EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32003D0020(01)

Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2003 li tistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet għat-trasferimenti ta' l-ishma fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u l-aġġustament tal-kapital imħallas (CBE/2003/20)

ĠU L 9, 15.1.2004, p. 32–35 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Kapitolu 10 Volum 003 P. 331 - 334
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Kapitolu 10 Volum 003 P. 331 - 334
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Kapitolu 10 Volum 003 P. 331 - 334
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Kapitolu 10 Volum 003 P. 331 - 334
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Kapitolu 10 Volum 003 P. 331 - 334
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 10 Volum 003 P. 331 - 334
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Kapitolu 10 Volum 003 P. 331 - 334
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Kapitolu 10 Volum 003 P. 331 - 334
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Kapitolu 10 Volum 003 P. 331 - 334
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Kapitolu 10 Volum 005 P. 216 - 219
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Kapitolu 10 Volum 005 P. 216 - 219

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 01/01/2009; Imħassar b' 32008D0025(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/46(1)/oj

32003D0020(01)



Official Journal L 009 , 15/01/2004 P. 0032 - 0035


Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew

tat-18 ta' Diċembru 2003

li tistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet għat-trasferimenti ta' l-ishma fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u l-aġġustament tal-kapital imħallas

(CBE/2003/20)

(2004/46/KE)

IL-KUNSILL REGOLATORJU L-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u b'mod partikolari l-Artikolu 28.5 tiegħu,

Billi:

(1) L-aġġustament tal-peżati assenjati lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) fiċ-ċavetta għas-sottoskrizzjoni fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewopew (BĊE) (minn issa "l quddiem imsejħa l-peżati ċavetta tal-kapital u ċ-ċavetta tal-kapital rispettivament) kif ipprovvdut fid-Deċiżjoni BĊE/2003/17 tat-18 ta' Diċembru 2003 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fiċ-ċavetta għas-sottoskrizzjoni fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew" [1] jeħtieġ lill-Kunsill li jirregola li jistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet tat-trasferimenti ta' l-ishma tal-kapital bejn il-BĊNi sabiex jiġi żgurat illi d-distribuzzjoni ta' dawn l-ishma tikkorrispondi ma' l-aġġustamenti magħmula.

(2) Id-Deċiżjoni BĊE/2003/18 tat-18 ta' Diċembru 2003 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa sabiex jitħallas il-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali parteċipanti [2] tistabbilixxi kif u safejn u sakemm il-BĊNi ta' l-Istati Membri illi adottaw l-euro (minn issa 'l quddiem imsejħa l-BĊNi parteċipanti) għandhom iħallsu l-kapital ta' l-BĊE bil-ħsien taċ-ċavetta aġġustata tal-kapital. Id-Deċiżjoni BĊE/2003/19 tat-18 ta' Diċembru2003 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa sabiex jitħllas il-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonalin parteċipanti [3] tistabbilixxi kif u safejn u sakemm il-BĊNi ta' l-Istati membri illi adottaw l-euro (minn issa 'l quddiem imsejħa l-BĊNi parteċipanti) għandhom iħallsu l-kapital ta' l-BĊE bil-ħsieb taċ-ċavetta aġġustata tal-kapital.

(3) Il-BĊNi parteċipanti ħallsu l-ishma tagħhom fil-kapital sottoskritt ta' l-BĊE kif meħtieġa skond id-Deċiżjoni BĊE/1998/2 [4] u, fil-każ tal-Bank tal-Greċja, skond l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2000/14 [5] u d-Deċiżjoni BĊE/1998/14 [6]. Fid-dawl ta' dan il-fatt, l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2003/28 tiddikjara illi jew BĊN parteċipanti għandu jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew l-BĊE għandu jittrasferixxi lura ammont lil BĊN parteċipanti, kif approprjat, sabiex jaslu għall-ammonti ddikjarati fil-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2003/18.. Bl-istess mod, il-BĊNi mhux parteċipanti ħallsu l-ishma tagħhom fil-kapital sottoskritt ta' l-BĊE kif meħtieġa skond id-Deċiżjoni BĊE/1998/14. Fid-dawl ta' dan il-fatt, l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2003/19 tiddikjara illi jew BĊN mhux parteċipanti għandu jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew l-BĊE għandu jittrasferixxi lura ammont lil BĊN mhux parteċipanti, kif approprjat, sabiex jaslu għall-ammonti ddikjarati fil-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2003/19,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-trasferiment ta' l-ishma

Meta jiġu kkunsidrati s-sehem fil-kapital ta' l-BĊE li kull BĊN ikun issottoskriva fil-31 ta' Diċembru 2003 u s-sehem fil-kapital ta' l-BĊE li kull BĊN irid jissottoskrivi mill-1 ta' Jannar 2004 bħala konsegwenza ta' l-aġġustament tal-peżati ċavetta tal-kapital kif deskritt fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/200317, il-BĊNi għandhom jittrasferixxu l-ishma fil-kapital bejniethom infushom permezz ta' l-BĊE u minn għandu sabiex jiġi żgurat illi d-distribuzzjoni ta' l-ishma fil-kapital tikkorrispondi mal-peżati aġġustati. Għal dan l-effett, kull BĊN għandu, bis-saħħa ta' dan l-Artikolu u mingħajr ebda formalità iktar jew azzjoni jkun meħtieġ, jew li jitrasferixxi jew li jirċievi fl-1 ta' Jannar 2004 is-sehem fil-kapital sottoskritt ta' l-BĊE iddikjarat maġenb ismu fir-raba' kolonna tat-tabella fl-Anness ma din id-deċiżjoni li fiha "+" għandu jirreferi għal sehem mill-kapital li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN u "−" għal sehem mill-kapital illi l-BĊN għandu ittrasferixxi lill-BĊE.

Artikolu 2

L-Aġġustament tal-kapital imħallas

1. Meta jiġi kkunsidrat l-ammont tal-kapital ta' l-BĊE illi kull BĊN ikun ħallas u l-ammont tal-kapital ta' l-BĊE illi kull BĊN għandu jħallas sa l-1 ta' Jannar 2004, kif iddikjarat fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2003/19 għall-BĊNi mhux parteċipanti rispettivament, kull BĊN għandu fit-2 ta' Jannar 2004 jew jittrasferixxi jew jirċievi l-ammont nett (fl-euro) iddikjarati maġenb ismu fir-raba' kolonna tat-tabella fl-Anness II ma din id-Deċiżjoni, li fiha "+" għandu jirreferi għal ammont li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE u "−" għal ammont li l-BĊE għandu jittrasferixxi lil dan il-BĊN.

2. Fit-2 ta' Jannar 2004, l-BĊE u l-BĊNi li huma taħt obbligu li jittrasferixxu ammont skond il-paragrafu 1 għandhom, kull wieħed separatament, jittrasferixxu kull imgħax li jakkumula fil-perjodu taż-żmien bejn l-1 ta' Jannar 2004 sat-2 ta' Jannar 2004 fuq l-ammonti mistħoqqa mill-BĊE u minn dawn il-BĊNi skond il-paragrafu 1. It-trasferituri u r-riċevituri ta' dan l-imgħax għandhom ikunu l-istess bħat-trasferituri u r-riċevituri ta' l-ammonti li fuqhom jakkumula l-imgħax.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet ġenerali

1. It-trasferimenti deskritti fl-Artikolu 2 għandhom isiru permezz tas-sistema Trans-Ewropea tas-soluzzjoni Grossa Awtomatizzata fiż-Żmien Reali tat-Trasferiment bl-Espress (TARGET).

2. Kull imgħax li jakkumula skond l-Artikolu 2(2) għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta' kull jum, bl-użu tal-metodu attwali ta' 360 jum tal-kalkolu, b'rata ugwali għall-imgħax marġinali wżata mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali fl-operat l-iktar reċenti u ewlieni tagħha ta' finanzjament mill-ġdid.

3. L-BĊE u l-BĊNi li huma taħt obbligu li jagħmlu trasferiment skond l-Artikolu 2 għandhom, fiż-żmien f'waqtu, jagħtu l-istruzzjonijiet meħtieġa sabiex jesegwixxu kif mistħoqq dan it-trasferiment f'waqtu.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet finali

1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-19 ta' Diċembru 2003.

2. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-18 ta' Diċembru 2003.

Għall-Kunsill Regolatorju tal-BĊE

Jean-Claude Trichet

[1] ĠU L 9, tal-15.1.2004, p. 27.

[2] ĠU L 9, tal-15.1.2004, p. 29.

[3] ĠU L 9, tal-15.1.2004, p. 31.

[4] ĠU L 8, ta' l-14.1.1999, p. 33.

[5] ĠU L 336, tat-30.12.2000, p. 110.

[6] ĠU L 110, tat-28.4.1999, p. 33.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

IL-KAPITAL SOTTOSKRITT TAL-BĊNi

(EUR) |

Il-BĊN | Is-Sehem sottoskritt fil-31 ta' Diċembru 2003 | Is-Sehem sottoskritt mill-1 ta' Jannar 2004 | Is-Sehem li jrid jiġi ttrasferit |

In- Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique | 143290000 | 141485000 | - 1805000 |

Id- Deutsche Bundesbank | 1224675000 | 1170200000 | - 54475000 |

Il-Bank of Greece | 102820000 | 108070000 | + 5250000 |

Il-Banco de España | 444675000 | 439005000 | - 5670000 |

Il-Banque de France | 841685000 | 825875000 | - 15810000 |

Is-Central Bank and Financial Services Authority of Ireland | 42480000 | 51270000 | + 8790000 |

Il-Banca d'Italia | 744750000 | 728630000 | - 16120000 |

Il-Banque centrale du Lussemburgu | 7460000 | 8540000 | + 1080000 |

Id-De Nederlandsche Bank | 213900000 | 221615000 | + 7715000 |

L-Österreichische Nationalbank | 117970000 | 115095000 | - 2875000 |

Il-Banco de Portugal | 96160000 | 100645000 | + 4485000 |

Is-Suomen Pankki | 69850000 | 71490000 | + 1640000 |

Id-Danmarks Nationalbank: | 83545000 | 86080000 | + 2535000 |

L-iSveriges Riksbank: | 132685000 | 133180000 | + 495000 |

Il-Bank of England: | 734055000 | 798820000 | + 64765000 |

Total: | 5000000000 | 5000000000 | 0 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

IL-KAPITAL IMĦALLAS TA' L-BĊNi

(EUR) |

Il-BĊN | Is-sehem sottoskritt fil-31 ta' Diċembru 2003 | Is-sehem sottoskritt mill-1 ta' Jannar 2004 | L-Ammont tal-ħlas tat-trasferiment |

In- Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique | 143290000 | 141485000 | - 1805000 |

Id-Deutsche Bundesbank | 1224675000 | 1170200000 | - 54475000 |

Il-Bank tal-Greċja | 102820000 | 108070000 | + 5250000 |

Il-Banco de España | 444675000 | 439005000 | - 5670000 |

Il-Banque de France | 841685000 | 825875000 | - 15810000 |

Is-Central Bank and Financial Services Authority of Ireland | 42480000 | 51270000 | + 8790000 |

Il-Banca d'Italia | 744750000 | 728630000 | - 16120000 |

Il-Banque centrale du Lussemburgu | 7460000 | 8540000 | + 1080000 |

Id-De Nederlandsche Bank | 213900000 | 221615000 | + 7715000 |

L-Österreichische Nationalbank | 117970000 | 115095000 | - 2875000 |

Il-Banco de Portugal | 96160000 | 100645000 | + 4485000 |

Is-Suomen Pankki | 69850000 | 71490000 | + 1640000 |

Id-Danmarks Nationalbank: | 4177250 | 4304000 | + 126750 |

L-iSveriges Riksbank: | 6634250 | 6659000 | + 24750 |

Il-Bank of England: | 36702750 | 39941000 | + 3238250 |

It-Total: | 4097229250 | 4032824000 | - 64405250 |

--------------------------------------------------

Fuq