EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32003D0021(01)
2004/47/EC: Decision of the European Central Bank of 18 December 2003 laying down the measures necessary for the contribution to the European Central Bank's reserves and provisions and for adjusting the national central banks' claims equivalent to the transferred foreign reserve assets (ECB/2003/21)
Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Diċembru, 2003 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni għar-riżervi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew u għal-aġġustament tal-klejms tal-Banek Ċentrali nazzjonali li huma ekwivalenti għall-assi barranin ta' riżerva trasferiti (BĊE/2003/21)
Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Diċembru, 2003 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni għar-riżervi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew u għal-aġġustament tal-klejms tal-Banek Ċentrali nazzjonali li huma ekwivalenti għall-assi barranin ta' riżerva trasferiti (BĊE/2003/21)
ĠU L 9, 15.1.2004, p. 36–38
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Kapitolu 10 Volum 003 P. 335 - 337
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Kapitolu 10 Volum 003 P. 335 - 337
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Kapitolu 10 Volum 003 P. 335 - 337
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Kapitolu 10 Volum 003 P. 335 - 337
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Kapitolu 10 Volum 003 P. 335 - 337
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 10 Volum 003 P. 335 - 337
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Kapitolu 10 Volum 003 P. 335 - 337
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Kapitolu 10 Volum 003 P. 335 - 337
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Kapitolu 10 Volum 003 P. 335 - 337
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2006; Imħassar b' 32006D0024(01)
Official Journal L 009 , 15/01/2004 P. 0036 - 0038
Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2003 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni għar-riżervi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew u għal-aġġustament tal-klejms tal-Banek Ċentrali nazzjonali li huma ekwivalenti għall-assi barranin ta' riżerva trasferiti (BĊE/2003/21) (2004/47/KE) IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 30, Billi: (1) L-aġġustament ta' l-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (minn issa 'l quddiem "l-iskema kapitali") jirriżulta f'aġġustamenti għall-proporzjonijiet assenjati lill-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri li addottaw l-ewro (minn issa 'l quddiem "il-BĊNi parteċipanti") fl-iskema kapitali tal-BĊE (minn issa 'l quddiem "il-proporzjonijiet fl-iskema kapitali") kif stabbilit fid-Deċiżjoni BĊE/2003/17 tat-18 ta' Diċembru, 2003, dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew [1]. L-aġġustament għall-proporzjonijiet fl-iskema kapitali u t-tibdil li jirriżulta fl-ishma tal-BĊNi parteċipanti fil-kapital sottoskritt tal-BĊE, jagħmlu l-aġġustament tal-klejms li l-BĊE ikkredita lill-BĊNi parteċipanti skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut, u li huma ekwivalenti għall-kontribuzzjonijiet ta' l-assi barranin ta' riżerva tal-BĊNi parteċipanti lill-BĊE, (minn issa 'l quddiem il-"klejms") meħtieġa. (2) Dawk il-BĊNi parteċipanti li s-sehem perċentwali tagħhom fl-iskema kapitali aġġustata jiżdied minħabba l-aġġustament, għandhom minħabba f'hekk iwettqu trasferiment ta' kumpens lill-BĊE, filwaqt li l-BĊE għandu jwettaq trasferiment ta' kumpens lil dawk il-BĊNi parteċipanti li s-sehem perċentwali tagħhom fl-iskema kapitali aġġustata jiċkien. (3) Skond il-prinċipji ġenerali tas-sens ġust, it-trattament ugwali u l-protezzjoni ta' l-aspettazzjonijiet leġittimi li huma l-bażi ta' l-Istatut, dawk il-BĊNi parteċipanti li s-sehem relattiv tagħhom fil-valur akkumulat ta' l-ekwita' tal-BĊE jiżdied minħabba l-aġġustamenti hawn fuq imsemmija, għandhom ukoll iwettqu trasferiment ta' kumpens lil dawk il-BĊNi parteċipanti li s-sehem relattiv tagħhom jiċkien. (4) Il-proporzjonijiet rispettivi ta' kull BĊN parteċipanti fl-iskema kapitali sal-31 ta' Diċembru, 2003, u mill-1 ta' Jannar, 2004, għandhom jiġu rrappreżentati bħala persentaġġ tal-kapital totali tal-BĊE kif sottoskritt għalih mill-BĊNi parteċipanti kollha, għall-iskop biex jiġi kkalkulat l-aġġustament tal-valur tas-sehem ta' kull BĊN parteċipanti fil-valur akkumulat ta' l-ekwita' tal-BĊE, ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Definizzjonijiet Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni: (a) Il-"valur akkumulat ta' l-ekwita" għandha tfisser it-total tar-riżervi tal-BĊE, il-kontijiet ta' rivalutazzjoni u l-provvisti ekwivalenti għar-riżervi kif imsemmi fil-kontijiet annwali tal-BĊE u approvati mill-Kunsill Regolatorju għas-sena finanzjarja 2003. Ir-riżervi tal-BĊE u dawk il-provvisti ekwivalenti għar-riżervi għandhom jinkludu, mingħajr preġudizzju għall-ġeneralita' tal-"valur akkumulat ta' l-ekwita", il-fond ta' riżerva ġenerali, u l-provvisti ekwivalenti għar-riżervi għal telf ta' valutazzjoni fir-rigward tar-rati tal-kambju u l-prezzijiet tas-suq. (b) Id-"data tat-trasferiment" għandha tfisser it-tieni ġurnata ta' negozju wara l-approvazzjoni tal-Kunsill Regolatorju tal-kontijiet annwali tal-BĊE għas-sena finanzjarja 2003. Artikolu 2 Il-kontribuzzjoni għar-riżervi u l-provvisti tal-BĊE 1. Dan l-Artikolu għandu japplika biss jekk il-valur akkumulat ta' l-ekwita' huwa akbar minn zero. 2. Jekk is-sehem ta' xi BĊN parteċipanti fil-valur akkumulat ta' l-ekwita' jiżdied minħabba t-tkabbir fil-proporzjon tiegħu fl-iskema kapitali mill-1 ta' Jannar, 2004, dak il-BĊN fid-data tat-trasferiment għandu jittrasferixxi lill-BĊE l-ammont iddeterminat skond il-paragrafu 4. 3. Jekk is-sehem ta' xi BĊN parteċipanti fil-valur akkumulat ta' l-ekwita' jiċkien minħabba t-tnaqqis fil-proporzjon tiegħu fl-iskema kapitali mill-1 ta' Jannar, 2004, dak il-BĊN fid-data tat- trasferiment għandu jirċievi mill-BĊE l-ammont iddeterminat skond il-paragrafu 4. 4. Il-BĊE għandu sadanittant, jikkalkula u jikkonferma lil kull BĊN parteċipanti, jew l-ammont li għandu jiġi ttrasferit minn dak il-BĊN lill-BĊE fejn il-paragrafu 2 japplika, jew l-ammont li dak il-BĊN għandu jirċievi mill-BĊE fejn il-paragrafu 3 japplika. Salv għal xi aġġustament li jkun meħtieġ, kull ammont li għandu jiġi ttrasferit jew irċevut għandu jiġi kkalkulat bil-multiplikazzjoni tal-valur akkumulat ta' l-ekwita' bid-differenza assoluta bejn il-proporzjon ta' kull BĊN parteċipanti fl-iskema kapitali fil-31 ta' Diċembru, 2003, u l-proporzjon tiegħu fl-iskema kapitali mill-1 ta' Jannar, 2004, u bid-diviżjoni tar-riżultat b'100. 5. Kull ammont deskritt fil-paragrafu 4 għandu jkun dovut fl-ewro fil-1 ta' Jannar, 2004, imma għandu jiġi ttrasferit effettivament fid-data tat-trasferiment. 6. Fid-data tat-trasferiment, kull BĊN parteċipanti jew il-BĊE li jkollu jittrasferixxi xi ammont skond il-paragrafu 2 jew il-paragrafu 3, għandu wkoll jittrasferixxi separatament kull imgħax li jiddekorri matul il-perjodu ta' mill-1 ta' Jannar, 2004, sad-data tat-trasferiment, dwar kull ammont dovut rispettiv minn dak il-BĊN parteċipanti u mill-BĊE. Min jittrasferixxi u min jirċievi dan l-imgħax għandu jkun l-istess min jittrasferixxi u min jirċievi l-ammonti li dwarhom l-imgħax jiddekorri. Artikolu 3 Aġġustament tal-klejms li huma ekwivalenti għall-assi barranin ta' riżerva ttrasferiti 1. Il-klejms tal-BĊNi parteċipanti għandhom jiġu aġġustati fl-1 ta' Jannar, 2004, skond il-proporzjonijiet tagħhom fl-iskema kapitali aġġustata. Il-valur tal-klejms tal-BĊNi parteċipanti mill-1 ta' Jannar, 2004, huwa stabbilit fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni. 2. Kull BĊN parteċipanti, bis-saħħa ta' din id-dispożizzjoni u mingħajr il-ħtieġa ta' aktar formalita' jew atti, għandu jitqies li jkun jew ittrasferixxa jew irċieva fl-1 ta' Jannar, 2004, il-valur assolut tal-klejm (f'ewro) imniżżel ħdejn ismu fir-raba' kolonna tat-tabella fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni, fejn is-sinjal "-" għandu jirreferi għal klejm li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE, u s-sinjal "+" għal klejm li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN. 3. Fit-2 ta' Jannar, 2004, kull BĊN parteċipanti għandu jew jittrasferixxi jew jirċievi l-valur assolut ta' l-ammont (f'ewro) imniżżel ħdejn ismu fir-raba' kolonna tat-tabella fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni, fejn is-sinjal "+" għandu jirreferi għal ammont li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE, u s-sinjal "-" għal ammont li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN. 4. Fit-2 ta' Jannar, 2004, il-BĊE u l-BĊNi parteċipanti li huma obbligati li jittrasferixxu xi ammonti skond il-paragrafu 3, għandhom ukoll jittrasferixxu separatament kull imgħax akkumulat matul il-perjodu ta' mill-1 ta' Jannar, 2004, sat-2 ta' Jannar, 2004, dwar l-ammonti dovuti rispettivi mill-BĊE u minn dawk il-BĊNi. Min jittrasferixxi u min jirċievi dan l-imgħax għandu jkunu l-istess min jittrasferixxi u min jirċievi l-ammonti li dwarhom l-imgħax jiddekorri. Artikolu 4 Dispożizzjonijiet ġenerali 1. L-imgħax li jiddekorri skond il-paragrafu 6 ta' l-Artikolu 2 u skond il-paragrafu 4 ta' l-Artikolu 3 għandu jiġi kkalkukat ġurnata b'ġurnata, permezz tal-metodu tal-kalkulazzjoni ta' 360-jum attwali, b'rata ekwivalenti għar-rata ta' imgħax marġinali wżata mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali fl-operazzjoni prinċipali ta' rifinanzjament l-aktar riċenti tagħha. 2. Kull trasferiment skond il-paragrafi 2, 3 u 6 ta' l-Artikolu 2 u skond il-paragrafi 3 u 4 ta' l-Artikolu 3 għandu jseħħ separatament permezz tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET). 3. Il-BĊE u l-BĊNi parteċipanti li huma obbligati li jagħmlu xi wieħed mit-trasferimenti msemmija fil-paragrafu 2, għandhom sadanittant, jagħtu l-istruzzjonijiet meħtieġa biex jeżegwixxu dawn it-trasferimenti fil-ħin u kif għandu jkun. Artikolu 5 Dispożizzjonijiet Finali 1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-19 ta' Diċembru, 2003. 2. Din id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-18 ta' Diċembru 2003. Għall-Kunsill Regolatorju tal-BĊE Jean-Claude Trichet [1] ĠU L 9, ta' l-15.1.2004, p. 27. -------------------------------------------------- ANNESS KLEJMS LI HUMA EKWIVALENTI GĦALL-ASSI BARRANIN TA' RIŻERVA TTRASFERITI LILL-BĊE BĊN parteċipanti | Klejm ekwivalenti għall-assi barranin ta' riżerva ttrasferiti lill-BĊE, fil-31 ta' Diċembru, 2003 (EUR) | Klejm ekwivalenti għall-assi barranin ta' riżerva ttrasferiti lill-BĊE, mill-1 ta' Jannar, 2004 (EUR) | Ammont ta' ħlas ittrasferit (EUR) | Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique | 1432900000 | 1414850000 | − 18050000 | Deutsche Bundesbank | 12246750000 | 11702000000 | − 544750000 | Bank of Greece | 1028200000 | 1080700000 | + 52500000 | Banco de España | 4446750000 | 4390050000 | − 56700000 | Banque de France | 8416850000 | 8258750000 | − 158100000 | Central Bank and Financial Services Authority of Ireland | 424800000 | 512700000 | + 87900000 | Banca d'Italia | 7447500000 | 7286300000 | − 161200000 | Banque centrale du Luxembourg | 74600000 | 85400000 | + 10800000 | De Nederlandsche Bank | 2139000000 | 2216150000 | + 77150000 | Österreichische Nationalbank | 1179700000 | 1150950000 | − 28750000 | Banco de Portugal | 961600000 | 1006450000 | + 44850000 | Suomen Pankki | 698500000 | 714900000 | + 16400000 | Total: | 40497150000 | 39819200000 | − 677950000 | --------------------------------------------------