EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32010D0026
2011/20/EU: Decision of the European Central Bank of 13 December 2010 on the increase of the European Central Bank’s capital (ECB/2010/26)
2011/20/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 13 ta Diċembru 2010 dwar iż-żieda fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2010/26)
2011/20/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 13 ta Diċembru 2010 dwar iż-żieda fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2010/26)
ĠU L 11, 15.1.2011, p. 53–53
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 01 Volum 014 P. 116 - 116
Fis-seħħ
15.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 11/53 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-13 ta Diċembru 2010
dwar iż-żieda fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew
(BĊE/2010/26)
(2011/20/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar ’il quddiem l-‘Istatut tas-SEBĊ’), u b’mod partikolari l-Artikolu 28.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1009/2000 tat-8 ta’ Mejju 2000 li jikkonċerna żidiet kapitali tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 28.1 tal-Istatut tas-SEBĊ il-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) huwa ta’ EUR 5 000 miljun. Il-kapital tal-BĊE ġie miżjud għal EUR 5 760 652 402,58 b’mod konformi mal-Artikolu 48.3 tal-Istatut tas-SEBĊ bħala konsegwenza tal-adeżjoni ta’ Stati Membri mal-Unjoni u l-isħubija tal-banek ċentrali nazzjonali tagħhom mas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali. |
(2) |
Skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 28.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-kapital tal-BĊE jista’ jiġi miżjud b’tali ammont li jista’ jiġi deċiż mill-Kunsill Governattiv li jaġixxi bil-maġġoranza kkwalifikata pprovduta fl-Artikolu 10.3 tal-Istatut tas-SEBĊ, skont il-limiti u taħt il-kundizzjonijiet stipulati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea taħt il-proċedura stipulata fl-Artikolu 41 tal-Istatut tas-SEBĊ. |
(3) |
Skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1009/2000, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’ jżid il-kapital tal-BĊE lil hinn mill-ammont speċifikat fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 28(1) tal-Istatut tas-SEBĊ b’ammont addizzjonali sa EUR 5 000 miljun. |
(4) |
Skont ir-raba’ premessa tar-Regolament (KE) Nru 1009/2000, ir-Regolament jistabbilixxi limitu għal żidiet fil-futur fil-kapital tal-BĊE, u b’hekk jippermetti lill-Kunsill Governattiv tal-BĊE jiddeċiedi dwar żieda attwali f’xi punt fil-futur sabiex isostni l-adegwatezza tal-bażi kapitali meħtieġa biex jiġu appoġġati l-operazzjonijiet tal-BĊE. |
(5) |
Meta titqies iż-żieda fit-total tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE matul dawn l-aħħar snin, huwa kkunsidrat neċessarju li jiżdied il-kapital tal-BĊE b’EUR 5 000 miljun sabiex tiġi sostnuta l-adegwatezza tal-bażi ta’ kapital meħtieġa biex jiġu appoġġati l-operazzjonijiet tal-BĊE, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Żieda tal-kapital tal-BĊE
Il-kapital tal-BĊE ser jiżdied b’EUR 5 000 miljun minn EUR 5 760 652 402,58 għal EUR 10 760 652 402,58.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Diċembru 2010.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-13 ta’ Diċembru 2010.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 115, 16.5.2000, p. 1.