EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32008D0025(01)

2009/55/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 12 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti tal-ishma kapitali tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (BĊE/2008/25)

ĠU L 21, 24.1.2009, p. 71–74 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 01 Volum 003 P. 175 - 178

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 30/06/2013; Imħassar b' 32013D0018(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/55(1)/oj

24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 21/71


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-12 ta’ Diċembru 2008

li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti tal-ishma kapitali tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas

(BĊE/2008/25)

(2009/55/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-Artikolu 28.5,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2008/23 tat-12 ta’ Diċembru 2008 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) tipprovdi għall-aġġustament tal-ippeżar assenjat lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) fl-iskema għas-sottoskrizzjoni fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (minn issa ’l quddiem ’l-ippeżar tal-iskema kapitali’ u l-’iskema kapitali’ rispettivament). Dan l-aġġustament jeħtieġ li l-Kunsill Governattiv jiddetermina t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti ta’ ishma kapitali bejn il-BĊNi li huma membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) fil-31 ta’ Diċembru 2008 sabiex ikun żgurat li t-tqassim ta’ dawn l-ishma jikkorrespondi mal-aġġustamenti magħmulin. Għaldaqstant, l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida tal-BĊE hija meħtieġa biex tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2006/23 tal-15 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi t-termini l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti tal-ishma kapitali tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (2) b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009.

(2)

Id-Deċiżjoni BĊE/2008/24 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali parteċipanti (3) tiddetermina kif u safejn il-BĊNi tal-Istati Membri li adottaw l-ewro (minn issa ’l quddiem il-’BĊNi parteċipanti’) huma obbligati jħallsu l-kapital tal-BĊE minħabba l-iskema kapitali aġġustata. Id-Deċiżjoni BĊE/2008/28 tal-15 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti (4) tiddetermina l-persentaġġ li l-BĊNi tal-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-ewro fl-1 ta’ Jannar 2009 (minn issa ’l quddiem il-’BĊNi mhux parteċipanti’) huma obbligati jħallsu b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, minħabba l-iskema kapitali aġġustata.

(3)

Il-BĊNi parteċipanti, bl-eċċezzjoni tan-Národná banka Slovenska, diġa' ħallsu l-ishma tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif meħtieġ skond id-Deċiżjoni BĊE/2006/22 tal-15 ta’ Diċembru 2006, li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali parteċipanti (5). Minħabba f’hekk, l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2008/24 igħid li BĊN parteċipanti għandu jew jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew jirċievi ammont lura mill-BĊE, kif jixraq, sabiex wieħed jasal għall-ammonti murija fit-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/24.

(4)

Barra minn dan, l-Artikoli 2(1) u 2(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2008/33 tal-31 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment tal-assi ta’ riżerva barranin u l-kontribuzzjonijiet tan-Národná banka Slovenska lir-riżervi u l-provvisti (6) tal-Bank Ċentrali Ewropew jistabbilixxu li n-Národná banka Slovenska, li se jkun BĊN parteċipanti mill-1 ta’ Jannar 2009, huwa obbligat biex iħallas il-kumplament tas-sehem tas-sottoskrizzjoni tiegħu fil-kapital tal-BĊE sabiex jasal għall-ammont muri ħdejn ismu fit-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/24, wara li titqies l-iskema kapitali aġġustata.

(5)

Bl-istess mod, il-BĊNi mhux parteċipanti diġa' ħallsu l-ishma tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif meħtieġ skond id-Deċiżjoni BĊE/2006/26 tat-18 ta’ Diċembru 2006, li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti (7). Minħabba dan, l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2008/28 igħid li kull wieħed minnhom għandu jew jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew jirċievi ammont lura mill-BĊE, kif jixraq, sabiex jaslu għall-ammonti murija fit-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/28.

(6)

Id-Deċiżjoni BĊE/2003/20 tat-18 ta’ Diċembru 2003 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti tal-ishma kapitali tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (8) kienet abrogata b’mod sieket bid-Deċiżjoni BĊE/2004/7 tat-22 t’April 2004 li tistabbilixxi t-termini l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti tal-ishma kapitali tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (9). Għall-finijiet ta’ ċarezza, id-Deċiżjoni BĊE/2003/20 għandha tiġi abrogata b’mod ċar b’effett retroattiv.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Trasferiment ta’ ishma kapitali

Minħabba s-sehem fil-kapital tal-BĊE li kull BĊN ikun issottoskritta fil-31 ta’ Diċembru 2008, u s-sehem fil-kapital tal-BĊE li kull wieħed minn dawn il-BĊNi se jissottoskrivi b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, bħala konsegwenza tal-aġġustament tal-ippeżar tal-iskema kapitali stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/23, dawn il-BĊNi għandhom jittrasferixxu ishma kapitali bejniethom permezz ta’ trasferimenti lil u mill-BĊE biex jiżguraw li d-distribuzzjoni tal-ishma kapitali b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, tikkorrispondi mal-ippeżar aġġustat. Għal dan il-għan, kull BĊN għandu, bis-saħħa ta’ dan l-Artikolu u mingħajr il-ħtieġa ta’ aktar formalita' jew xi att, jew jittrasferixxi jew jirċievi b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, is-sehem fil-kapital sottoskritt tal-BĊE muri ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandu jirreferi għal sehem kapitali li l-BĊE għandu jittrasferixxi lil-BĊN u “–” għal sehem kapitali li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE.

Artikolu 2

Aġġustament tal-kapital imħallas

1.   Minħabba l-ammont ta’ kapital tal-BĊE li kull BĊN ħallas, u l-ammont tal-kapital tal-BĊE li kull BĊN għandu jħallas b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009 skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/24 għall-BĊNi parteċipanti u l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/28 għall-BĊNi mhux parteċipanti rispettivament, fl-ewwel ġurnata operattiva tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (“TARGET2”) wara l-1 ta’ Jannar 2009, kull BĊN għandu jew jittrasferrixxi jew jirċievi l-ammont nett muri ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness II ma’ din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandu jirreferi għal ammont li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE u “–” għal ammont li l-BĊE għandu jittrasferixxi lil dak il-BĊN.

2.   Fl-ewwel ġurnata operattiva tat-TARGET2 wara l-1 ta’ Jannar 2009, il-BĊE u l-BĊNi li huma obbligati jittrasferixxu ammont taħt paragrafu 1 għandom kull wieħed minnhom separatament jittrasferixxu kull interess fuq l-ammonti dovuti rispettivi li jakkumulaw fuq il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2009, sad-data tat-trasferiment. Min jittrasferixxi u min jirċievi dan l-imgħax għandhom ikunu l-istess bħal min jittrasferixxi u min jirċievi l-ammonti li fuqhom l-imgħax jakkumula.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   It-trasferimenti deskritti fl-Artikolu 2 għandhom iseħħu permezz tat-TARGET2.

2.   Meta xi BĊN m’għandux aċċess għat-TARGET2, l-ammonti deskritti fl-Artikolu 2 għandhom ikunu ttrasferiti billi jiġi kkreditat il-kont li l-BĊE jew il-BĊN għandhom jinnominaw fi żmien xieraq.

3.   Kull imgħax li jakkumula skond l-Artikolu 2(2) għandu jkun ikkalkulat kuljum, bl-użu tal-metodu ta’ kalkulazzjoni attwali bil-metodu matul-360-jum, b’rata ugwali għar-rata ta’ l-imgħax marġinali użata mis-SEBĊ fl-operazzjoni ta’ finanzjament mill-ġdid l-aktar riċenti tagħha.

4.   Il-BĊE u l-BĊNi li għandhom l-obbligu li jagħmlu trasferiment skond l-Artikolu 2 għandhom, sadanittant, jagħtu l-istruzzjonijiet meħtieġa biex iwettqu dan it-trasferiment fil-ħin kif meħtieġ.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet finali

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009.

2.   Din id-Deċiżjoni BĊE/2006/23 hija hawnhekk abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009.

3.   Ir-referenzi għad-Deċiżjoni BĊE/2006/23 għandhom jiġu interpretati bħala referenzi magħmulin għal din id-Deċiżjoni.

4.   Id-Deċiżjoni BĊE/2003/20 hija hawnhekk abrogata b’effett mit-23 ta’April 2004.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 12 ta’ Diċembru 2008.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  Ara paġna 66 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 24, 31.1.2007, p. 5.

(3)  Ara paġna 69 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  Ara paġna 81 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(5)  ĠU L 24, 31.1.2007, p. 3.

(6)  Ara paġna 75 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(7)  ĠU L 24, 31.1.2007, p. 15.

(8)  ĠU L 9, 15.1.2004, p. 32.

(9)  ĠU L 205, 9.6.2004, p. 9.


ANNESS I

KAPITAL IMĦALLAS TAL-BĊNI

 

Sehem imħallas fil-31 ta’ Diċembru 2008

(EUR)

Sehem imħallas b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009

(EUR)

Sehem biex jiġi ttrasferit

(EUR)

BĊN parteċipanti

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

142 334 199,56

139 730 384,68

–2 603 814,88

Deutsche Bundesbank

1 182 149 240,19

1 090 912 027,43

–91 237 212,76

Central Bank and Financial Services Authority of Ireland

51 183 396,60

63 983 566,24

+12 800 169,64

Bank of Greece

104 659 532,85

113 191 059,06

+8 531 526,21

Banco de España

434 917 735,09

478 364 575,51

+43 446 840,42

Banque de France

828 813 864,42

819 233 899,48

–9 579 964,94

Banca d’Italia

721 792 464,09

719 885 688,14

–1 906 775,95

Central Bank of Cyprus

7 195 054,85

7 886 333,14

+ 691 278,29

Banque Centrale du Lussemburgu

9 073 027,53

10 063 859,75

+ 990 832,22

Bank Ċentrali ta’ Malta

3 583 125,79

3 640 732,32

+57 606,53

De Nederlandsche Bank

224 302 522,60

229 746 339,12

+5 443 816,52

Oesterreichische Nationalbank

116 128 991,78

111 854 587,70

–4 274 404,08

Banco de Portugal

98 720 300,22

100 834 459,65

+2 114 159,43

Banka Slovenije

18 399 523,77

18 941 025,10

+ 541 501,33

Národná banka Slovenska

38 970 813,50

39 944 363,76

+ 973 550,26

Suomen Pankki

71 708 601,11

72 232 820,48

+ 524 219,37

BĊN mhux parteċipanti

Българска народна банка

50 883 842,67

50 037 026,77

– 846 815,90

Česká národní banka

79 957 855,35

83 368 161,57

+3 410 306,22

Danmarks Nationalbank

87 204 756,07

85 459 278,39

–1 745 477,68

Eesti Pank

9 810 391,04

10 311 567,80

+ 501 176,76

Latvijas Banka

16 204 715,21

16 342 970,87

+ 138 255,66

Lietuvos bankas

24 068 005,74

24 517 336,63

+ 449 330,89

Magyar Nemzeti Bank

75 700 733,22

79 819 599,69

+4 118 866,47

Narodowy Bank Polski

280 820 283,32

282 006 977,72

+1 186 694,40

Banca Națională a României

145 099 312,72

141 971 278,46

–3 128 034,26

Sveriges Riksbank

134 298 089,46

130 087 052,56

–4 211 036,90

Bank of England

802 672 023,82

836 285 430,59

+33 613 406,77

Total (1):

5 760 652 402,58

5 760 652 402,58

0


(1)  Minħabba t-tqarrib, it-totali jistgħu ma jikkorrispondux mas-somma tal-figuri kollha murijin.


ANNESS II

KAPITAL IMĦALLAS TAL-BĊNi

 

Sehem imħallas fil-31 ta’ Diċembru 2008

(EUR)

Sehem imħallas b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009

(EUR)

Ammont ta’ ħlas ta’ trasferiment

(EUR)

BĊN parteċipanti

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

142 334 199,56

139 730 384,68

–2 603 814,88

Deutsche Bundesbank

1 182 149 240,19

1 090 912 027,43

–91 237 212,76

Central Bank and Financial Services Authority of Ireland

51 183 396,60

63 983 566,24

+12 800 169,64

Bank of Greece

104 659 532,85

113 191 059,06

+8 531 526,21

Banco de España

434 917 735,09

478 364 575,51

+43 446 840,42

Banque de France

828 813 864,42

819 233 899,48

–9 579 964,94

Banca d’Italia

721 792 464,09

719 885 688,14

–1 906 775,95

Central Bank of Cyprus

7 195 054,85

7 886 333,14

+ 691 278,29

Banque centrale du Lussemburgu

9 073 027,53

10 063 859,75

+ 990 832,22

Bank Ċentrali ta’ Malta

3 583 125,79

3 640 732,32

+57 606,53

De Nederlandsche Bank

224 302 522,60

229 746 339,12

+5 443 816,52

Oesterreichische Nationalbank

116 128 991,78

111 854 587,70

–4 274 404,08

Banco de Portugal

98 720 300,22

100 834 459,65

+2 114 159,43

Banka Slovenije

18 399 523,77

18 941 025,10

+ 541 501,33

Národná banka Slovenska

2 727 956,95

39 944 363,76

+37 216 406,81

Suomen Pankki

71 708 601,11

72 232 820,48

+ 524 219,37

BĊN mhux parteċipanti

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

3 561 868,99

3 502 591,87

–59 277,12

Česká národní banka

5 597 049,87

5 835 771,31

+ 238 721,44

Danmarks Nationalbank

6 104 332,92

5 982 149,49

– 122 183,43

Eesti Pank

686 727,37

721 809,75

+35 082,38

Latvijas Banka

1 134 330,06

1 144 007,96

+9 677,90

Lietuvos bankas

1 684 760,40

1 716 213,56

+31 453,16

Magyar Nemzeti Bank

5 299 051,33

5 587 371,98

+ 288 320,65

Narodowy Bank Polski

19 657 419,83

19 740 488,44

+83 068,61

Banca Națională a României

10 156 951,89

9 937 989,49

– 218 962,40

Sveriges Riksbank

9 400 866,26

9 106 093,68

– 294 772,58

Bank of England

56 187 041,67

58 539 980,14

+2 352 938,47

Total (1):

4 137 159 937,99

4 142 260 189,23

+5 100 251,24


(1)  Minħabba t-tqarrib, it-totali jistgħu ma jikkorrespondux mas-somma tal-figuri kollha murijin.


Fuq