIs fuq il-websajt tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

7. Meta tkun qed tiġi rapportata istituzzjoni ġdida jew istituzzjoni li hemm bżonn tkun mibdula, għandhom jiġu kompletati l-fatturi obbligatorji kollha.

8. Meta tkun qed tiġi rapportata istituzzjoni li tħalli s-settur tal-MFI (li m'hijiex parti mill-għaqda) bħala minimu l-informazzjoni li ġejja għandha tkun rapportata: it-tip ta' talba (jiġifieri ħassar) u l-kodiċi ta' l-identifikazzjoni (hawn iżjed 'il quddiem "id") tal-MFI (jiġifieri l-fattur "mfi_id").

Riallokazzjoni tal-kodiċi MFI id

9. Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ma għandhomx jirriallokaw il-kodiċi MFI id ta' MFIs mħassra lil MFIs ġodda.

10. F'każ li dan ma jistax jiġi evitat, għandha tintbagħat talba ta' "mfi_req_realloc" lill-BĊE. Ir-riallokazzjoni ta' kodiċi MFI id tiġi mmaniġġjata mill-BĊE bħala allokazzjoni ta' kodiċi ġdid lil MFI ġdida, bid-differenza li s-sistema ma tikkontrollax l-arkivji tal-MFI biex tfittex MFIs li jaqblu. Wieħed irid jinnota li jekk il-kodiċi tal-MFI id li jkun qed jiġi riallokat jeżisti fil-lista eżistenti tal-MFIs, f'dan il-każ it-talba tkun miċħuda.

11. F'każ li l-kodiċi tal-MFI id ta' MFI eżistenti jkun irid jinbidel għal dak ta' MFI li jkun tħassar, f'dan il-każ għandha tintbagħat talba ta' "mfi_req_mod_id_realloc" lill-BĊE. Dan jippermetti li sseħħ bidla tal-kodiċi tal-MFI id u riallokazzjoni ta' kodiċi eżistenti tal-MFI id f'operazzjoni waħda. Kull darba li jinbidel kodiċi tal-MFI id b'dan il-mod l-MFIs kollha eżistenti jiġu kkontrollati biex isir magħruf jekk il-kodiċi tal-MFI id antik kienx rapportat għall-uffiċċju ċentrali ta' MFI eżistenti (jiġifieri għal fergħa barranija); jekk ikun hekk, il-kodiċi tal-MFI id ta' l-uffiċċju ċentrali ikun aġġornat awtomatikament. Wieħed irid jonnota li jekk il-kodiċi ġdid tal-MFI id diġà ntuża u t-talba m'hijiex mfi_req_mod_id_realloc (jew il-kodiċi ġdid tal-MFI id jinsab fil-lista kurrenti) it-talba tiġi miċħuda.

Fatturi trasmessi

12. It-tabella ta' hawn taħt tispjega l-fatturi li huma miġbura għall-lista tal-MFIs u jekk humiex obbligatorji jew le. Jekk jogħġbok irreferi għat-taqsima dwar il-"Kontrolli ta' validazzjoni" ta' hawn taħt għal iktar dettalji dwar kull fattur. Innota li jekk m'huwiex iddikjarat b'mod espliċitu mod ieħor, it-termini "għaqdiet" jirreferi għal attività domestika ta' għaqda.

Status | Isem il-fattur | Deskrizzjoni |

Obbligatorju | object_request | It-tip ta' aġġornament tal-MFI mibgħut. Jista' jkun wieħed minn seba' valuri definiti minn qabel: "mfi_req_new", "mfi_req_mod", "mfi_req_del", "mfi_req_merger", "mfi_req_realloc", "mfi_req_mod_id_realloc" u "mfi_req_mod_id". |

Obbligatorju | mfi_id | Il-kodiċi uniku id tal-partijiet: "host" u "id" MFI. Kompost minn 2 |

Obbligatorju: meta jkun parti mill-kodiċi id | host | Il-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-MFI, mogħti bħala kodiċi ISO ta' pajjiż b'żewġ karattri |

Obbligatorju: meta jkun parti mill-kodiċi id | id | Il-kodiċi id għall-istituzzjoni (mingħajr il-kodiċi ISO tal-pajjiż "host" b'żewġ karattri bħala prefiss) |

Obbligatorju | name | L-isem ta' reġistrazzjoni sħiħ tal-MFI |

Obbligatorju: għal talbiet "new" u "mod" | address | Id-dettalji tal-post tal-MFI. Komposti minn erba' partijiet: "address", "box", "code" and "city" |

Obbligatorju: għal talbiet for "new" u "mod" | postal_address | L-isem tat-triq u n-numru tal-bini |

Obbligatorju: għal talbiet "new" u "mod" | postal_box | In-numru tal-kaxxa postali |

Mandatory: for "new" and "mod" requests | postal_code | Il-kodiċi postali |

Mandatory: for "new" and "mod" requests | city | Il-belt tal-lokalità |

Obbligatorju: għal talbiet "new" u "mod" requests | category | Tindika t-tip ta' MFI. Din tista' tkun valuri definit minn qabel: Waħd minn bank ċentrali, fond għal self ta' erba' flus għal żmien qasir u istituzzjonijiet istituzzjoni oħra |

Obbligatorju: għal talbiet "new" u "mod" | report | Tindika jekk l-MFI jirrapportax statistiċi ta' balance sheet kull xahar jew le. Tista' tkun waħda minn żewġ valuri definiti minn qabel: veru jew falza |

Mhux obbligatorju | order_r | Tindika l-ordni mixtieqa tal-Lista tal-MFIs jekk ma tkunx applikabbli l-ordni alfabetika bl-Ingliż. |

Obbligatorju għal fergħat barranin | head_of_branch | Tindika li l-MFI hija fergħa barranija. Jista' jkollha waħda minn tliet valuri: "non_eu_head", "eu_non_mfi_head" jew "eu_mfi_head" |

Obbligatorju għal fergħat barranin | non_eu_head | L-uffiċċju ċentrali mhux residenti fl-UE. Kompost minn żewġ partijiet: "host" u "name" |

Obbligatorju għal fergħat barranin | eu_non_mfi_head | Tispeċifika li l-uffiċċju ċentrali huwa residenti fl-UE u m'huwiex MFI. Kompost minn żewġ partijiet: "non_mfi_id" u "name" |

Obbligatorju għal fergħat barranin | eu_mfi_head | Tispeċifika li l-uffiċċju ċentrali huwa residenti fl-UE u huwa MFI. Il-valur għal dan il-fattur huwa kompost minn "mfi_id" |

Obbligatorju għall-għaqdiet | mfi_req_merger | Tispeċifika li informazzjoni fuq l-għaqda qed tintbagħat |

Obbligatorju għall-għaqdiet | submerger | Taħt kull "submerger", għandhom jiġu rrapportati istituzzjonijiet li jkollhom l-istess "data" ta' l-effett legali ta' l-attività ta' l-għaqda. Komposti minn erba' partijiet: "date", "comment", "involved_mfi" u "involved_non_mfi" |

Obbligatorju għall-għaqdiet ta' istituzzjonijiet ma' dawm ta' pajjiżi differenti | involved_mfi | Tispeċifika li MFI huwa mdaħħal f'laqgħa ma' istituzzjoni ta' pajjiż ieħor. Il-valur għal dan il-fattur huwa kompost minn "mfi_ref" |

Obbligatorju għall-għaqdiet | involved_non_mfi | Tispeċifika li istituzzjoni li m'hijiex hija involuta fl-għaqda. Il-valur għal dan il-fattur huwa kompost minn "non_mfi_obj" |

Obbligatorju għall-għaqdiet ta' istituzzjonijiet ma' dawk ta' pajjiżi differenti | mfi_ref | Dettalji ta' MFI imdaħħal f'għaqda ma' istituzzjoni ta' pajjiż ieħor. Kompost minn żewġ partijiet: "mfi_id" u"name" |

Obbligatorju għall-għaqdiet | non_mfi_obj | Dettalji ta' istituzzjoni mhux MFI imdaħħla f'għaqda ma' MFI. Komposta minn żewġ partijiet:"non_mfi_id" u "name" |

Obbligatorju għall-għaqdiet | non_mfi_id | Dettalji ta' istituzzjoni li mhux MFI mdaħħla f'għaqda ma' MFI. Komposta minn żewġ partijiet: "host" u "id". Tul ta' ħames karattri |

Mhux applikabbli għall-aġġornamenti ta' l-NCB. Għat-tixrid biss. | BCE_id | Kodiċi uniku stabbilit mill-BĊE, mogħti lil kull MFI. Dan il-fattur jintbagħat, permezz tas-Sistema ta' Skambju tad-Data N13, lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), bit-tixrid standard kollu. Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jistgħu jagħżlu jew li jaċċettaw jew li jħassruh. |

Mhux applikabbli għall-aġġornamenti tal-banek ċentrali nazzjonali (NCB). Għat-tixrid biss. | head_bce_id | Kodiċi uniku stabbilit mill-BĊE, mogħti lill-uffiċċji ċentrali tal-fergħat barranin ta' l-UE MFI. Dan il-fattur jintbagħat, permezz tas-Sistema ta' Skambju tad-Data N13, lill-banek ċentrali nazzjonali, bit-tixrid standard kollu. Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jistgħu jagħżlu jew li jaċċettaw jew li jħassruh. |

Talbiet għall-għaqda

13. Diversi eżempji qed jingħataw hawn taħt tal-fatturi li jridu jintużaw biex ikunu rapportati għaqdiet kemm domestiċi kif ukoll dawk trans-konfini, bejn MFI u MFIs u/jew mhux MFIs oħrajn. Qed jiġu indikati ukoll ix-xenarji li jinvolvu kemm l-istess dati ta' l-effett legali ta' attività ta' għaqda kif ukoll dawk differenti. Innota li s-sitwazzjonijiet ta' hawn taħt huma kampjuni u ma jirrappreżentawx lista ta' kull xenarju possobbli ta' għaqda. Barra dan, ir-riżultat speċifikat għal sitwazzjoni huwa biss wieħed minn ħafna riżultati possibbbli għal dik it-tip ta' għaqda.

14. Għal-linji gwidi xierqa dwar l-iskema ta' rapportar ta' l-XML għandha ssir referenza għall-"Exchange Specification for the N13 Phase II Data Exchange System" (ara t-taqsima dwar ir-"Referenza" hawn taħt.

Eżempji ta' talbiet għall-għaqdiet

Referenza | Sitwazzjoni | Fatturi varjabbli ta' l-għaqda li għandhom jintużaw biex jirrapportaw is-sitwazzjoni |

1 | Għaqda domestika bejn żewġ MFIs Riżultat: il-liċenzi tal-MFI-1 u l-FI-2 jiġu irtirati. Tiġi stabbilita istituzzjoni ġdida (MFI-3) mill-għaqda. Hemm data waħda b'effett legali għal din l-għaqda (date-1) | Mfi_req_merger Submerger date (date-1) mfi_req_del (MFI-1) mfi_req_del (MFI-2) mfi_req_new (MFI-3) |

2 | Riżultat ta' għaqda domestika bejn tliet MFIs: MFI-1 u MFI-2 huma involuti f'attività ta' għaqda fid-data-1, bil-konsegwenza li l-liċenza ta' MFI-2 tiġi irtirata. MFI-1 imbagħad tingħaqad ma' MFI-3 fid-data-2. MFI-1 tibdel isimha u tiġi irtirata l-liċenza ta' MFI-3 Nota: Fid-data-1, MFI-1 tiġi rrapportata bħala bidli, anki jekk ma kienx hemm tibdiliet fil-kwalità | Mfi_req merger Submerger date (date-1) mfi_req_mod (MFI-1) mfi_req_del (MFI-2) submerger date (date-2) mfi_req_mod (MFI-1) mfi_req_del (MFI-3) |

3 | Għaqda domestika bejn żewġ istituzzjonijiet, MFI u istituzzjoni li m'hijiex MFI Riżultat: MFI-1 tibdel isimha. Hemm data ta' effett legali waħda għal din l-għaqda (data-1) Nota: Il-bidla fl-istituzzjoni li m'hijiex MFI m'hijiex rapportata, ħlief id-dettalji ta' l-id | mfi_req_merger submerger date (date-1) mfi_req_mod (MFI-1) involved_non_mfi non_mfi_obj non_mfi_id |

4 | Għaqda trans-konfini bejn żewġ MFIs (MFI-1 fil-pajjiż X u MFI-2 fil-pajjiż Y), bl-MFI li jirriżulta lokalizzat fil-pajjiż X Riżultat: Il-liċenzi kemm ta' MFI-1 u MFI-2 jiġu irtirati. Tiġi stabbilita istituzzjoni ġdida (MFI-3) mill-għaqda, fil-pajjiż X. Id-data ta' l-effett legali hija data-1 Nota: F'għaqda trans-konfini, it-talbiet mill-pajjiżi involuti jridu jaslu qabel tiġi implimentata l-informazzjoni dwar l-għaqda. Sa dak il-mument, kull talba tkun meqjusa li qegħda fi stat "inkompleta" fis-sistema. | Country X sends this request: mfi_req_merger submerger date (date-1) mfi_req_del (MFI-1, country X) mfi_req_new (MFI-3, country X) involved_mfi mfi_ref (MFI-2, country Y) Country Y sends this request: mfi_req_merger submerger date (date-1) mfi_req_del (MFI-2, country Y) involved_mfi mfi_ref (MFI-1, country X) mfi_ref (MFI-3, country X) |

Frekwenza tat-trasmissjoni

15. It-trasmissjoni ta' aġġornamenti ad hoclill-BĊE għandha tiġi effettwata hekk kif iseħħu l-bidliet fis-settur tal-MFI.

Mezz ta' trasmissjoni u l-format tal-fajl

16. Aġġornamenti ad hoc għandhom jiġu trasmessi fil-format XML, permezz tas-Sistema ta' l-Iskambju tad-Data N13

17. F'każ li tfalli s-Sistema ta' l-Iskambu tad-Data N13, l-aġġornamenti għandhom jiġu trasmessi fil-format XML permezz ta' l-N13 Cebamail account.

18. Għal dettalji sħaħ tas-Sistema ta' l-Iskambu tad-Data N13 għat-trasmissjoni ta' l-aġġornamenti tal-MFI, jekk jogħġbok irreferi għad-dokument dwar l-"Exchange Specification for the N13 Phase II Data Exchange System" (ara t-taqsima dwar ir-"Referenza" hawn taħt).

19. Meta jintużaw proċeduri ta' input manwali, il-banek ċentrali nazzjonali għandu jkollhom sett adegwat ta' kontrolli biex inaqqsu kemm jista' jkun l-iżbalji ta' waqt it-tħaddim u jiggarantixu l-eżattezza u l-konsistenza ta' l-aġġornamenti tal-MFI rapportati permezz tas-Sistema ta' l-Iskambju tad-Data N13.

Kontrolli ta' validazzjoni

20. Il-kontrolli ta' validazzjoni li ġejjin għandhom jitwettqu qabel jiġu trasmessi l-aġġornamenti tal-MFI lill-BĊE. Il-BĊE implimenta l-istess kontroll ta' validazzjoni, u għalhekk l-aġġornamenti kollha li jaslu għand il-BĊE u li jgħaddu l-kontrolli ta' validazzjoni jiġu implimentati awtomatikament fid-dataset tal-MFI.

Ġenerali

(i) Il-fatturi varjabbli obbligatorji kollha huma kompletati.

(ii) Il-valuri għall-fattur varjabbli "object_request" huma wieħed minn seba' tipi definiti minn qabel:

- "mfi_req_new" (Tispeċifika li l-informazzjoni fuq MFI ġdid ingħatat),

- "mfi_req_mod" (Tispeċifika li l-informazzjoni fuq tibdiliet lil MFI eżistenti ingħatat),

- "mfi_req_del" (Tispeċifika li l-informazzjoni fuq MFI eżistenti li trid titħassar ingħatat),

- "mfi_req_merger" (Tispeċifika li l-informazzjoni fuq istituzzjonijiet involuti f'għaqda ingħatat),

- "mfi_req_realloc" (Tispeċifika li r-riallokazzjoni ta' mfi_id imħassra għal MFI ġdid ingħatat),

- "mfi_req_mod_id_realloc" (Tispeċifika li bidla tal-MFI_id ta' MFI eżistenti għal dik ta' MFI mħassra ingħatat),

- "mfi_req_mod_id" (Tispeċifika li bidla ta' mfi_id hija meħtieġa).

(iii) Is-sett tal-karattru nazzjonali jista' jintuża meta jiġu rrapportati l-aġġornamenti lill-BĊE. Innota li meta l-"Unicode" jirċievi l-informazzjoni mill-BĊE, permezz tas-Sistema ta' l-Iskambju tad-Data, ikun mistenni li jintwerew b'mod korrett is-settijiet tal-karattri speċjali kollha.

(iv) Meta tirrapporta l-aġġornamenti, il-Greċja għandha tuża l-alfabett Ruman.

Kodiċi Id

(v) Il-fattur varjabbli "mfi_id" huwa kompost minn żewġ partijiet, fattur varjabbli "host" u fattur varjabbli "id". Il-valuri għaż-żewġ partijiet magħquda flimkien għandu jiggarantixi li l-mfi_id huwa uniku għal dak l-MFI. L-"mfi_id" hija ċ-ċavetta prinċipali għall-MFI dataset.

(vi) Il-valur għall-fattur varjabbli "host" għal MFI jista' jkun biss kodiċi ISO ta' pajjiż ta' l-UE b'żewġ karattri.

(vii) Kodiċi id li jkun diġà ntuża qabel ma għandux ikun allokat lil MFI ġdid. (F'ċirkustanzi eċċezzjonali, irreferi għat-taqsima dwar ir-"Riallokazzjoni tal-kodiċi MFI id" hawn fuq.)

(viii) Sabiex tiżgura konsistenza, uża l-istess kodiċi id rilaxxati kull xahar fil-lista tal-MFIs fuq il-websajt tal-BĊE.

(ix) Meta tirrapporta bidla fil-kodiċi id, għandha tintuża talba speċifika "mfi_req_mod_id".

(x) Meta tirrapporta bidla fil-kodiċi id ta' kodiċi id li jkun diġà tħassar qabel, għandha tintuża talba speċifika "mfi_req_mod_id_realloc" (irreferi għat-taqsima dwar ir-"Riallokazzjoni tal-kodiċi d MFI id" hawn fuq).

(xi) Jekk il-fattur varjabbli "mfi_id" ikun inkomplet, mhux eżatt jew nieqes it-talba sħiħa ma tiġix milqugħa.

Isem

(xii) L-isem sħiħ, reġistrat ta' l-istituzzjoni mal-bank ċentrali nazzjonali (NCB).

Inkludi d-deskrizzjoni tal-kumpanija fl-isem, jiġifieri Plc, Ltd, SpA, eċċ. Id-deskrizzjoni tal-kumpanija għandha tkun rapportata b'mod konsistenti għall-ismijiet kollha fejn dan ikun applikabbli.

(xiii) Għandha tiġi segwita l-konvenzjoni dwar it-tipi minuskuli rigward l-użu ta' l-aċċenti.

(xiv Uża t-tipi minuskuli, fejn applikabbli.

(xv) Jekk il-fattur varjabbli "isem" huwa inkomplet, mhux eżatt jew nieqes tiġi miċħuda t-talba sħiħa.

Indirizz

(xvi) Mill-inqas waħda mill-fatturi varjabbli ta' l-indirizz "postal_address", "postal_box" or "postal_code" għandha tiġi mimlija. Ir-raba' fattur varjabbli, "belt", huwa obbligatorju.

(xvii) Għall-"indirizz_postali", indika l-isem tat-triq u n-numru tat-triq ta' l-istituzzjoni.

(xviii Għall-"kaxxa_postali", uża s-sistemi nazzjonali tal-konvenzjoni dwar il-kaxex. Ma għandom jitpoġġew l-ebda referenzi ta' test tal-kaxxa postali qabel in-numri tal-"kaxxa_postali", li jistgħu ikunu alfanumeriċi.

(xix) Għall-"kodiċi_postali", speċifika l-kodiċi postali rilevanti. Uża l-konvenzjonijiet dwar is-sistemi postali nazzjonali. Il-"kodiċi_postali" jista' jkun alfanumeriku.

(xx) Jekk is-sett tal-fatturi varjabbli ta' l-"indirizz" ikun inkomplet, mhux eżatt jew nieqes tiġi miċħuda t-talba sħiħa.

Belt

(xxi) Għall-fattur varjabbli "belt", speċifika l-belt tal-lokalità.

(xxii) Jekk il-fattur varjabbli "belt" ikun inkomplet, mhux eżatt jew nieqes tiġi miċħuda t-talba sħiħa.

Kategorija

(xxiii) Għall-fattur varjabbli "kategorija", indika t-tip ta' MFI skond erba' valuri definiti minn qabel: "bank ċentrali", "istituzzjoni ta' kreditu", "fond għall-self ta' flus għal żmien qasir" jew "istituzzjoni oħra". Uża t-tipi minuskuli, ħlief għall-posizzjonijiet tal-bidu, li jridu jkunu f'ittri kapitali.

(xxiv) Jekk il-fattur varjabbli "kategorija" huwa inkomplet, mhux eżatt jew nieqes tiġi miċħuda t-talba sħiħa.

Rapport

(xxv) Għall-fattur varjabbli "rapport", indika jekk l-MFI hijiex suġġetta għall-ħtiġijiet dwar rapportar sħiħ (veru) jew alternattivament eżenti milli tagħmel rapport sħiħ kull xahar (falz). Tiġi milqugħa waħda biss minn dawn il-valuri definiti minn qabel.

(xxvi) Jekk il-fattur varjabbli "rapport" huwa inkomplet, mhux eżatt jew nieqes tiġi miċħuda t-talba sħiħa.

Ordni

(xxvii) Għall-fattur varjabbli "ordni_r", indika l-ordni mixtieqa tal-lista tal-MFIs, jekk ma tkunx applikabbli l-ordni alfabetika bl-Ingliż.. Agħti valur numeriku għal kull MFI f'ordni min-numru ż-żgħir għall-kbir.

(xxviii) Il-fattur varjabbli "ordni_r" m'huwiex obbligatorju. Jekk dan ikun inkomplet jew nieqes (u jkunu twettqu l-kontrolli ta' validazzjoni kollha), it-talba tiġi implimentata fl-MFI dataset.

Kontroll tal-fergħa barranija

(xxix) Jekk l-MFI hija fergħa barranija, irid jiġi mimli l-valur għall-fattur varjabbli "kap_tal_fergħa".

(xxx) Għall-fattur varjabbli "kap_tal-_fergħa", indika t-tip ta' uffiċċju ċentrali skond wieħed mill-fatturi varjabbli definiti minn qabel: "kap_mhux_ta' l-ue", "kap_mfi_mhux_ue_" jew "kap_mfi_ue".

(xxxi) Jekk il-fattur varjabbli "kap_tal-_fergħa" jingħata bħala "kap_mhux_ta' l-ue" (uffiċċju mhux residenti fl-UE) għandhom jingħataw isem il-pajjiż u l-isem ta' l-uffiċċju ċentrali.

(xxxii) Jekk il-fattur varjabbli "kap_tal-_fergħa" jingħata bħala "kap_mfi_mhux_ue" (uffiċċju residenti fl-UE, li m'huwiex MFI) għandhom jingħataw isem il-pajjiż, isem u l-id ta' l-uffiċċju ċentrali. L-id tal-mhux_mfi jista' jkun jew "OFI" istituzzjoni finanzjarja oħra) jew kodoċi ISO tal-pajjiz b'żewġ karattri segwit minn suffiss li jirreferi għall-klassifikazzjoni adatta tas-settur ta' l-ESA 95 [1].

(xxxiii) Jekk il-fattur varjabbli "kap_tal-_fergħa" huwa "kap_mfi_ue" (MFI), għandhom jingħataw il-pajjiż u l-id ta' l-uffiċċju ċentrali. Jekk jogħġbok irreferi għall-aktar lista riċenti ta' kull xahar tal-MFIs disponibbli fuq il-websajt tal-BĊE għall-aktar informazzjoni aġġornata dwar l-MFI.

(xxxiv) Jekk il-fattur varjabbli "kap_tal-_fergħa" huwa "kap_mfi_ue" (MFI), ma għandux jingħata isem l-uffiċċju ċentrali. Bħala parti mill-mekkaniżmu ta' kontroll tal-validazzjoni tal-BĊE, fejn l-id ta' l-uffiċċju ċentrali jkun mogħti, hemm aġġornament awtomatiku ta' l-ismijiet ta' l-uffiċċji ċentrali tal-fergħat barrinin kollha residenti fl-UE. Dan isir għall-MFI dataset kollha kull darba li tkun rapportata MFI u jkun bidla fil-fattur varjabbli ta' l-"isem".

(xxxv) Jekk xi wieħed mill-kontrolli tal-validazzjoni ta' hawn fuq (xii sa xvii) ma jsirx kif suppost, tiġi miċħuda t-talba sħiħa.

(xxxvi) Jeżistu żewġ każi fejn informazzjoni inkonsistenti dwar l-uffiċċju ċentrali tiġi aċċettata mill-MFI dataset tal-BĊE:

- jekk il-fattur varjabbli "kap_tal-_fergħa" jingħata bħala "kap_mfi_ue" imma l-id ta' l-uffiċċju ċentrali ma taqbilx ma' dik tal-MFI dataset tal-BĊE, it-talba xorta tiġi aċċettata. Madankollu, l-isem ta' l-uffiċċju ċentrali ma jkunx jidher fl-MFI dataset tal-BĊE,

- jekk tintbagħat talba għal bidla fil-kodiċi tal-MFI id, hemm il-possibiltà li l-informazzjoni dwar l-uffiċċju ċentrali li tirreferi għall-fergħat barranin residenti fi Stati Membri oħrajn, ta' dik l-MFI, issir inkonsistenti.

Biex tpatti għal din l-ineżattezza, is-Sistema ta' l-Iskambju tad-Data N13 tibgħat lista ta' informazzjoni inkonsistenti ta' l-uffiċċji ċentrali flimkien mad-dikjarazzjonijiet ta' l-irċevuti mibgħuta lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi).

Kontrolli dwar għaqdiet

(xxxvii) Il-fattur varjabbli "talba_għaqda_mfi" huwa obbligatorju, meta jkunu qed jiġu rapportati għaqdiet domestiċi jew trans-konfini.

(xxxviii) Il-fattur varjabbli "sotto-amalgamazzjoni" huwa obbligatorju. Kull grupp (jiġifieri tnejn jew iktar istituzzjonijiet) li jaqsmu bejniethom l-istess data ta' effett legali ta' l-amalgamazzjoni għandhom jiġu rrapportati taħt tikketta separata tas-"sotto-amalgamazzjon".

(xxxix) Meta l-fattur varjabbli "sotto-amalgamazzjoni" jkun speċifikat, irid jimtela valur għall-fattur varjabbli "data". Il-mili tal-fattur varjabbli "data" huwa obbligatorju.

(xl) Mill-inqas istituzzjoni waħda involuta fl-amalgamazzjoni għandha tkun MFI (jiġifieri, m'huwiex possibbli li jiġu rrapportati amalagamazzjonijiet bejn istituzzjonijiet li m'humiex MFIs biss).

(xli) Jekk ma jkunx hemm tibdil fil-kwalitajiet ta' MFI bħala riżultat ta' attività ta' amalgamazzjoni, din l-MFI trid tkun irrapportata bħala modifika (jiġifieri "talba_modifika_mfi"). Dan sabiex ikun garantit li l-MFIs kollha involuti f'amalgamazzjoni jkunu rrapportati.

(xlii) Il-fattur varjabbli "mfi_involuti" huwa obbligatorju biss meta jkunu qed jiġu rrapportati amalgamazzjonijiet trans-konfini (jiġifieri l-"mfi_involuti" ikun fiha l-informazzjoni ta' l-istituzzjoni residenti fi Stat Membru ieħor).

(xliii) Jekk istituzzjoni tkun speċifikata bħala "mfi_involuta", għandu jiġi mimli l-fattur varjabbli "ref_mfi".

(xliv) Il-fattur varjabbli "ref_mfi" huwa kompost minn żewġ partijiet: "mfi_id" (li tikkonsisti fl-"isem" u l-"id" ta' l-istituzzjoni) u l-"isem".

(xlv) Informazzjoni dwar amalgamazzjoni trans-konfini ma tiġix implimentata fl-MFI dataset tal-BĊE, sakemm talbiet mimlija ta' amalgamazzjoni mill-Istati Membri kollha involuti ma jkunux ġew irrapportati u validati.

(xlvi) Jekk istituzzjoni tkun speċifikata bħala "istituzzjoni_mhux_mfi_involuta", għandhom jimtlew l-"id_istituzzjoni_mhux_mfi" u l-"isem".

(xlvii) L-"id_istituzzjoni_mhux_mfi" ta' "istituzzjoni_mhux_mfi_involutiai" hija komposta minn żewġ partijiet: "pajjiż" u "id", u hija twila ħames karattri. Il-"pajjiż" huwa kodiċi ISO ta' pajjiż b'żewġ karattri. L-"id" huwa twil tliet karattri u jirreferi għall-klassifikazzjoni adatta tal-klassifikazzjoni tas-settur ta' l-ESA95.

(xlviii) Jekk xi waħda mill-kontrolli ta' validazzjoni ta' hawn fuq (xx sa xxx) ma tiġix osservata, tiġi miġħdua t-talba sħiħa.

Kontroll bir-reqqa tal-MFI-MPEC

21. Jekk ikun meħtieġ kontroll bir-reqqa tad-data bejn id-datasets tal-MFI u dawk ta' l-MPEC, agħmel sinjal għall-kontroll bir-reqqa fil-fajl li qed jiġi trasmess fis-Sistema ta' l-Iskambu tad-Data N1.

22. Il-kontroll bir-reqqa jsir fuq l-informazzjoni sħiħa tal-MFI u l-MPEC rrapportata mill-bank ċentrali nazzjonali (NCB) (jiġifieri inkluż l-informazzjoni eżistenti tal-MFI u l-MPEC fid-datasets rispettivi tagħhom) u mhux biss fuq l-informazzjoni li tkun waslet fil-fajli li jkun fih is-sinjal. Ir-riżultati jintbagħtu lura immedjatament f'forma ta' dikjarazzjoni ta' riċevuta. Is-sinjal għall-kontroll bir-reqqa jrid jintuża bil-mod li ġej:

- fejn id-data tal-MFI u l-MPEC tista' tiġi kkordinata bejn oqsma tan-negozju rispettivi, is-sinjal għall-kontroll bir-reqqa għandu jiddaħħal biss fit-tieni fajl mibgħut rigward it-talba korrispondenti tal-MFI jew l-MPEC,

- fejn il-kordinazzjoni ma tkunx possibbli, għandu jintbagħat fl-aħħar tal-ġurnata messaġġ addizzjonali li jkun fih biss is-sinjal għall-kontroll bir-reqqa. Dan il-messaġġ jista' jintbagħat minn wieħed mill-oqsma tan-negozju tal-MFI-MPEC jew mit-tnejn li huma,

- fejn kontroll bir-reqqa m'huwiex meħtieġ immedjatament għall-konsistenza tal-MFI-MPEC, ma għandux jitpoġġa s-sinjal fil-fajl,

- meta l-kontroll ikun meħtieġ li jisr aktar tard fil-ġurnata, id-data għandha tintbagħat mingħajr is-sinjal għall-kontroll bir-reqqa. Fajl vojt li jkollu s-sinjal għall-kontroll bir-reqqa għndu jintbagħat sussegwentement. F'dan il-każ. billi m'hemmx data biex tkun ikkontrollata fil-fajl vojt, jiġi mwettaq il-kontroll bir-reqqa mill-ewwel.

- Id-dikjarazzjoni ta' riċevuta jkun fiha biss ir-riżultat tal-kontroll bir-reqqa bejn id-datasets tal-MFI u l-MPEC.

23. Kontroll bir-reqqa tal-MFI-MPEC iservi biss bħala twissija. Għalhekk, jekk il-kontroll bir-reqqa jfalli, it-talba xorta tiġi implimentata fid-dataset tal-MFI tal-BĊE.

24. Id-diskrepanzi tal-MFI u l-MPEC jiġu kkontrollati mill-oqsma tan-negozju tal-MFI u l-MPEC rispettivi, ħames ġranet tax-xogħol qabel, u fil-ġurnata tar-rilaxx ta' l-aħħar tax-xahar. Il-banek ċentrali nazzjonali jiġu mfakkra, permezz ta' e-mail, biex jirriżolvu d-diskrepanzi b'mod urġenti. Jekk id-diskrepanzi ma jistgħux jiġu riżolti qabel ir-rilaxx, il-banek ċentral nazzjonali (BĊNi) jiġu mitluba li jagħtu spjegazzjoni. Innota li rekords tal-MFI-MPEC li jkunu inkonsistenti ma jiġux ippubblikati fil-websajt tal-BĊE fl-aħħar ta' kull xahar.

L-ittrattar ta' l-iżbalji

25. Malli jasal fajl li fih aġġornamenti ta' MFI, tiġi trasmessa dikjarazzjoni ta' riċevuta lura 'l min ikun bagħtu. Id-dikjarazzjoni ta' riċevuta tkun waħda minn żewġ tipi:

(i) dikjarazzjoni ta' riċevuta ta' l-akkwist: din ikun fiha ġabra ta' l-informazzjoni ta' l-aġġornamenti tal-MFI li jkunu ġew ipproċessati u implimentati b'suċċess fl-MFI dataset;

(ii) dikjarazzjoni ta' riċevuta ta' l-iżbalji: din ikun fiha informazzjoni dettaljata dwar l-aġġornamenti tal-MFI u l-kontrolli ta' validazzjoni li jkunu fallew. Jekk jogħġbok irreferi għat-taqsima dwar "Kontrolli ta' validazzjoni" hawn fuq għal informazzjoni speċifika dwar jekk falliment ta' kontroll ta' validazzjoni jirriżultax f'ċaħda tat-talba kollha, jew l-implimentazzjoni tat-talba biż-żiesa ta' twissija.

26. Malli tasal dikjarazzjoni ta' riċevuta ta' żball, għandha tittieħed azzjoni immedjata biex tiġi trasmessa l-informazzjoni korretta. Jekk informazzjoni korretta tiddependi mill-aġġornamenti mibgħuta minn Stati Membri oħrajn matul l-aħħar xahar (jiġifieri, li ma tkunx disponibbli fuq il-websajt tal-BĊE), jekk jogħġbok ikkuntattja lill-BĊE permezz tal-N13 Cebamail account, u agħti dettalji speċifiċi ta' l-informazzjoni meħtieġa.

Eżerċizzju annwali ta' kontroll tal-kwalità

27. L-iskop ta' dan l-eżerċizzju obbligatorju annwali huwa li tkun ikkontrollata b'mod estensiv il-lista eżistenti tal-MFIs għand il-BĊE, b'attenzjoni partikolari fuq il-kontroll ta' fergħat barranin.

28. Iż-żmien magħżul meta għandu jsir l-eżerċizzju huwa mmirat biex ikun garantit li r-rilaxx ta' l-aħħar tas-sena ta' l-informazzjoni aġġornata dwar l-MFI fuq il-websajt tal-BĊE, u sussegwentement bħala materjal stampat, ikun eżatt u aġġornat kemm jista' jkun.

29. Il-banek ċentral nazzjonali (BĊNi) għandhom jimxu mal-linji gwida stipulati hawn taħt sabiex iwettqu l-proċedura ta' aġġornament standardizzata f'waqtha u b'mod preċiż, u biex jiżguraw li l-informazzjoni tiġi ipproċessata b'mod komprensiv u effiċjenti fil-livell kemm tal-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) kif ukoll dak tal-BĊE.

Proċeduri ġenerali

(i) Kull bank ċentrali nazzjonali jirċievi fajl Excel, li jkun fih erba' worksheets (Rapporti 1 sa 4) li jinkludu template vojta. Dawn jintbagħtu permezz tas-Cebamail mill-BĊE u jkollhom id-data ta' l-egħluq tan-negozju fl-aħħar ġurnata tax-xogħol ta' Ottubru (time tag T).

(ii) Innota li "T" tirriferi għal ġranet tax-xogħol.

(iii) Ir-rapporti u l-kontrolli li jridu jsiru qegħdin speċifikati hawn taħt.

Rapport 1: Il-lista nazzjonali tal-MFIs

Din hija lista (nazzjonali) speċifika tal-pajjiżi tal-MFIs, kif elenkati fid-dataset tal-BĊE, li l-banek ċentrali nazzjonali għandhom iqabblu mal-lista nazzjonali tagħhom tal-MFIs.

- Kull istituzzjoni korretta f'dan ir-rapport għandha tiġi mmarkata fil-kolonna bit-titolu "Kummenti".

- Jekk ikun hemm xi differenzi bejn iż-żewġ listi, allura dawn għanmdhom ikunu speċifikati kif jixraq fil-kolonna bit-titolu "Kummenti". Jekk jogħġbok indika eżattament x'inhi d-differenza, jiġifieri, jeħtieġ modifika (liema kwalità qed tiġi modifikata u x'għandu jkun il-valur), jew ir-rekord irid jitħassar (għid għaliex), eċċ. Jekk jogħġbok speċifika wkoll jekk huwiex ser tibgħat jew jekk bgħattx korrezzjoni għal dan ir-rekord permezz tas-Sistema ta' l-Iskambju tad-Data N13 u niżżel in-numru ta' l-IREF fil-kolonna bit-titolu "IREF".

- Jekk xi rekord ikun nieqes, allura d-dettalji kollha tar-rekord għandhom jiżdiedu mar-Rapport 1 (jiġifieri, bħala rekord addizzjonali). Jekk jogħġbok speċifika fil-kolonna "Kummenti" li dan huwa "rekord ġdid" (għid għaliex). Jekk jogħġbok speċifika wkoll jekk huwiex ser tibgħat jew jekk bgħattx korrezzjoni għal dan ir-rekord permezz tas-Sistema ta' l-Iskambju tad-Data N13 u niħħel in-numru ta' l-IREF fil-kolonna bit-titolu "IREF".

Rapport 2: Lista ta' fergħat barranin residenti fil-pajjiż speċifiku tal-bank ċentrali nazzjonali(NCB)

Il-banek ċentrali nazzjonali għandhom jiggarantixxu li l-informazzjoni dwar fergħat barranin ta' MFIs residenti f'pajjiżhom stess hija kompleta, eżatta u aġġornata.

- Kull istituzzjoni korretta f'dan ir-rapport għandha tkun immarkata fil-kolonn bit-titolu "Kummenti".

- Jekk ikun hemm xi modifiki, allura dawn iridu jkunu speċifikati kif jixraq fil-kolonna bit-titolu "Kummenti". Jekk jogħġbok indika b'mod preċiż x'inhi d-differenza, jiġifieri, teħtieġ modifika (liema kwalità qed tiġi modifikata u x'għandu jkun il-valur) jew ir-rekord għandu jitħassar (għid għaliex),eċċ. Jekk jogħġbok speċifika wkoll jekk huwiex ser tibgħat jew jekk bgħattx korrezzjoni għal dan ir-rekord permezz tas-Sistema ta' l-Iskambju tad-Data N13 u ddikjara n-numru ta' l-IREF fil-kolonna bit-titilu "IREF".

- Jekk fergħa barranija tkun nieqsa, allura d-dettalji sħaħ tar-rekord għandhom jiżdiedu mar-Rapport 2 (jiġifieri, bħala rekord addizzjonali). Jekk jogħġbok fil-kolonna "Kummenti" li dan huwa "rekord ġdid" (speċifika għaliex). Jekk jogħġbok speċifika wkoll jekk intix ser tibgħat jew jekk bgħattx korrezzjoni għal dan ir-rekord permezz tas-Sistema ta' l-Iskambju tad-Data N13 u ddikjara n-numru ta' l-IREF fil-kolonna bit-titolu "IREF".

Rapport 3: Lista ta' fergħat barranin, li l-uffiċċju ċentrali tagħhom ġie rrapportat minn banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) oħrajn bħala residenti fi ħdan il-pajjiż speċifiku tal-bank ċentrali nazzjonali (NCB)

Dan iservi għall-kontroll bir-reqqa tas-settur tal-MFI safejn tikkonċerna l-kopertura tal-fergħat barranin tal-MFIs. Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) għandhom jivverifikaw biex jiżguraw li l-fergħat barranin kollha residenti f'pajjiżi oħrajn ta' l-UE li għandhom uffiċċju ċentrali fil-pajjiż tal-bank ċentrali nazzjonali ġew irrapportati minn banek ċentrali nazzjonali oħrajn.

- Kull istituzzjoni korretta f'dan ir-rapport għandha tiġi mmarkata fil-kolonna bit-titolu "Kummenti".

- Jekk ikun hemm xi modifiki, allura dawn għandhom ikunu speċifikat b'mod xieraq fil-kolonna bit-titolu "Kummenti". Jekk jogħġbok indika preċiż x'inhi d-differenza, jiġifieri meħtieġa modifika (liema kwalità ser tiġi modifikata u x'għandu jkun il-valur), jew ir-rekord irid jitħassar (għid għaliex, eċċ.

- Jekk fergħa barranija tkun nieqsa, allura d-dettalji kollha tar-rekord għandhom jiżdiedu mar-Rapport 3 (jiġifieri, bħala rapport addizjonali). Jekk jogħġbok speċifika fil-kolonna "Kummenti" li dan huwa "Rekord ġdid" (għid għaliex).

Rapport 4: Template għall-cover pages

Din hija templatevojta, li fiha kull bank ċentrali nazzjonali (NCB) irid jispeċifika kemm jeħtieġ cover pages għall-pubblikazzjoni bil-qoxra iebsa tal-lista tal-MFIs, li jkun imisshom jinħarġu fl-ewwel tliet xhur tas-sena ta' wara.

Żmien stipulat għar-rapportar

(iv) Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) għandhom disa' ġranet tax-xogħol (T + 9) li fihom iridu jivverifikaw ir-rapporti u jikkonfermaw l-eżattezza tad-data. Rapporti li jkunu lesti jiġu trasmessi lura lill-BĊE permezz tal-N13 Cebamail account bl-indikazzjonijiet jekk id-data hijiex korretta jew le (kif speċifikat hawn fuq)

(v) Bl-istess mod, jekk id-data mhix korretta, il-banek ċentrali nazzjonali għandhom jagħmlu l-korrezzjonijiet u jittrasmettu l-aġġornamenti permezz tas-Sistema ta' l-Iskambju tad-Data N13 matul dawn id-disa' ġranet tax-xogħol (T + 9). In-numru ta' l-IREF tad-data korretta fir-rapporti mibgħuta lura lill-BĊE, għandu jiġi kkwotat fil-każijiet kollha. Nota: Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jistgħu jibqgħu jibgħatu aġġornamenti ad hoc, li m'humiex konnessi ma' l-eżerċizzju annwali tal-kontroll tal-kwalità, bħas-soltu, permezz tas-Sistema ta' l-Iskambu tad-Data N13.

(vi) Jew id-dikjarazzjonijiet ta' riċevuta ta' akkwist jew ta' żbalji jiġu trasmessi b'mod awtomatiku lil-banek ċentrali nazzjonali mal-wasla tad-data korretta, permezz tas-Sistema ta' l-Iskambu tad-Data N13 (matul it-T + 9). Jekk tasal dikjarazzjoni ta' riċevuta ta' żball, il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) għandhom iwettqu l-korrezzjonijiet immedjatament.

(vii) Il-BĊE iqatta żewġ ġranet tax-xogħol (T + 11) jivverifika r-rapporti kollha li jaslu u l-korrezzjonijiet. Kif intqal hawn fuq, il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) għandhom jindikaw in-numru ta' l-IREF fir-rapporti li jibgħatu, jekk ikunu ser jingħatu korrezzjonijiet.

(viii) Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jiġu kkuntattjati permezz tas-Cebamail jekk ikun hemm xi materji pendenti (T + 12).

(ix) Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) għandhom żewġ ġranet tax-xogħol biex iwettqu aktar korrezzjonijiet jew spjegazzjonijiet f'każ ta' data kontradittorja (T + 14).

(x) Il-BĊE jibgħat rapport finali ta' l-istatus quo li jikkonċerna s-settur tal-MFI lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) permezz tas-Cebamail (T + 15). Tingħata wkoll ġabra tar-riżultati ta' l-eżerċizzju annwali tal-kontroll tal-kwalità.

(xi) Id-data kontradittorja li jkun baqa' tiġi kkunsidrata bħala "pendenti" u tkun diskussa waqt il-laqgħa tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Istatistiċi fuq il-Flus u l-Banek.

Tabella sommarja

(xii) Tabella sommarja

Tikketta taz-zmien | Ħidmiet | Mezz | Azzjoni minn |

T | Il-BĊE tibgħat fajl Excel bl-erba' rapporti li ġejjin lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi): Rapport 1: Lista nazzjonali ta' MFIs Rapport 2: Lista ta' fergħat barranin residenti fil-pajjiż speċifiku tal-bank ċentrali nazzjonali (NCB) Rapport 3: Lista ta' fergħat barranin, li l-uffiċċju ċentrali tagħhom ġie rrapportat minn banek ċentrali nazzjonali oħrajn bħala residenti fil-pajjiż speċifiku tal-bank ċentrali nazzjonali Rapport 4: Template għall-cover pages | Cebamail | BCE |

T + 9 | Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) iqabblu t-tliet rapporti tal-BĊE (1 sa 3) mal-listi nazzjonali tagħhom iddatati bħala cob, l-aħħar ġurnata tax-xogħol f'Ottubru. Għal kull rapport, għandu jimtela dan li ġej: Il-parti "Kummenti" (għar-rekords kollha),il-parti "REF" (Rapporti 1 u 2 biss: għar-rekords mhux tajbin jew rekords ġodds, fejn ikun intbagħat aġġornament lill-BĊE) | Cebamail/N13 Data Exchange System | BĊNi |

| Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jimlew ir-Rapport 4, dwar in-numru ta' cover pages meħtieġa għall-pubblikazzjoni tal-materjal stampat | | |

| Il-banek ċentrali nazzjonali jittrasmettu lura lill-BĊE l-informazzjoni li ġejja, mhux aktar cob fil-ġuranta T + 9: Il-fajl Excel bir-Rapporti 1-4 mimlija (permezz tas-Cebamail),kull korrezzjoni/rekords ġodda (permezz tas-Sistema ta' l-Iskambju tad-Data N13 | | |

T + 11 | Il-BĊE jivverifika r-rapporti kollha, korrezzjonijiet u dikjarazzjonijiet ta' riċevuti li jidħlu permezz tas-Cebamail u s-Sistema ta' l-Iskambju tad-Data N13 | | BCE |

T + 12 | Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jiġu kkuntattjati permezz tas-Cebamail jekk ikun hemm xi data kontradittorja | Cebamail | EBC |

T + 14 | Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) għandhom żewġ ġranet tax-xogħol biex iwettqu l-korrezzjonijiet jew spjegazzjonijiet f'każ ta' data kontradittorja | Cebamail/N13 Data Exchange System | BĊNi |

T + 15 | Il-BĊE tinbħat rapport finali ta' l-istatus quo li jikkonċerna s-settur tal-MFI lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) permezz tas-Cebamail. Jintbagħat ukoll sommarju tar-riżultati ta' l-eżerċizzju annwali tal-kontroll tal-kwalità. | Cebamail | BCE |

| Tqassim ta' l-abbozz tal-lista tal-MFIs (bħala fajl.pdf) lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), għall-kummenti | Cebamail | BCE/BĊNi |

| Jintbagħat abbozz tal-lista tal-pubblikazzjoni stampata tal-MFIs lill-Kunsill Regolatorju | | BCE |

| TinħareġDikjarazzjoni għall-istampa li fiha titqassam il-lista tal-MFIs bħala pubblikazzjoni stampata, u n-numru rilevanti tal-cover pages,lit-tqassim tal-banek ċentrali nazzjonali tal-fajl.pdftal-pubblikazzjoni tal-Ħarġa tal-lista tal-MFIs fuq il-websajt tal-BĊE | Post/Ceba-mail/Internet | BCE |

Proċeduri ta' kontinġenza

(xiii) Proċeduri ta' kontinġenza jidħlu fis-seħħ fil-każi li ġejjin:

għar-rapporti dwar is-settur tal-MFI

- jekk is-sistema tas-Cebamail ma tkunx disponibbli biex jintbagħtu r-rapporti tas-settur tal-MFI, il-BĊE tibgħat dawn (fil-format Excel) bl-e-mail. Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) iridu wkoll jużaw l-e-mail [2] biex jibgħatu r-rapporti mimlija lura lill-BĊE,

għall-aġġornamenti u korrezzjonijiet tal-MFI

- jekk is-Sistema ta' l-Iskambu tad-Data N13 ma tkunx disponibbli biex tittrasmetti l-korrezzjonijiet, il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi,) fejn applikabbli, għandhom jibgħatu l-informazzjoni filwaqt li jużaw l-XML data format, permezz tas-sistema tas-Cebamail,

- jekk is-sistema tas-Cebamail ma tkunx tista' titħaddem għat-trasferiment bil-fajl ta' l-aġġornamenti u korrezzjonijiet tal-MFI, il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) għandhom jużaw l-e-mail [3] biex jingħatu l-aġġornamenti fl-XML data format,

(xiv) jekk xi bank ċentrali nazzjonali jkun magħluq f'xi ġurnata li fiha jridu jitwettqu l-proċeduri msemmija hawn fuq, dak il-bank ċentrali nazzjonali (NCB) għandu jiżgura li l-proċeduri jinbdew u jispiċċaw skond il-perjodu stipulat qabel il-ġurnata jew ġranet ta' l-egħluq tagħha.

Tixrid

Tixrid ta' kuljum lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) permezz tas-Sistema ta' l-Iskambju tad-Data N13

30. Aġġornamenti tal-MFI jiġu mxerrda f'kull ġurnata tax-xogħol. Tittieħed nota f'kull ġurnata tax-xogħol tas-sitwazzjoni li tirrigwarda l-bidliet kollha implimentati fil-lista kurrenti tal-MFIs fil-17.00 ħin tal-BĊE u tiġi mxerrda lill-banek ċentrali nazzjonali kollha. Dan it-tixrid ikun jikkonsisti fid-dettalji sħaħ ta' kull waħda mill-bidliet li ġejin irrapportati mil-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi):

- MFIs ġodda,

- MFIs aġġornati,

- MFIs imħassra,

- riallokazzjoni ta' kodiċi tal-MFI id,

- bdil ta' kodiċi tal-MFI id,

- bdil ta' kodiċi tal-MFI id li jinvolvi riallokazzjoni.

Aġġornament ta' kull xahar tal-lista tal-MFIs fuq il-websajt tal-BĊE

31. Fl-aħħar ġurnata tax-xogħol ta' kull xahar kalendarju, tiġi nnotata s-sitwazzjoni tal-MFI dataset fil-17.00 ħin tal-BĊE. Innota li rekords tal-MFI-MPEC li jkunu inkonsistenti ma jkunux parti minn dan in-notament.

32. Il-lista tal-MFIs ssir disponibbli għall-pubbliku ġurnata wara li jkun ittieħed in-notament msemmi hawn fuq. Jekk din in-notament jittieħed fil-17.00 ħin tal-BĊE il-Ġimgħa, l-informazzjoni aġġornata tkun disponibbli f'12.00 ħin tal-BĊE is-Sibt.

Tixrid ta' kull xahar lill-banek ċentrali nazzjonali permezz tas-Sistema ta' l-Iskambju tad-Data N13

33. Fl-istess ħin li tkun maħruġa l-lista tal-MFIs fuq il-websajt tal-BĊE, tintbagħat lill-banek ċentrali nazzjonali permezz tas-Sistema ta' l-Iskambju tad-Data N13.

Pubblikazzjoni annwali stampata

34. Darba fis-sena, il-BĊE jippubblika versjoni tal-lista tal-MFIs f'forma stampata, b'data ta' referenza li tkun l-aħħar ta' Diċembru tas-sena ta' qabel. Din il-pubblikazzjoni titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku in ġenerali, qabel l-aħħar ta' l-ewwel tliet xhur tas-sena ta' wara. Il-BĊE iqassam oriġinal stampat, flimkien man-numru rilevanti ta' cover pages meħtieġa, lill-banek ċentrali nazzjonali permezz tas-sistema tal-portal. B'mod parallel, tintbagħat versjoni.pdf tal-pubblikazzjoni lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) permezz tas-Cebamail. Il-versjoni.pdf tiġi ppubblikata wkoll fuq il-websajt tal-BĊE.

Referenza

35. "Exchange Specification for the N13 Phase II Data Exchange System". Dan id-dokument jittratta bil-bdil tal-fajls bejn il-banek ċentrali nazzjonali(BĊNi) u l-BĊE. Ikopri l-exchange protocol, l-exchange infrastructure u l-formats tal-fajls skambjati li jagħmlu l-interface bejn is-sistemi tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali(BĊNi'). Id-dokument jikkonsisti f'żewġ partijiet importanti, il-parti "Funzjonali" u l-parti "Teknika". Kull waħda minnhom hija deskritta hawn taħt:

Parti funzjonali

- dettalji funzjonali (logical exchange protocol, jiġifieri s-sekwenza tad-dikjarazzjonijiet ta' riċevuti mistennija meta tintbagħat informazzjoni, eċċ.),

- logical data model,

- struttura ta' l-informazzjoni li trid tkun skambjata,

- kontenut (mhux ifformattjar) tad-dikjarazzjonijiet ta' riċevuti,

- regoli dwar il-validazzjoni tan-negozju, jiġifieri l-validazzjoni ta' informazzjoni loġika (bħala eżempju d-data ta' l-iskadenza trid tkun data futura), imma mhux validazzjoni ta' sintassi, u r-riflessjononi ta' dawn ir-regoli fid-dikjarazzjonijiet ta' riċevuti ta' l-iżbalji.

Parti teknika

- sistema ta' skambju fiżiku li jridu jintużaw (servizzi ta' FTPC/X400 fuq l-ESCB-net); użu preċiż ta' dawn is-sistemi,

- veduta teknika ta' l-exchange protocol,

- exchange format definition (jiġifieri l-XML Schema).

Appendiċi

36. Lista ta' kodiċi ISO ta' pajjiżi b'żewġ karattri.

"

[1] Is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet 1995, li tinsab fl-Anness A tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (ĠU L 310, tat-30.11.1996, p. 1). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1267/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 180, tat-18.7.2003, p. 1).

[2] The address is: mfi.hotline@ecb.int.

[3] The address is: mfi.hotline@ecb.int.

--------------------------------------------------

Fuq