EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32006O0002

Il-linja ta' gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 3 ta' Frar, 2006 li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2005/5 tas- 17 ta' Frar, 2005 , dwar l-obbligi ta' rappurtar ta' statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-proċeduri għall-iskambju ta' l-informazzjoni statistika fi ħdan is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali fil-qasam ta' l-istatistika tal-finanzi tal-gvern (BĊE/2006/2)

ĠU L 40, 11.2.2006, p. 32–32 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 153–153 (MT)
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Kapitolu 10 Volum 007 P. 247 - 247
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Kapitolu 10 Volum 007 P. 247 - 247

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 01/08/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2006/87/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

153


IL-LINJA TA' GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-3 ta' Frar, 2006

li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2005/5 tas-17 ta' Frar, 2005, dwar l-obbligi ta' rappurtar ta' statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-proċeduri għall-iskambju ta' l-informazzjoni statistika fi ħdan is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali fil-qasam ta' l-istatistika tal-finanzi tal-gvern

(BĊE/2006/2)

(2006/87/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-iStatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 5.1 u 5.2, l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3,

Billi:

(1)

L-Artikolu 1 tar-Regolament Kunsill (KE) Nru 2103/2005 tat-12 ta' Diċembru, 2005, fir-rigward tal-kwalità tad-data statistika fil-kuntest tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (1), jirrevedi inter alia d-dati ta' skadenza għar-rappurtar tad-data fil-kuntest ta' l-EDP sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tagħhom mad-dati ta' skadenza tal-programm ta' trasmissjoni tas-Sistema Ewropea tal-Kontijiet 95 (ESA 95) (2). Bħala riżultat ta' din ir-reviżjoni, sa mill-2006 l-iStati Membri ser ikunu obbligati li jirrappurtaw id-data fil-kuntest ta' l-EDP qabel l-1 ta' April u l-1 ta' Ottubru ta' kull sena.

(2)

Il-bżonnijiet ta' l-Ewrosistema skond il-Linja ta' Gwida BĊE/2005/5 tas-17 ta' Frar, 2005, dwar l-obbligi ta' rappurtar ta' statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-proċeduri għall-iskambju ta' l-informazzjoni statistika fi ħdan is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali fil-qasam ta' l-istatistika tal-finanzi tal-gvern (3), għandhom ikunu bbażati, għal raġunijiet ta' konsistenza, fuq l-istandards ta' l-istatistika ta' l-ESA 95 sa fejn dan ikun possibbli. Id-dati ta' skadenza fl-Artikolu 4 tal-Linja ta' Gwida BĊE/2005/5 għar-rappurtar bi-annwali ta' ġabriet kompluti ta' data mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) lill- Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għalhekk jeħtieġu li jiġu rriveduti.

(3)

Skond l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 ta' l-iStatut, il-linji ta' gwida tal-BĊE jifformaw parti integrali mid-dritt tal-Komunità,

ADOTTA DIN IL-LINJA TA' GWIDA:

Artikolu 1

Il-Linja ta' Gwida BĊE/2005/5 hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 4(1) huwa mibdul b'dan li ġej:

“1.   Il-BĊNi għandhom jirrappurtaw ġabriet kompluti ta' data darbtejn fis-sena, qabel il-15 ta' April u qabel il-15 ta' Ottubru.”

2.

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

Il-kelma “Settembru” taħt l-intestatura “L-ewwel data ta' trasmissjoni” fil-kolonna tal-lemin taż-żewġ tabelli msemmija “Data Kurrenti” u “Data ta' wara” hija mibdula bil-kelma “Ottubru”.

Artikolu 2

Din il-Linja ta' Gwida għandha tidħol fis-seħħ jumejn wara li tiġi adottata.

Artikolu 3

Din il-Linja ta' Gwida hija indirizzata lill-BĊNi ta' l-iStati Membri li adottaw il-euro.

Magħmul fi Frankfurt am Main, fit-3 ta' Frar, 2006.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 337, 22.12.2005, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2223/96 tal-25 ta' Ġunju, 1996, dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità, ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1267/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 180, 18.7.2003, p. 1).

(3)  ĠU L 109, 29.4.2005, p. 81.


Fuq