Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32009D0004(01)

    2009/245/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 6 ta’ Marzu 2009 dwar id-derogi li jistgħu jingħataw skont ir-Regolament (KE) Nru 958/2007 fir-rigward tal-istatistika dwar l-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (BĊE/2007/8) (BĊE/2009/4)

    ĠU L 72, 18.3.2009, p. 21–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 08/01/2015; Imħassar b' 32014D0062(01)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/245(1)/oj

    18.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 72/21


    DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tas-6 ta’ Marzu 2009

    dwar id-derogi li jistgħu jingħataw skont ir-Regolament (KE) Nru 958/2007 fir-rigward tal-istatistika dwar l-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (BĊE/2007/8)

    (BĊE/2009/4)

    (2009/245/KE)

    IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 958/2007 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Lulju 2007 fir-rigward tal-istatistika dwar l-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (BĊE/2007/8) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2),

    Billi l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 958/2007 (BĊE/2007/8) jistabbilixxi li jistgħu jingħataw derogi mill-obbligi ta’ rappurtar ta’ statistika, lil fondi ta’ investiment (IFs) li huma suġġetti għal regoli nazzjonali ta’ kontabilità, liema regoli jippermettu l-valutazzjoni tal-assi ta’ dawn il-fondi ta’ investiment ssir anqas frekwenti milli kull trimestru. Jistabbilixxi wkoll li l-kategoriji tal-IF lil lilhom il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) għandhom id-diskrezzjoni li jagħtu derogi, għandhom jiġu deċiżi mill-Kunsill Governattiv,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Derogi

    Il-kategoriji tal-IF li lilhom il-BĊNi għandhom id-diskrezzjoni li jagħtu derogi skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 958/2007 (BĊE/2007/8), huma stabbiliti fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni. Il-Kunsill Governattiv għandu jirrevedi dawn il-kategoriji ta’ lanqas kull tliet snin.

    Artikolu 2

    Dispożizzjoni finali

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-BĊNi tal-Istati Membri li adottaw l-euro.

    Magħmula fi Frankfurt am Main, 6 ta’ Marzu 2009.

    Il-President tal-BĊE

    Jean-Claude TRICHET


    (1)  ĠU L 211, 11.8.2007, p. 8.


    ANNESS

    Kategoriji ta’ Fondi ta’ Investiment li għalihom jistgħu jingħataw derogi skond l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 958/2007 (BĊE/2007/8)

    Stat Membru

    Isem il-kategorija tal-IF

    Att legali dwar il-kategorija

    Att legali li jiddetermina l-frekwenza tal-valutazzjoni

    Frekwenza tal-valutazzjoni skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali

    Titolu tal-att legali

    Numru/data tal-att legali

    Dispożizzjonijiet relevanti

    Titolu tal-att legali

    Numru/data tal-att legali

    Dispożizzjonijiet relevanti

    Il-Greċja

    Εταιρίες επενδύσεων σε ακίνητη περιουσία

    (Kumpaniji ta’ investiment fil-bini)

    Αμοιβαία Κεφάλαια Ακίνητης Περιουσίας — Εταιρίες Επενδύσεων σε Ακίνητη Περιουσία και άλλες διατάξεις

    (Liġi dwar fondi komuni fil-bini – kumpaniji ta’ investiment fil-bini u dispożizzjonijiet legali oħra)

    Nru 2778 tat-30 ta’ Diċembru 1999

    Artikolu 21

    Αμοιβαία Κεφάλαια Ακίνητης Περιουσίας — Εταιρίες Επενδύσεων σε Ακίνητη Περιουσία και άλλες διατάξεις

    (Liġi dwar fondi komuni fil-bini – kumpaniji ta’ investiment fil-bini u dispożizzjonijiet legali oħra)

    Nru 2778 tat-30 ta’ Diċembru 1999

    Artikoli 22(7) u 27(3) u (4)

    Annwali

    Franza

    Fonds commun de placement à risque

    (Fondi komuni ta’ kapital ta’ riskju)

    Code monétaire et financier

    (Kodiċi monetarju u finanzjarju)

     

    Kapitolu IV, Taqsima 1, sub-sezzjoni 10, L214-36 sa L214-38

    Règlement général de l’Autorité des marchés financiers

    (Regolament ġenerali tal-Awtorita' tas-Swieq Finanzjarji)

     

    Ktieb IV, Artikolu 141-13

    Darbtejn fis-sena

    Franza

    Sociétés civiles de placement immobilier

    (Kumpaniji ta’ investiment fil-bini)

    Code monétaire et financier

     

    Kapitolu IV, Taqsima 3 L214-50 sa L214-84

    Règlement général de l’Autorité des marchés financiers

     

    Ktieb IV, Artikolu 422-44

    Annwali

    Franza

    Organismes de placement collectif immobilier

    (Impriżi ta’ investiment kollettiv fil-bini)

    Code monétaire et financier

     

    Kapitolu IV, Taqsima 5, L214-89 sa L214-146

    Règlement général de l’Autorité des marchés financiers

     

    Ktieb IV, Artikolu 424-66

    Darbtejn fis-sena

    L-Italja

    Fondi chiusi

    (Fondi magħluqa)

    Decreto legislativo — Testo unico delle disposizioni in materia di intermediazione finanziaria

    (Digriet leġiżlattiv – id-dispożizzjonijiet kollha fil-qasam tal-intermedjazzjoni finanzjarja)

    Nru 58 tal-24 ta’ Frar 1998

    Parti I, Artikolu 1

    Parti II, Artikolu 37

    Provvedimento della Banca d’Italia — Regolamento sulla gestione collettiva del risparmio

    (Att tal-Banca d’Italia – Regolament dwar l-immaniġġjar kollettiv tat-tfaddil)

    14 ta’ April 2005

    Titolu V, Kapitolu 1, Taqsima II, paragrafu 4.6

    Darbtejn fis-sena

    Decreto ministeriale — Regolamento attuativo dell’articolo 37 del decreto legislativo del 24 febbraio 1998, n. 58

    (Digriet ministerjali – Regolament li jimplimenta l-Artikolu 37 tad-digriet leġiżlattiv Nru 58 tal-24 ta’ Frar 1998)

    Nru 228 tal-24 ta’ Mejju 1999

    Kapitolu II, Artikolu 12

    Il-Portugall

    Fundos de capital de risco

    (Fondi kapitali tar-riskju)

    Decreto-Lei

    (Digriet)

    Nru 375/2007 tat-8 ta’ Novembru 2007

    Artikolu 18

    Regulamento da Comissão do Mercado de Valores Mobiliários

    (Regolament tal-Kummissjoni għas-Suq tat-Titoli)

    Nru 1/2008 tal-14 ta’ Frar 2008

    Artikoli 4 u 11

    Darbtejn fis-sena


    Fuq