5.2.2009
|
MT
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
|
L 36/31
|
LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-23 ta’ Ottubru 2008
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2000/7 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja u tal-Eurosistema
(BĊE/2008/13)
(2009/99/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat li stabbilixxa l-Komunità Ewropea u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 105(2),
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, l-Artikolu 18.2 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20,
Billi:
(1)
|
Li wieħed jikseb politika monetarja waħda timplika d-definizzjoni tal-istrumenti u l-proċeduri biex jintużaw mill-Eurosistema, li jikkonsistu fil-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri li adottaw l-euro (minn issa ‘l quddiem “l-Istati Membri parteċipanti”) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), sabiex tiġi implimentata din il-politika f’manjiera uniformi tul l-Istati Membri parteċipanti.
|
(2)
|
Il-BĊE għandu l-awtorita jistabbilixxi l-linji gwida meħtieġa biex jimplimenta l-politika monetarja waħda tal-Eurosistema u l-BĊNi għandhom obbligu jaġixxu skont dawn il-linji gwida.
|
(3)
|
Il-ġrajjiet kurrenti tas-suq jeħtieġu ċerti bidliet għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Għalhekk għandhom isiru emendi xierqa tal-Linja Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta’ Awwissu 2000 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1), b’mod partikolari biex jirriflettu dan li ġej: (i) tibdiliet għall-qafas tal-kuntroll tar-riskju u għar-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-garanziji għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema; (ii) l-aċċettazzjoni ta’ garanziji mhux iddenominati fl-euro f’ċerti kontinġenzi; (iii) il-bżonn għal provvisti dwar it-trattament ta’ entitajiet suġġetti għall-iffriżar ta’ fondi u/jew miżuri oħra imposti mill-Komunità Ewropea jew minn Stat Membru skont l-Artikolu 60(2) tat-Trattat; u (iv) armonizzazzjoni ma’ dispożizzjonijiet ġodda tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni tar-riżervi minimi (BĊE/2003/9) (2),
|
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi għall-Annessi I u II
Il-Linja Gwida BĊE/2000/7 hija emendata kif ġej:
(1)
|
L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ma’ din il-Linja Gwida.
|
(2)
|
L-Anness II huwa emendat skont l-Anness II ma’ din il-Linja Gwida.
|
Artikolu 2
Verifika
Il-BĊNi għandhom igħaddu d-dettalji tat-testi u l-mezzi li bihom huma jippjanaw jaderixxu ma’ din il-Linja Gwida lill-BĊE sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 2008.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2008. L-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta’ Frar 2009.
Artikolu 4
Destinatarji
Din il-Linja Gwida għandha tiġi indirizzata lill-BĊNi tal-Istati Membri parteċipanti.
Magħmula fi Frankfurt am Main, 23 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1.
(2) ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10.
ANNESS I
L-Anness I mal-Linja Gwida BĊE/2000/7 huwa emendat kif ġej:
(1)
|
Fil-werrej jiddaħħal it-titolu tal-Kapitolu 6.7 “Aċċettazzjoni ta” garanziji mhux iddenominati fl-ewro f’kontinġenzi’.
|
(2)
|
It-Taqsima 1.3.1 huwa emenda kif ġej:
(a)
|
Fl-ewwel paragrafu r-raba’ sentenza ta’ nota f’qiegħ il-paġna 5 huwa sostitwit b’li ġej:
“Quick tenders huma normalment eżegwiti f’time frame ta’ 90 minuta.”;
|
(b)
|
Is-sentenza finali tal-ewwel inċiż tal-ewwel paragrafu hija sostitwita b’li ġej:
“L-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid jilagħbu rwol pivotal fis-segwitu tal-objettivi tal-operazzjonijiet tas-suq miftuħ tal-Ewrosistema.”;
|
|
(3)
|
Fit-Taqsima 2.2 l-ewwel żewġ sentenzi tar-raba’ paragrafu huma sostitwiti b’li ġejjin:
“F’tenders ta’ malajr u operazzjonijiet bilaterali, il-banek ċentrali nazzjonali jittrattaw mal-kontropartijiet li huma inklużi fis-sett rispettiv tagħhom ta’ kontropartijiet ta’ fine-tuning. Quick tenders u operazzjonijiet bilaterali jistgħu jiġu eżegwiti ma’ firxa wiesgħa ta’ kontropartijiet.”;
|
(4)
|
It-titolu tat-Taqsima 2.4 huwa sostitwit b’li ġej: “2.4. Sospensjoni jew esklużjoni minħabba prudenza jew każijiet ta’ falliment”;
|
(5)
|
Fit-Taqsima 3.1.2 is-sentenza finali tal-ewwel paragrafu hija rrevokata.
|
(6)
|
Fit-Taqsima 3.1.3 it-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu hija rrevokata.
|
(7)
|
It-Taqsima 4.1 huwa emendat kif ġej:
(a)
|
Taħt it-testatura “Kundizzjonijiet t’aċċess” l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’li ġej:
“Istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà tal-kontroparti ġenerali speċifikata fis-Sezzjoni 2.1 jistgħu jaċċessaw il-faċilità tas-self marġinali. L-aċċess għall-faċilità tas-self marġinali jingħata permezz tal-BĊN fl-Istat Membru li fih l-istituzzjoni hija stabbilita. L-aċċess għall-faċilità tas-self marġinali jingħata biss f’jiem meta t-TARGET2 (*) huwa operattiv (**). Fil-jiem meta l-SSSs m’humiex operattivi, l-aċċess għall-faċilitajiet tas-self marġinali jingħata skont l-assi fundamentali li jkunu diġà ġew iddepożitati minn qabel mal-BĊNi.
(*) Mid-19 ta’ Novembru 2007, l-infrastruttura teknika diċentralizzata tat-TARGET inbidlet bil-pjattaforma waħda mqassma tat-TARGET2 li permezz tagħha l-ordnijiet ta’ ħlas jiġu sottomessi u pproċessati u li permezz tagħha jiġu rċevuti ħlasijiet bl-istess manjiera teknika. Il-migrazzjoni lejn it-TARGET2 ġiet irranġata fi tliet gruppi skont il-pajjiż, li jħallu lill-utenti tat-TARGET jemigraw lejn it-TARGET2 fi gruppi differenti u f’dati differenti ddefiniti minn qabel. Il-kompożizzjoni tal-gruppi skont il-pajjiż kienet li ġejja: Grupp 1 (19 ta’ Novembru 2007): L-Awstrija, Ċipru, Il-Ġermanja, il-Lussemburgu, Malta u s-Slovenja; Grupp 2 (18 ta’ Frar 2008): il-Belġju, Il-Finlandja, Franza, L-Irlanda, Il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall u Spanja; u Grupp 3 (19 ta’ Mejju 2008): il-Greċja, L-Italja, u l-BĊE. Ir-raba’ data ta’ migrazzjoni (15 ta’ Settembru 2008) ġiet irriżervata bħala miżura ta’ kontinġenza. Ċerti BĊNi mhux parteċipanti huma kkunnettjati wkoll mat-TARGET2 skont ftehim separat: Il-Latvja u l-Litwanja (fi Grupp 1), kif ukoll id-Danimarka, l-Estonja u l-Polonja (fi Grupp 3)."
(**) Barra minn dan, l-aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali jingħata biss meta jiġu sodisfatti l-obbligi tal-infrastruttura tas-sistema ta’ ħlas fis-sistema RTGS.”;"
|
(b)
|
Taħt it-testatura “Kundizzjonijiet t’Aċċess” fit-tielet paragrafu, in-nota f’qiegħ il-paġna 4 hija sostitwita b’li ġej:
“(4)
|
Il-jiem t’egħluq tat-TARGET2 jitħabbru fuq is-sit elettroniku tal-BĊE (www.ecb.europa.eu), u fuq is-siti elettroniċi tal-Ewrosistema (ara l-Appendiċi 5).”;
|
|
(ċ)
|
Taħt it-testatura “Kundizzjonijiet t’Aċċess” fit-tielet paragrafu, in-nota f’qiegħ il-paġna 5 hija rrevokata.
|
|
(8)
|
Fit-Taqsima 4.2, taħt it-testatura “Kundizzjonijiet t’aċċess” fit-tieni paragrafu, in-nota f’qiegħ il-paġna 12 hija rrevokata.
|
(9)
|
Fit-Taqsima 5.1.3 is-sentenza finali tat-tieni paragrafu hija sostitwita b’li ġej:
“Fi quick tender li normalment ma jitħabbarx pubblikament bil-quddiem, il-kontropartijiet magħżula huma kkuntattjati direttament mill-BĊNi. Fi quick tender, li jitħabbar pubblikament, il-BĊN jista’ jikkuntattja l-kontropartijiet magħżula direttament.”;
|
(10)
|
Fit-Taqsima 5.3.3 fl-ewwel paragrafu, in-nota f’qiegħ il-paġna 12 hija rrevokata.
|
(11)
|
Fit-Taqsima 6.2, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’li ġej:
“L-Ewrosistema għandha tagħti biss parir lill-kontropartijiet fir-rigward tal-eliġibbiltà bħala garanziji tal-Ewrosistema, jekk jingħata, bħala garanzija, attiv negozjabbli li jkun inħareġ diġà jew attiv mhux negozjabbli u dovut, lill-Ewrosistema. Għaldaqstant m’għandu jkun hemm l-ebda parir ta’ qabel il-ħruġ”;
|
(12)
|
It-Taqsima 6.2.1, taħt it-testatura “Tip t’attiv”, huwa emendat kif ġej:
(a)
|
Tiddaħħal in-nota f’qiegħ il-paġna li ġejja f’punt (a) tal-ewwel paragrafu wara l-kelmiet “ammont prinċipali mhux kondizzjonali”:
“(5)
|
Bonds b’warrants jew drittijiet oħra simili mehmuża m’humiex eliġibbli.”;
|
|
(b)
|
Ir-raba’ paragrafu huwa sostitwit b’li ġej:
“L-assi li jiġġeneraw il-fluss tal-flus kontanti li jsostnu t-titoli sostnuti minn assi għandhom jissodisfaw l-obbligi li ġejjin:
(a)
|
l-akkwist ta’ dawn l-assi għandu jkun irregolat bil-liġi ta’ Stat Membru tal-UE;
|
(b)
|
għandhom jiġu akkwistati minn oriġinatur jew intermedjarju permezz tal-vettura bi skop speċjali għal securitisation (securitisation special-purpose vehicle) f’manjiera li l-Ewrosistema tqis li hija “true sale” li hija infurzabbli kontra kull terza parti, u lil hinn milli tintlaħaq mill-oriġinatur u l-kredituri tagħha, inkluż fil-każ tal-falliment tal-oriġinatur; u
|
(ċ)
|
m’għandhomx jikkonsistu, kollha kemm huma jew parti minnhom, fil-fatt jew potenzjalment, f’noti marbuta ma’ kreditu (credit-linked notes) jew klejms simili li jirriżultaw mit-trasferiment tar-riskju tal-kreditu permezz ta’ derivattivi ta’ kreditu.”;
|
|
(ċ)
|
Il-ħames paragrafu hija sostitwita b’li ġej:
“Ġewwa ħarġa strutturata, biex tkun eliġibbli, a tranche (jew sub-tranche) tista’ ma tkunx subordinata lil tranches oħra tal-istess ħarġa. Tranche (jew sub-tranche) titqies li m’hijiex subordinata fil-konfront ta’ tranches oħra (jew sub-tranches) tal-istess ħarġa jekk, skont il-prijorità tal-ħlas applikabbli wara l-għoti ta’ notifika ta’ infurzar, kif stabbilit fiċ-ċirkulari tal-offerta, l-ebda tranche oħra (jew sub-tranche) ma tingħata prijorità fuq dik it-tranche (jew sub-tranche) fir-rigward meta tiġi biex tirċievi l-ħlas (il-kapital u l-imgħax), u għalhekk dik it-tranche (jew sub-tranche) hija l-aħħar li ġġarrab telf fost it-tranches jew sub-tranches differenti ta’ ħarġa strutturat.”;
|
|
(13)
|
Fit-Taqsima 6.2.1, taħt it-testatuta “Post tal-ħruġ” l-ewwel sentenza tan-nota f’qiegħ il-paġna 7 hija sostitwita b’li ġej:
“Sa mill-1 ta’ Jannar 2007, titoli ta’ dejn internazzjonali f’forma bearer globali maħruġin permezz tal-ICSDs Euroclear Bank (Belgium) u Clearstream Banking Lussemburgu għandhom, biex ikunu eliġibbli, jinħarġu fil-forma ta’ New Global Notes (NGNs) u għandhom ikunu ddepożitati ma’ Common Safekeeper (CSK) li huwa ICSD jew, jekk applikabbli, CSD li jissodisfa l-istandards minimi stabbiliti mill-BĊE.”;
|
(14)
|
It-Taqsima 6.2.2, taħt it-testatuta “Klejms ta’ krediti” huwa emendat kif ġej:
(a)
|
Fl-ewwel paragrafu tal-ewwel inċiż tal-ewwel paragrafu, is-sentenza finali hija sostitwita b’li ġej:
“Il-klejms ta’ kreditu jistgħu ma jagħtux drittijiet lill-kapital/jew lill-imgħax li huwa subordinat lid-drittijiet tad-detenturi ta’ klejms ta’ kreditu oħra (jew tranches jew sub-tranches oħra fl-istess self sindikat) jew strumenti ta’ dejn tal-istess issuer.”;
|
(b)
|
Fit-tieni paragrafu tal-ewwel inċiż tal-ewwel paragrafu, tiddaħħal it-tieni sentenza wara t-tieni sentenza:
“Barra minn dan, il-klejms ta’ kreditu b’rata ta’ imgħax marbuta mar-rata ta’ inflazzjoni huma eliġibbli wkoll.”;
|
(ċ)
|
Fil-ħames inċiż tal-ewwel paragrafu, in-nota f’qiegħ il-paġna 20 hija rrevokata.
|
|
(15)
|
It-Taqsima 6.2.3, taħt it-testatura “Regoli għall-użu tal-assi eliġibbli” huwa emendat kif ġej:
(a)
|
Il-punti (i)-(iii) tat-tielet paragrafu huma sostitwiti b’li ġej:
“(i)
|
il-kontroparti għandu l-proprjetà diretta, jew indiretta, permezz ta’ impriża waħda jew aktar, 20 % jew aktar tal-kapital tal-issuer/debitur/garanti; jew
|
(ii)
|
l-issuer/debitur/garanti għandu l-proprjeta diretta, jew indiretta permezz ta’ impriża waħda jew aktar, 20 % jew aktar tal-kapital tal-kontroparti; jew
|
(iii)
|
it-tielet parti għandu l-proprjetà ta’ aktar minn 20 % tal-kapital tal-kontroparti u aktar minn 20 % tal-kapital tal-issuer/debitur/garanti, jew direttament jew indirettament, permezz ta’ impriża waħda jew aktar.”;
|
|
(b)
|
Ir-raba’ u l-ħames paragrafi huma sostitwiti b’li ġej:
“Id-dispożizzjoni hawn fuq dwar il-close links ma tapplikax għal: (a) close links bejn il-kontroparti u l-awtoritajiet pubbliċi ta’ pajjiżi taż-ŻEE, jew fil-każ fejn strument ta’ dejn huwa ggarantit minn entità tas-settur pubbliku li għandha d-dritt timponi taxxi; (b) bonds tal-banek koperti maħruġin skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 22(4) tad-Direttiva tal-UCITS; jew (c) każijiet li fihom strumenti ta’ dejn huma protetti minn salvagwardji legali speċifiċi mqabbla ma’ dawk l-istrumenti mogħtija skont (b) bħal fil-każ ta’ strumenti ta’ dejn mhux negozjabbli sostnuti minn ipoteki mhux kummerċjali fuq id-djar (retail mortgage) (RMBDs) li m’humiex titoli.
Barra minn dan, il-kontroparti ma tistax tippreżenta bħala garanzija kull attiv sostnut b’garanzija jekk il-kontroparti (jew kull terza parti li magħha hija għandha close links) tipprovdi hedge tal-valuti lit-titolu sostnut minn assi, billi tidħol f’tranżazzjoni ta’ hedge tal-valuti mal-issuer bħala kontroparti tal-hedge, jew jekk tipprovdi għajnuna f’likwidità għal 20 % jew aktar tal-ammont dovut tat-titolu sostnut minn assi.”;
|
(ċ)
|
It-Tabella 4 ntitolata “Attiv eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Ewrosistema” hija aġġornata kif ġej:
—
|
in-nota f’qiegħ il-paġna 4 hija rrevokata,
|
—
|
fil-kolonna dwar il-kriterji tal-eliġibbiltà, il-kliem “Liġijiet governanti relatati ma’ klejms ta’ kreditu” huma sostitwiti b“Liġijiet governanti”,
|
—
|
fl-għaxar filliera tal-kolonna dwar l-assi negozjabbli, il-kliem ‘Mhux applikabbli’ huma sostitwiti b“Għal titoli sostnuti b’assi, l-akkwist tal-assi fundamentali għandu jkun irregolat bil-liġi ta’ Stat Membru tal-UE.”
|
|
|
(16)
|
It-Taqsima 6.3.1 huwa emendat kif ġej:
(a)
|
Jiddaħħal li ġej bħala r-raba’ paragrafu:
“Fir-rigward tas-sors tal-ECAI, il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata skont il-klassifika tal-pubbliku. L-Ewrosistema tirriżerva d-dritt li titlob kull kjarifika li hija tqis meħtieġa. Għal titoli sostnuti b’assi, il-klassifiki għandhom jiġu spjegati f’rapport ta’ klassifika ta’ kreditu disponibbli pubblikament, li jkun rapport iddettaljat ta’ qabel il-bejgħ jew dwar ħarġa ġdida, inkluż inter alia analiżi komprensiva ta’ aspetti strutturali u legali, valutazzjoni ddettaljata tal-ġabra ta’ garanziji, analiżi tal-parteċipanti tat-tranżazzjoni, kif ukoll analiżi tal-partikolarijiet l-oħra kollha relevanti ta’ tranżazzjoni. Barra min dan l-ECAIs għandhom jippubblikaw rapporti regolari ta’ sorveljanza għal titoli sostnuti b’assi ta’ lanqas kull trimestru (***). Dawn ir-rapporti għandhom ta’ lanqas jinkludu aġġornament tad-data prinċipali tat-tranżazzjoni (eż. il-kompożizzjoni tal-ġabra tal-garanziji, il-parteċipanti tat-tranżazzjoni, l-istruttura tal-kapital), kif ukoll id-data tal-andament.
(***) Għal titoli sostnuti minn assi, fejn l-assi fundamentali tagħhom iħallsu kapital jew imgħax kull sitt xhur jew kull sena, ir-rapporti ta’ sorveljanza jistgħu jsegwu frekwenza ta’ kull sitt xhur jew ta’ kull sena rispettivament.”;"
|
(b)
|
Fil-ħames paragrafu, in-nota f’qiegħ il-paġna 26 hija sostitwita b’li ġej:
“‘A waħda’ tfisser klassifika minima għal żmien twil ta’ ‘A-’ minn Fitch jew Standard & Poor’s, jew ‘A3’ minn Moody’s, jew ‘AL’ minn DBRS.”;
|
(ċ)
|
Is-sitt u s-seba’ paragrafi huma sostitwit b’li ġej:
“L-Ewrosistema tirriżerva d-dritt li tiddetermina jekk issue, issuer, debitur jew garanti jissodisfawx l-obbligi għal standards għolja ta’ kreditu skont kull informazzjoni li hija tista’ tqis relevanti, u tista’ tiċħad, tillimita l-użu ta’ assi jew tapplika haircuts supplimentari skont dawn ir-raġunijiet jekk jinħtieġ, biex tiżgura l-protezzjoni adegwata tar-riskju tal-Ewrosistema konformi mal-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-SEBĊ Dawn il-miżuri jistgħu jiġu applikati wkoll għal kontropartijiet speċifiċi, b’mod partikolari jekk il-kwalità tal-kreditu tal-kontroparti tidher lit kun qed turi korrelazzjoni għolja mal-kwalità tal-kreditu tal-assi garanziji mogħtija mill-kontroparti. F’dan il-każ, iċ-ċaħda hija bbażata skont informazzjoni prudenti (prudential), u l-użu tagħha trasmess minn kontropartijiet jew minn regolaturi, għandu jkun strettament skont, u meħtieġ għat-twettiq tal-ħidmiet tal-Ewrosistema fit-twettiq tal-politika monetarja.
Assi maħruġin minn jew iggarantiti minn entitajiet suġġetti għall-iffriżar ta’ fondi u/jew miżuri oħra mposti mill-Komunità Ewropea jew minn Stat Membru ieħor, skont l-Artikolu 60(2) tat-Trattat li jirrestrinġi l-użu tal-fondi tagħhom jew li dwarhom il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ikun ħareġ deċiżjoni li tissospendi jew teskludi l-aċċess tagħhom għall-operazzjonijiet tas-suq miftuħ jew għall-istanding facilities tal-Ewrosistema, jistgħu jiġu esklużi mil-lista ta’ assi eliġibbli.”;
|
|
(17)
|
Fit-Taqsima 6.3.4, taħt l-intestatura “Sors tal-istituzzjoni tal-valutazzjoni esterna tal-kreditu” l-ewwel sentenza tat-tieni inċiż tal-ewwel paragrafu hija sostitwita b’li ġej:
“L-ECAIs għandhom jissodisfaw kriterji operattivi u jipprovdu kopertura relevanti sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effiċjenti tal-ECAF.”;
|
(18)
|
It-Taqsima 6.4.1 huwa emendat kif ġej:
(a)
|
Is-sentenza finali tat-tieni paragrafu hija sostitwita b’li ġej:
“Il-miżuri ta’ kuntroll tar-riskju huma armonizzati b’mod wiesa’ tul iż-żona tal-ewro (****) u għandhom jiżguraw konsistenza, trasparenza u kundizzjonijiet mhux diskriminatorji għal kull tip ta’ attiv eliġibbli tul iż-żona tal-ewro.
(****) Minħabba differenzi operattivi ġewwa l-Istati Membri, jista’ jkun hemm xi differenzi f’termini ta’ miżuri ta’ kuntroll tar-riskju. Per eżempju, fir-rigward tal-proċeduri għall-kunsinna mill-kontropartijiet ta’ assi fundamentali lill-BĊNi (fil-forma ta’ ġabra ta’ garanziji mirhuna lill-BĊN, jew bħala ftehim ta’ xiri mill-ġdid ibbażati skont assi individwali speċifikati għal kull tranżazzjoni), jistgħu jseħħu differenzi minuri fir-rigward taż-żmien tal-valutazzjoni u l-karatteristiċi operattivi oħra tal-qafas tal-kuntroll tar-riskju. Barra minn dan, fil-każ ta’ assi mhux negozjabbli, il-preċiżjoni tat-tattiċi ta’ valutazzjoni tista’ tvarja, li hija riflessa fil-livell globali tal-haircuts (ara t-Taqsima 6.4.3).”;"
|
(b)
|
Jiżdied il-paragrafu li ġej:
“L-Ewrosistema tirriżerva d-dritt li tapplika miżuri addizzjonali ta’ kuntroll tar-riskju jekk jinħtieġ, biex tiżgura l-protezzjoni adegwata tar-riskju tal-Ewrosistema konformi mal-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-SEBĊ. Dawn il-miżuri ta’ kuntroll tar-riskju, li għandhom ikunu applikati f’manjiera konsistenti, trasparenti u mhux diskriminatorja, jistgħu jiġu applikati wkoll fil-livell ta’ kontropartijiet individwali jekk jinħtieġ, biex tiġi żgurata l-protezzjoni.”;
|
(ċ)
|
Il-Kaxxa 7 intitolata “Miżuri ta” kuntroll tar-riskju’ hija sostitwita b’li ġej:
“IL-KAXXA 7
Miżuri ta’ kuntroll tar-riskju
L-Ewrosistema tapplika l-miżuri li ġejjin ta’ kuntroll tar-riskji:
—
|
Haircuts ta’ valutazzjoni
L-Ewrosistema tapplika ‘haircuts ta’ valutazzjoni’ fil-valutazzjoni ta’ assi fundamentali. Dan jimplika li l-valur tal-assi fundamentali huwa kkalkulat bħala l-valur tas-suq tal-attiv imnaqqas b’ċertu perċentwali (haircut).
|
—
|
Variation margins (marking to market)
L-Ewrosistema teħtieġ il-valur tas-suq aġġustat skont il-haircut tal-assi fundamentali wżati fit-tranżazzjonijiet imreġġa’ lura tagħha li jipprovdu likwidità, biex jinżamm matul iż-żmien. Dan jimplika li jekk il-valur, imkejjel fuq bażi regolari, tal-assi fundamentali jinżel għal anqas minn ċertu livell, il-BĊN jitlob lill-kontroparti biex tissupplixxi assi jew flus kontanti addizzjonali (jiġifieri jagħmel margin call). Bl-istess mod, jekk il-valur tal-assi fundamentali, wara l-valutazzjoni mill-ġdid tagħhom, taqbeż ċertu livell, il-kontroparti tista’ tieħu lura l-assi jew il-flus kontanti żejda. (Il-kalkoli relevanti għall-eżekuzzjoni tal-margin calls huma ppreżentati fil-Kaxxa 8.)
|
Il-miżuri li ġejjin ta’ kuntroll tar-riskji jistgħu jiġu applikati wkoll mill-Ewrosistema f’kull ħin jekk jinħtieġ, biex tiġi żgurata l-protezzjoni adegwata tar-riskju tal-Ewrosistema konformi mal-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-SEBĊ:
—
|
Marġins inizjali
L-Ewrosistema tista’ tapplika marġins inizjali fit-tranżazzjonijiet imreġġa’ b’lura tagħha li jipprovdu likwidità. Dan jimplika li l-kontropartijiet ikollhom jipprovdu assi fundamentali b’valur ta’ lanqas daqs il-likwidità mogħtija mill-Ewrosistema flimkien mal-valur tal-marġin inizjali.
|
—
|
Limiti fir-rigward ta’ issuers/debituri jew garanti
L-Ewrosistema tista’ tapplika limiti għall-espożizzjoni fil-konfront ta’ issuers/debituri jew garanti. Dawn il-limiti jistgħu jiġu applikati wkoll għal kontropartijiet speċifiċi, b’mod partikolari jekk il-kwalità tal-kreditu tal-kontroparti tidher lit kun qed turi korrelazzjoni għolja mal-kwalità tal-kreditu tal-garanziji mogħtija mill-kontroparti.
|
—
|
Garanziji addizzjonali
L-Ewrosistema tista’ titlob garanziji addizzjonali minn entitajiet finanzjarjament b’saħħithom sabiex jaċċettaw ċerti assi.
|
—
|
Esklużjoni
L-Ewrosistema tista’ teskludi ċerti assi milli jintużaw fl-operazzjonijiet tal-politika monetarja tagħha. Din l-esklużjoni tista’ tiġi applikata wkoll għal kontropartijiet speċifiċi, b’mod partikolari jekk il-kwalità tal-kreditu tal-kontroparti tidher li tkun qed turi korrelazzjoni għolja mal-kwalità tal-kreditu tal-garanziji mogħtija mill-kontroparti.
|
Assi maħruġin jew iggarantiti minn entitajiet suġġetti għall-iffriżar ta’ fondi, u/jew miżuri oħra imposti mill-Komunità Ewropea jew minn Stat Membru, skont l-Artikolu 60(2) tat-Trattat li jirrestrinġi l-użu tal-fondi tagħhom jew li dwarhom il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ikun ħareġ deċiżjoni li tissospendi jew teskludi l-aċċess tagħhom għall-operazzjonijiet tas-suq miftuħ jew għall-istanding facilities tal-Ewrosistema, jistgħu jiġu esklużi mil-lista ta’ assi eliġibbli.”;
|
|
(19)
|
It-Taqsima 6.4.2 huwa emendat kif ġej:
(a)
|
L-ewwel sentenza tal-ewwel inċiż tal-ewwel paragrafu hija sostitwita b’li ġej:
“Assi negozjabbli eliġibbli huma allokati għal waħda minn ħames kategoriji ta’ likwidità, ibbażati skont il-klassifika tal-issuer u t-tip ta’ attiv.”;
|
(b)
|
It-tielet sentenza tat-tieni inċiż tal-ewwel paragrafu hija sostitwita b’li ġej:
“Il-haircuts applikati għall-istrumenti ta’ dejn inklużi fil-kategoriji I sa IV jvarjaw skont il-maturità residwa u l-istruttura tal-imgħax tal-istrumenti ta’ dejn kif deskritti fit-Tabella 7 għal strumenti ta’ dejn negozjabbli eliġibbli b’imgħax fiss jew bla ebda imgħa (*****).
(*****) Il-livelli ta’ haircuts ta’ valutazzjoni applikati għal strumenti ta’ dejn b’imgħax fiss japplikaw ukoll għal strumenti ta’ dejn, li l-imgħax tagħhom jintrabat ma’ bidla fil-klassifika tal-issuer innifsu jew ma’ bonds indiċjati skont l-inflazzjoni.”;"
|
(ċ)
|
Fl-ewwel paragrafu, jiddaħħlu t-tielet u r-raba’ inċiżi li ġejjin:
“—
|
‘Strumenti individwali ta’ dejn inklużi fil-kategorija V huma suġġetti għal haircut unika ta’ 12 % irrispettivament mill-maturità jew l-istruttura tal-imgħax.
|
—
|
Strumenti individwali ta’ dejn inklużi fil-kategorija V li huma vvalutati teoretikament skont it-Taqsima 6.5 huma suġġetti għal haircut ta’ valutazzjoni addizzjonali. Din il-haircut hija applikata direttament fil-livell tal-valutazzjoni teoretika tal-istrument individwali ta’ dejn fil-forma ta’ markdown ta’ valutazzjoni ta’ 5 %.”;
|
|
(d)
|
It-Tabella 6 hija sostitwita b’li ġej:
“IT-TABELLA 6
Kategoriji tal-Likwidita għal attiv negozjabbli (******)
Kategorija I
|
Kategorija II
|
Kategorija III
|
Kategorija IV
|
Kategorija V
|
Strumenti ta’ dejn tal-gvern ċentrali
|
Strumenti ta’ dejn tal-gvern lokali u reġjunali
|
Bonds tal-banek koperti tradizzjonali
|
Strumenti ta’ dejn ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (mhux iggarantiti)
|
Titoli mhux koperti b’attiv
|
Strumenti ta’ dejn maħruġa mill-banek ċentrali (1)
|
Jumbo bonds tal-banek koperti (2)
Strumenti ta’ dejn tal-aġenziji (3)
Strumenti ta’ dejn sopranazzjonali
|
Strumenti ta’ dejn maħruġa minn issuers korporattivi u issuers oħra (3)
|
|
|
|
(e)
|
It-tielet, ir-raba’ u l-ħames inċiżi huma sostitwiti b’li ġej:
“—
|
Il-haircuts ta’ valutazzjoni applikati għall-istrumenti kollha ta’ dejn negozjabbli b’rata floating u inverse inklużi fil-kategoriji I sa IV huma l-istess u huma deskritti fit-Tabella 8.
|
—
|
Il-haircut applikata għall-istrumenti ta’ dejn negozjabbli nklużi fil-kategoriji I sa IV b’imgħax ta’ rata varjabbli (*******) hija dik applikata għall-maturity bucket ta’ xejn għal sena ta’ strumenti b’imgħax fiss fil-kategorija tal-likwidità li għaliha l-istrument huwa assenjat.
|
—
|
Il-miżuri ta’ kuntroll tar-riskju applikati għal strument ta’ dejn negozjabbli nklużi fil-kategoriji I sa IV b’aktar minn tip wieħed ta’ imgħax jiddependu biss fuq il-ħlasijiet tal-imgħax matul il-bqija taż-żmien li jifdallu l-istrument. Il-haircut ta’ valutazzjoni applikata għal dak l-istrument hija daqs l-ogħla haircut applikabbli għal strumenti ta’ dejn bl-istess maturità residwa, u jitqiesu l-imgħaxijiet ta’ kwalunkwe waħda mit-tipi li jseħħu fil-bqija taż-żmien li jifdallu l-istrument.
|
(*******) Il-ħlas tal-imgħax jitqies ħlas ta’ rata varjabbli jekk l-imgħax jintrabat ma’ rata ta’ imgħax ta’ referenza u jekk il-perijodu ta’ resetting li jikkorrispondi ma’ dan l-imgħax m’huwiex aktar minn sena. Il-ħlasijiet tal-imgħax li għalihom il-perijodu ta’ resetting huwa itwal minn sena huma ttrattati bħala ħlasijiet ta’ rata fissa, bil-maturità relevanti għall-haircut tkun il-maturità residwa tal-istrument ta’ dejn.”;"
|
(f)
|
It-Tabella 7 hija sostitwita b’li ġej:
“IT-TABELLA 7
Livelli ta’ haircuts ta’ valutazzjoni applikati għal assi negozjabbli eliġibbli
(perċentwali)
|
|
Kategoriji tal-likwidità
|
Maturità residwa
|
Kategorija I
|
Kategorija II
|
Kategorija III
|
Kategorija IV
|
Kategorija V
|
(snin)
|
Imgħax fiss
|
L-ebda imgħax
|
Imgħax fiss
|
L-ebda imgħax
|
Imgħax fiss
|
L-ebda imgħax
|
Imgħax fiss
|
L-ebda imgħax
|
|
0-1
|
0,5
|
0,5
|
1
|
1
|
1,5
|
1,5
|
6,5
|
6,5
|
12 (4)
|
1-3
|
1,5
|
1,5
|
2,5
|
2,5
|
3
|
3
|
8
|
8
|
3-5
|
2,5
|
3
|
3,5
|
4
|
4,5
|
5
|
9,5
|
10
|
5-7
|
3
|
3,5
|
4,5
|
5
|
5,5
|
6
|
10,5
|
11
|
7-10
|
4
|
4,5
|
5,5
|
6,5
|
6,5
|
8
|
11,5
|
13
|
> 10
|
5,5
|
8,5
|
7,5
|
12
|
9
|
15
|
14
|
20
|
|
(g)
|
It-testatura tat-Tabella 8 hij sostitwita b’li ġej:
“Livelli ta’ haircuts ta’ valutazzjoni applikati għal strumenti ta’ dejn negozjabbli eliġibbli u b’rata floating u inverse inklużi fil-kategoriji I sa IV”;
|
|
(20)
|
Fit-Taqsima 6.4.3, taħt it-testatura “Klejms ta’ kreditu’ tiddaħħal in-nota” f’qiegħ il-paġna li ġejja fit-tmiem tal-ewwel inċiż:
“(*)
|
Il-haircuts ta’ valutazzjoni applikati għall-klejms ta’ kreditu bi ħlasijiet ta’ imgħax b’rata fissa japplikaw ukoll għal klejms ta’ kreditu li l-ħlasijiet tal-imgħax tagħhom jintrabtu mar-rata ta’ inflazzjoni.”;
|
|
(21)
|
Jiddaħħal it-Taqsima 6.7:
“6.7. Aċċettazzjoni ta’ garanziji mhux iddenominati fl-ewro f’kontinġenzi
F’ċerti sitwazzjonijiet il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi jaċċetta bħala garanzija eliġibbli, ċerti strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin minn gvern ċentrali tal-G10 barra ż-żona tal-ewro, jew aktar minn gvern wieħed minn dawn, fil-valuta domestika tagħhom. Malli tittieħed din id-deċiżjoni l-kriterji applikabbli għandhom ikunu kkjarifikati, u l-proċeduri li għandhom ikunu applikati għall-għażla u l-mobilizzazzjoni ta’ garanziji barranin, inklużi s-sorsi u l-prinċipji ta’ valutazzjoni, il-miżuri ta’ kuntroll tar-riskju u l-proċeduri ta’ settlement, għandhom ikunu kkomunikati wkoll lill-kontropartijiet.
Minkejja d-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 6.2.1, dawn l-assi jistgħu jiġu ddepożitati/rreġistrati (maħruġin), miżmumin u settled barra ż-ŻEE u, kif intqal hawn fuq, jistgħu jiġu ddenominati f’valuti minbarra l-ewro. Dawn l-assi kollha wżati minn xi kontroparti għandhom ikunu fil-proprjetà tal-kontroparti.
Il-kontropartijiet li huma fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li jinsabu barra ż-ŻEE jew l-Isvizzera ma jistgħux jużaw dawk l-assi bħala garanziji.”;
|
(22)
|
It-Taqsima 7.2, huwa emendat kif ġej:
(a)
|
It-tieni paragrafu huwa sostitwit b’li ġej:
“L-istituzzjonijiet li huma awtomatikament eżentati mill-obbligi ta’ riżerva mill-bidu tal-perijodu ta’ manteniment li fih l-awtorizzazzjoni tagħhom tiġi rtirata jew ċeduta, jew li fih tittieħed deċiżjoni biex tqiegħed lill-istituzzjoni f’proċedimenti ta’ xoljiment minn awtorità ġudizzjarja jew kull awtorità kompetenti oħra ta’ Stat Membru parteċipanti. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 u r-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9), il-BĊE jista’ wkoll jeżenta istituzzjonijiet mill-obbligi tagħhom taħt is-sistema tar-riżervi minimi tal-Ewrosistema fuq bażi mhux diskriminatorja, jekk huma suġġetti għal miżuri ta’ rijorganizzazzjoni jew l-iffriżar ta’ fondi u/jew miżuri oħra imposti mill-Komunità Ewropea jew minn Stat Membru, skont l-Artikolu 60(2) tat-Trattat li jirrestrinġi l-użu tal-fondi tagħhom jew li fir-rigward tagħhom il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ikun ħareġ deċiżjoni li tissospendi jew teskludi l-aċċess tagħhom għall-operazzjonijiet tas-suq miftuħ jew għall-istanding facilities tal-Ewrosistema, jew jekk l-iskopijiet tas-sistema tar-riżervi minimi tal-Ewrosistema ma jintlaħqux bl-impożizzjoni ta’ dawn l-obbligi fuq dawk l-istituzzjonijiet partikolari. Jekk id-deċiżjoni tal-BĊE dwar eżenzjoni bħal din hija bbażata skont l-iskopijiet tas-sistema tar-riżervi minimi tal-Ewrosistema, il-BĊE iqis waħda jew iżjed mill-kriterji li ġejjin:
—
|
l-istituzzjoni hija awtorizzata ssegwi funzjonijiet bi skop speċjali biss,
|
—
|
l-istituzzjoni hija pprojbita milli teżerċita funzjonijiet bankarji attivi f’kompetizzjoni ma’ istituzzjonijiet oħra ta’ kreditu u/jew,
|
—
|
l-istituzzjoni hija taħt obbligu legali li jkollha d-depożiti kollha tagħha mmarkati għal skopijiet relatati ma’ assistenza reġjunali u/jew ma’ assistenza ta’ żvilupp internazzjonali.”;
|
|
(b)
|
It-tieni sentenza tat-tielet paragrafu hija sostitwita b’li ġej:
“Il-BĊE jagħmel ukoll pubblika, lista ta’ kull istituzzjoni eżentata mill-obbligi tagħha skont din is-sistema għal raġunijiet oħra milli dik li tkun suġġetta għal miżuri ta’ rijorganizzazzjoni jew l-iffriżar ta’ fondi u/jew miżuri oħra imposti mill-Komunità Ewropea jew minn Stat Membru skont l-Artikolu 60(2) tat-Trattat li jirrestrinġu l-użu tal-fondi tagħhom, jew li dwarha l-Kunsill Governattiv tal-BĊE ikun ħareġ deċiżjoni li tissospendi jew teskludi l-aċċess tagħha għal operazzjonijiet tas-suq miftuħ jew għall-istanding facilities tal-Ewrosistema (********).
(********) Il-listi huma disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku tal-BĊE (www.ecb.europa.eu).”;"
|
|
(23)
|
It-Taqsima 7.3 huwa emendat kif ġej:
(a)
|
Taħt it-testatura “Bażi tar-riżerva u proporzjonijiet tar-riżerva” l-ewwel sentenza tar-raba’ paragrafu hija sostitwita b’li ġej:
“Passivi fil-konfront ta’ istituzzjonijiet oħra inklużi fil-lista ta’ istituzzjonijiet suġġetti għas-sistema ta’ riżervi minimi tal-Ewrosistema u l-passivi fil-konfront tal-BĊE u l-BĊNi parteċipanti m’humiex inklużi fil-bażi tar-riżerva.”
|
(b)
|
Taħt it-testatura “Bażi tar-riżerva u proporzjonijiet tar-riżerva” it-tielet u r-raba’ sentenzi tal-ħames paragrafu huma sostitwiti b’li ġej:
“Dan il-proporzjon ta’ riżerva huwa speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9). Il-BĊE jistabbilixxi proporzjon ta’ riżerva żero fir-rigward tal-kategoriji li ġejjin tal-passiv: ‘depożiti b’maturità miftiehma ta’ aktar minn sentejn’, ‘depożiti li jinfdew b’notifika ta’ aktar minn sentejn’, ‘repos’ u ‘titoli ta’ dejn b’maturità miftiehma ta’ aktar minn sentejn’ (ara l-Kaxxa 9).”;
|
(ċ)
|
Il-Kaxxa 9 intitolata “Bażi tar-riżerva u proporzjonijiet tar-riżerva” hija sostitwita b’li ġej:
“IL-KAXXA 9
Bażi tar-riżerva u proporzjonijiet tar-riżerva
A. Passsivi inklużi fil-bażi tar-riżerva u li għalihom jiġi applikat il-proporzjon ta’ riżerva pożittiv
—
|
Depożiti ta’ matul il-lejl (overnight)
|
—
|
Depożiti b’maturità miftiehma sa u li tinkludi wkoll sentejn
|
—
|
Depożiti mifdija b’notifika ta’ sa u li tinkludi wkoll sentejn
|
Titoli ta’ dejn maħruġa
—
|
Titoli ta’ dejn b’maturità oriġinali sa u li tinkludi wkoll sentejn
|
B. Passiv inklużi fil-bażi tar-riżerva u li għalihom jiġi applikat il-proporzjon ta’ riżerva żero
—
|
Depożiti b’maturità miftiehma ta’ aktar minn sentejn
|
—
|
Depożiti mifdija b’notifika ta’ aktar minn sentejn
|
Titoli ta’ dejn maħruġa
—
|
Titoli ta’ dejn b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sentejn
|
C. Passiv eskluż mill-bażi tar-riżerva
—
|
Passiv fil-konfront ta’ istituzzjonijiet oħra suġġetti għas-sistema tar-riżervi minimi tal-Ewrosistema
|
—
|
Passiv fil-konfront tal-BĊE u l-BĊNi parteċipanti
|
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 2181/2004 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2004, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji, u r-Regolament (KE) Nru 63/2002 (BĊE/2001/18) dwar l-istatistika fir-rigward tar-rati tal-imgħax applikati mill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għal depożiti u self fil-konfront ta’ households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji (BĊE/2004/21) (ĠU L 183M, 5.7.2006, p. 383), jeħtieġ b’mod espliċitu r-rappurtar ta’ passivi ta’ depożiti skont il-valur nominali. Il-valur nominali jfisser l-ammont tal-kapital li d-debitur huwa kuntrattwalment obbligat iħallas lil kreditur. Din l-emenda saret meħtieġa minħabba li d-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet ikkonsolidati tal-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1), ġiet emendata biex b’hekk ċerti strumenti finanzjarji setgħu jiġu pprezzati skont il-valur ġust.”;"
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 2181/2004 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2004, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji, u r-Regolament (KE) Nru 63/2002 (BĊE/2001/18) dwar l-istatistika fir-rigward tar-rati tal-imgħax applikati mill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għal depożiti u self fil-konfront ta’ households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji (BĊE/2004/21) (ĠU L 183M, 5.7.2006, p. 383), jeħtieġ b’mod espliċitu r-rappurtar ta’ passivi ta’ depożiti skont il-valur nominali. Il-valur nominali jfisser l-ammont tal-kapital li d-debitur huwa kuntrattwalment obbligat iħallas lil kreditur. Din l-emenda saret meħtieġa minħabba li d-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet ikkonsolidati tal-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1), ġiet emendata biex b’hekk ċerti strumenti finanzjarji setgħu jiġu pprezzati skont il-valur ġust.”;"
|
|
(24)
|
L-Appendiċi 1 mal-Anness I huwa emendat kif ġej:
(a)
|
Fl-Eżempju 6, l-ewwel filliera tat-Tabella I hija sostitwita b’li ġej:
“Attiv A
|
Jumbo bond kopert tal-banek
|
30.8.2008
|
Rata fissa
|
6 xhur
|
4 snin
|
3,50 %”
|
|
(b)
|
Fl-Eżempju 6, taħt it-testatura “Sistema ta’ mmarkar” it-tieni u t-tielet sentenzi ta’ punt 1 tal-ewwel paragrafu huma sostitwiti b’li ġej:
“Attiv A huwa jumbo bond kopert tal-banek b’imgħax fiss u li jimmatura fit-30 ta’ Awwissu 2008. Għalhekk għandu maturità residwa ta’ erba’ snin, b’hekk jeħtieġ haircut ta’ valutazzjoni ta’ 3.5 %.”
|
|
(25)
|
L-Appendiċi 2 mal-Anness I huwa emendat kif ġej:
(a)
|
Tiddaħħal id-definizzjoni li ġejja ta’ “Titoli sostnuti minn assi”:
“Titoli sostnuti minn assi (ABS): strumenti ta’ dejn li huma sostnuti minn ġabra ta’ assi finanzjarji ringfenced (fissi jew li jduru (revolving)), li jikkonvertu fi flus kontanti f’perijodu ta’ żmien iddefinit. Barra minn dan, id-drittijiet jew assi oħra jistgħu jeżistu biex jiżguraw il-manutenzjoni (servicing) jew id-distribuzzjoni fil-ħin tad-dħul lid-detenturi tat-titolu. B’mod ġenerali, titoli sostnuti minn assi jinħarġu b’vettura ta’ investiment maħluqa għal t’apposta li tkun akkwistat il-ġabra tal-assi finanzjarji mill-oriġinatur/il-bejjiegħ. F’dan ir-rigward, il-ħlasijiet fuq it-titoli sostnuti minn assi jiddependu primarjament mill-flussi tal-flus kontanti iġġenerati mill-assi fil-ġabra bażi u d-drittijiet l-oħra, iddisinjati biex jiżguraw il-ħlas fil-ħin, bħall-faċilitajiet tal-likwidità, il-garanziji jew karatteristiċi oħra magħrufa ġeneralment bħala titjib.”;
|
(b)
|
Id-definizzjoni ta’ “Mudell ta’ kummerċ bankarju ċentrali korrispondenti” huwa sostitwit b’li ġej:
“Mudell ta’ kummerċ bankarju korrispondenti (CCBM): mekkaniżmu stabbilit mill-Ewrosistema bil-għan li jħalli lill-kontropartijiet jużaw l-attiv fundamentali f’kuntest intra-fruntieri. Fil-CCBM, il-BĊNi jaġixxu bħala kustodji għal xulxin. Dan ifisser li kull BĊN għandu kont ta’ titoli fl-amministrazzjoni tiegħu tat-titoli għal kull wieħed mill-BĊNi l-oħra u għall-BĊE. Il-CCBM huwa disponibbli wkoll għall-kontropartijiet ta’ ċerti BĊNi barra l-Ewrosistema.”;
|
(ċ)
|
Tiddaħħal id-definizzjoni li ġejja ta’ “Tranżazzjoni ta’ hedge tal-valuti”:
“Tranżazzjoni ta’ hedge tal-valuti: ftehim iffirmat bejn l-issuer u l-kontroparti tal-hedge, liema skont parti mir-riskju tal-valuta li jirriżulta mill-irċevuta ta’ flussi ta’ flus kontanti f’valuta li m’hijiex ewro, jittaffa billi jiġu skambjati l-flussi tal-flus kontanti għall-ħlasijiet fil-valuta ewro li għandhom isiru mill-kontroparti tal-hedge, inkluża kull garanzija mill-kontroparti tal-hedge ta’ dawk il-ħlasijiet.”;
|
(d)
|
Id-definizzjoni ta’ “Tmiem il-jum” hija sostitwita b’li ġej:
“Tmiem il-jum: il-ħin tal-jum ta’ negozju wara l-għeluq tat-TARGET2 li fih il-ħlasijiet ipproċessati fit-TARGET2 huma ffinalizzati għal dak il-jum”;
|
(e)
|
Id-definizzjoni ta’ “Quick tender” hija sostitwita b’li ġej:
“Quick tender
: il-proċedura ta’ tenders użata mill-Ewrosistema għal operazzjonijiet ta’ fine-tuning meta jitqies li jkun aħjar li jkun hemm impatt ta’ malajr fuq is-sitwazzjoni tal-likwidità fis-suq. Quick tenders huma normalment eżegwiti f’90 minuta u normalment restritti għal sett illimitat ta’ kontropartijiet.”;
|
(f)
|
Id-definizzjoni ta’ “RTGS (sistema ta’ (real-time gross settlement))” hija sostitwita b’li ġej:
“RTGS (sistema ta’ (real-time gross settlement): sistema ta’ settlement li fiha l-ipproċessar u s-settlement iseħħu skont bażi ta’ ordni b’ordni mingħajr ma jkun hemm netting kontinwu f’ħin reali. Ara wkoll TARGET2.”
|
(g)
|
Id-definizzjoni tat-“TARGET” hija sostitwita b’li ġej:
“TARGET: il-predeċessur tas-sistema TARGET2, li topera fi struttura deċentralizzata u li tgħaqqad flimkien sistemi nazzjonali ta’ RTGS u l-mekkaniżmu ta’ ħlas tal-BĊE. Is-sistema tat-TARGET ġiet sostitwita bis-sistema tat-TARGET2 skont l-iskeda ta’ migrazzjoni speċifikata fl-Artikolu 13 tal-Linja Gwida BĊE/2007/2.”
|
(h)
|
Tiddaħħal id-definizzjoni li ġejja “markdown ta’ valutazzjoni”:
“Markdown ta’ valutazzjoni: miżura ta’ kuntroll tar-riskju applikata għal attiv fundamentali wżata f’tranżazzjonijiet imreġġa’ lura, jiġifieri li l-bank ċentrali japplika tnaqqis tal-valur tas-suq teoretiku tal-attiv b’ċertu perċentwali qabel ma japplika xi haircut ta’ valutazzjoni (*********).
(*********) Għalhekk, per eżempju, għal titoli sostnuti b’assi fil-kategorija tal-likwidita V li huma vvalutati bl-użu ta’ prezz teoretiku, tiġi applikata markdown ta’ valutazzjoni ta’ 5 % għall-prezz teoretiku qabel l-applikazzjoni tal-haircut ta’ valutazzjoni ta’ 12 %. Dan huwa ekwivalenti għal haircut totali ta’ 16,4 %.”;"
|
|
(26)
|
It-tabella fl-Appendiċi 5 hija sostitwita b’li ġej:
“IL-WEBSAJTS TAL-EWROSISTEMA
Bank Ċentrali
|
Sit elettroniku
|
European Central Bank
|
www.ecb.europa.eu
|
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique
|
www.nbb.be or www.bnb.be
|
Deutsche Bundesbank
|
www.bundesbank.de
|
Central Bank and Financial Services Authority of Ireland
|
www.centralbank.ie
|
Bank of Greece
|
www.bankofgreece.gr
|
Banco de España
|
www.bde.es
|
Banque de France
|
www.banque-france.fr
|
Banca d’Italia
|
www.bancaditalia.it
|
Central Bank of Cyprus
|
www.centralbank.gov.cy
|
Banque centrale du Lussemburgu
|
www.bcl.lu
|
Bank Ċentrali ta’ Malta
|
www.centralbankmalta.org
|
De Nederlandsche Bank
|
www.dnb.nl
|
Oesterreichische Nationalbank
|
www.oenb.at
|
Banco de Portugal
|
www.bportugal.pt
|
Banka Slovenije
|
www.bsi.si
|
Suomen Pankki
|
www.bof.fi”
|
|
(1) Iċ-ċertifikati ta’ dejn maħruġin mill-BĊE u strumenti ta’ dejn maħruġin mill-BĊNi qabel l-adozzjoni tal-ewro fl-Istat Membru rispettiv tiegħu jiddaħħlu fil-kategorija tal-likwidità I.
(2) Huma biss dawk l-istrumenti b’volum ta’ ħruġ ta’ mhux inqas minn € 1 biljun, u li għalihom ta’ lanqas tliet market-makers jipprovdu kwotazzjonijiet regolari ta’ xiri (bid) u bejgħ (ask), li jaqgħu fil-kategorija tal-attiv ta’ jumbo bonds tal-banek koperti.
(3) Jiddaħħal fil-kategorija tal-likwidità II dak l-attiv biss negozjabbli maħruġ minn issuers li jkun ġie kklassifikat bħala aġenziji mill-BĊE. L-attiv negozjabbli maħruġ minn aġenziji oħra jiddaħħal fil-kategorija tal-likwidità III.
(4) Strumenti individwali ta’ dejn inklużi fil-kategorija V li huma vvalutati teoretikament skont it-Taqsima 6.5 huma suġġetti għal haircut addizzjonali ta’ valutazzjoni. Din il-haircut hija applikata direttament fil-livell tal-valutazzjoni teoretika tal-istrument individwali ta’ dejn fil-forma ta’ markdown ta’ valutazzjoni ta’ 5 %.”;
ANNESS II
L-Anness II mal-Linja Gwida BĊE/2000/7 huwa emendat kif ġej:
(1)
|
Fis-Sezzjoni I, fl-ewwel paragrafu ta’ punt 6, il-punt (f) huwa sostitwit b’li ġej:
“f)
|
awtorizzazzjoni tal-Kontroparti biex iwettaq attivitajiet skont jew id-Direttiva 2006/48/KE jew id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar swieq fi strumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (*), kif implimentata fl-Istat Membru relevanti tal-Eurosistema rispettivament, hija sospiża jew irrevokata; jew
|
(*) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.”"
|
(2)
|
Fis-Sezzjoni I, fl-ewwel paragrafu ta’ punt 6 punt (h) huwa sostitwit b’li ġej:
“h)
|
miżuri bħal dawk imsemmija fl-Artikoli 30, 31, 33 u 34 tad-Direttiva 2006/48/KE huma kontra l-Kontroparti; jew”
|
|
(3)
|
Fis-Sezzjoni I, fl-ewwel paragrafu ta’ punt 6 jiddaħħlu l-punti li ġejjin (p)-(t):
“(p)
|
il-Kontroparti jsir suġġett għall-iffriżar ta’ fondi u/jew miżuri oħra imposti mill-Komunità li jirrestrinġu l-abbilta’ tal-Kontroparti biex tuża l-fondi tagħha; jew
|
(q)
|
il-Kontroparti ssir suġġetta għall-iffriżar ta’ fondi u/jew miżuri oħra imposti minn Stat Membru skont l-Artikolu 60(2) tat-Trattat li jirrestrinġu l-abbiltà tal-Kontroparti biex tuża l-fondi tagħha; jew
|
(r)
|
l-assi kollha jew parti sostanzjali minnhom tal-Kontroparti huma suġġetti għal ordni t’iffriżar, sekwestru, qbid jew kull proċedura oħra li hija maħsuba biex tipproteġi l-interess pubbliku jew id-drittijiet tal-kredituri tal-Kontroparti; jew
|
(s)
|
l-assi kollha jew parti sostanzjali minnhom tal-Kontroparti huma assenjati lil entità oħra; jew
|
(t)
|
kull ġrajja oħra pendenti jew eżistenti li jekk isseħħ thedded it-twettiq mill-Kontroparti tal-obbligi tiegħu skont l-arranġament li hija tkun daħlet fih għall-iskop biex taffettwa operazzjonijiet tal-politika monetarja jew kull regoli oħra li japplikaw għar-relazzjoni bejn il-Kontroparti u xi wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.”
|
|
(4)
|
Fit-Taqsima I, it-tieni paragrafu ta’ punt 6 huwa sostitwit b’li ġej:
“Il-ġrajjiet (a) u (p) għandhom ikunu awtomatiċi; il-ġrajjiet (b), (c) u (q) jistgħu jkunu awtomatiċi; il-ġrajjiet (d) sa (o) u (r) sa (t) ma jistgħux ikunu awtomatiċi u għandhom ikunu diskrezzjonarji (jiġifieri, ipperfezzjonati biss malli tiġi servuta n-notifika tan-nuqqast). Din in-notifika tan-nuqqas tista’ tagħti ‘perijodu żejjed’ l-aktar sa tlitt ijiem ta’ negozju biex titranġa l-ġrajja. Għal ġrajjiet ta’ nuqqas li huma diskrezzjonarji, id-dispożizzjonijiet rigward l-eżerċizzju ta’ din id-diskrezzjoni għandhom jipprovdu ċertezza fir-rigward tal-effett ta’ dan l-eżerċizzju.”
|
(5)
|
Fis-Sezzjoni I, il-punt 7 huwa sostitwit b’li ġej:
“7.
|
Il-ftehim relevanti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN għandhom jiżguraw li jekk iseħħ xi każ ta’ nuqqas, il-BĊN huwa intitolat jeżerċita r-rimedji li ġejjin: jissospendi jew jeskludi l-Kontroparti milli taċċessa operazzjonijiet tas-suq miftuħ; jissospendi jew jeskludi l-Kontroparti milli taċċessa l-istanding facilities tal-Eurosistema; itemm il-ftehim u t-tranżazzjonijiet kollha dovuti; jew jitlob it-twettiq aċċellerat tal-klejms li ma jkunux għadhom immaturaw jew li huma kontinġenti. Barra minn dan, il-BĊN jista’ jkun intitolat jeżerċita r-rimedji li ġejjin: juża d-depożiti tal-Kontroparti mqiegħda mal-BĊN biex ipaċi klejms kontra dik il-Kontroparti; jissospendi t-twettiq tal-obbligi kontra l-Kontroparti sakemm il-klejm fuq il-Kontroparti tkun ġiet sodisfatta; jikklejmja l-imgħax tan-nuqqas; jew jikklejmja indenniz għal kull telf li jirriżulta bħala konsegwenza ta’ nuqqas mill-Kontroparti. Barra minn dan, il-ftehim relevanti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN għandhom jiżguraw li jekk iseħħ xi każ ta’ nuqqas, dak il-BĊN għandu jkun f’pożizzjoni legali biex jillikwida l-attiv kollu mogħti bħala garanzija mingħajr dewmien żejjed b’tali mod li jintitola lill-BĊN ibiegħ il-valur għall-kreditu mogħti, jekk il-Kontroparti ma tħallasx il-bilanċ negattiv tagħha minnufih. Sabiex jiżgura l-implimentazzjoni uniformi tal-miżuri mposti, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’ jiddeċiedi dwar ir-rimedji, inkluż is-sospensjoni jew l-esklużjoni mill-aċċess għall-operazzjonijiet tas-suq miftuħ jew għall-istanding facilities tal-Eurosistema.”
|
|
(6)
|
Fis-Sezzjoni II, taħt it-testatura “Karatteristiċi komuni għat-tranżazzjonijiet kollha bil-maqlub (reverse transactions)” in-nota 2 f’qiegħ il-paġna f’punt 15 hija rrevokata.
|