EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32012D0003(01)

2012/153/UE: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 5 ta’ Marzu 2012 dwar l-eliġibbiltà ta’strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-offerta għall-iskambju ta’ dejn tar-Repubblika Ellenika (BĊE/2012/3)

ĠU L 77, 16.3.2012, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 24/07/2012; Imħassar b' 32012D0014(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/153(1)/oj

16.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/19


DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-5 ta’ Marzu 2012

dwar l-eliġibbiltà ta’strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-offerta għall-iskambju ta’ dejn tar-Repubblika Ellenika

(BĊE/2012/3)

(2012/153/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Centrali u tal-Bank Centrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikoli 3.1 u 12.1, l-Artikolu 18 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 34.1,

Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1), u b’mod partikolari it-Taqsimiet 1.6, 6.3.1 u 6.3.2 ta’ Anness I tagħha,

Billi:

(1)

Minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali prevalenti fis-swieq finanzjarji u d-diżordni fil-valutazzjoni normali mis-suq tat-titoli maħruġin jew iggarantiti mir-Repubblika Ellenika, il-Kunsill Governattiv adotta d-Deċiżjoni BĊE/2010/3 tas-6 ta’ Mejju 2010 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn għas-suq maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Grieg (2) Din id-Deċiżjoni ssospendiet b’mod temporanju r-rekwiżiti minimi tal-Eurosistema għal-limiti tal-kwalità tal-kreditu, kif speċifikati fir-regoli tal-qafas tal-valutazzjoni tal-kreditu tal-Eurosistema għal ċerti assi negozjabbli f’Taqsima 6.3.2 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14. Id-Deċiżjoni BĊE/2012/2 (3) ħassret id-Deċiżjoni BĊE/2010/3 minħabba l-impatt negattiv fuq il-valutazzjonijiet tal-kreditu assenjati lil strumenti ta’ dejn bħal dawn mat-tnedija tal-offerta għall-iskambju tad-dejn fil-kuntest tal-involviment tas-settur privat għal detenturi ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Grieg.

(2)

Fil-21 ta’ Lulju 2011, il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern taż-żona tal-euro u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni ħabbru miżuri biex jistabilizzaw il-finanzi pubbliċi Griegi, li kienu jinkludu l-impenn tagħhom li jtejbu l-kollateral biex tissaħħaħ il-kwalità ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mir-Repubblika Ellenika. Il-Kunsill Governattiv iddeċieda illi dan it-tisħiħ tal-kollateral għandu jsir mir-Repubblika Ellenika għall-benefiċċju tal-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi),

(3)

Il-Kunsill Governattiv iddeċieda illi l-limitu tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema għandu jiġi sospiż fir-rigward ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika li huma koperti mit-tisħiħ tal-kollateral,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-offerta għall-iskambju ta’ dejn tar-Repubblika Ellenika

1.   L-użu, bħala kollateral għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika li ma jissodisfawx ir-rekwiziti minimi tal-Eurosistema għal-limiti tal-kwalità tal-kreditu, kif speċifikat fir-regoli tal-qafas tal-valutazzjoni tal-kreditu tal-Eurosistema għal ċerti assi negozjabbli f’Taqsima 6.3.2 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 filwaqt illi jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà l-oħrajn speċifikati f’Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, għandhom ikunu kundizzjonali fuq il-provvista mir-Repubblika Ellenika lil BĊNi ta’ tisħiħ tal-kollateral f’forma ta’ skema ta’ riakkwist.

2.   L-istrumenti ta’ dejn negozzjabbli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jibqgħu eliġibbli għad-dewmien tat-tisħiħ tal-kollateral.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Marzu 2012.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-5 ta’ Marzu 2012.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 117, 11.5.2010, p. 102.

(3)  ĠU L 59, 1.3.2012, p. 36.


Fuq