EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32003D0017(01)

Id-Deċiżjoni tal-bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Diċembru, 2003 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-bank ċentrali ewropew (BĊE/2003/17)

ĠU L 9, 15.1.2004, p. 27–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Kapitolu 10 Volum 003 P. 327 - 328
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Kapitolu 10 Volum 003 P. 327 - 328
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Kapitolu 10 Volum 003 P. 327 - 328
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Kapitolu 10 Volum 003 P. 327 - 328
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Kapitolu 10 Volum 003 P. 327 - 328
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 10 Volum 003 P. 327 - 328
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Kapitolu 10 Volum 003 P. 327 - 328
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Kapitolu 10 Volum 003 P. 327 - 328
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Kapitolu 10 Volum 003 P. 327 - 328

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 30/04/2004; Imħassar b' 32004D0005(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/43/oj

32003D0017(01)



Official Journal L 009 , 15/01/2004 P. 0027 - 0028


Id-Deċiżjoni tal-bank Ċentrali Ewropew

tat-18 ta' Diċembru 2003

dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-bank ċentrali ewropew

(BĊE/2003/17)

(2004/43/KE)

IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikoli 29.3 u 29.4,

Wara li kkunsidra l-kontribuzzjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB) skond ir-raba' subinċiż ta' l-Artikolu 47.2 ta' l-Istatut,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni BĊE/1998/13 ta' l-1 ta' Diċembru, 1998, dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew [1], stabbiliet b'effett mill-1 ta' Ġunju, 1998, il-proporzjonijiet assenjati lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (minn issa 'l quddiem "il-proporzjonijiet fl-iskema kapitali" u "l-iskema kapitali" rispettivament).

(2) L-Artikolu 29.3 ta' l-Istatut jeħtieġ li l-proporzjonijiet fl-iskema kapitali jiġu aġġustati kull ħames snin wara t-twaqqif tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali permezz ta' analoġija mad-dispożizzjonijiet imniżżla fl-Artikoli 29.1 ta' l-Istatut. L-iskema kapitali aġġustata tapplika b'effett mill-ewwel ġurnata tas-sena wara dik is-sena li fiha l-aġġustament isir.

(3) Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/517/KE tal-15 ta' Lulju, 2003, dwar id-data statistika li għandha tintuża għall-aġġustament ta' l-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew [2], il-Kummisjoni Ewropea pprovdiet lill-BĊE bid-data statistika li għandha tintuża fid-determinazzjoni ta' l-iskema kapitali aġġustata.

(4) Il-profitti jew it-telf netti tal-BĊE (jekk ikun hemm) għas-sena finanzjarja 2003 għandhom jiġu allokati u distribwiti skond l-Artikolu 33.1(b) u l-Artikolu 33.2 ta' l-Istatut, u skond il-proporzjonijiet fl-iskema kapitali applikabbli fil-31 ta' Diċembru, 2003. L-istess għandu japplika għall-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-BĊNi skond l-Artikolu 32.1 ta' l-Istatut, id-distribuzzjoni tad-dħul tal-BĊE magħmul mill-ħruġ tal-flus, ir-remunerazzjoni tat-talbiet tal-BĊNi li huma ekwivalenti għall-assi ta' riżerva barranin ittrasferiti lill-BĊE u r-remunerazzjoni tal-bilanċi interni għall-Ewrosistema dwar il-karti tal-flus ewo fiċ-ċirkolazzjoni,

ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Aġġustament

Fejn il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi data statistika riveduta biex tintuża fl-aġġustament ta' l-iskema kapitali u l-figuri ma jlaħħqux għall-100 %, id-differenza għandha tkun kumpensata kif ġej: (i) jekk it-total ikun anqas minn 100 %, billi jiżdied 0,0001 ta' punt peċentwali ma' l-iżgħar sehem (ishma) f'ordni axxendenti sakemm jintlaħaq il-100 % eżatti, jew (ii) jekk it-total ikun iżjed minn 100 %, billi jitnaqqas 0,0001 ta' punt peċentwali f'ordni dixxendenti mill-akbar sehem (ishma) sakemm jintlaħaq il-100 % eżatti.

Artikolu 2

Il-Proporzjonijiet fl-iskema kapitali

Il-proporzjonijiet assenjati lil kull BĊN fl-iskema kapitali deskritta fl-Artikolu 29 ta' l-Istatut għandhom ikunu kif ġej b'effett mill-1 ta' Jannar, 2004:

- In-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique | 2,8297 % |

- Id-Danmarks Nationalbank | 1,7216 % |

- Id-Deutsche Bundesbank | 23,4040 % |

- Il-Bank of Greece | 2,1614 % |

- Il-Banco de España | 8,7801 % |

- Il-Banque de France | 16,5175 % |

- Ic-Central Bank and Financial Services Authority of Ireland | 1,0254 % |

- Il-Banca d'Italia | 14,5726 % |

- Il-Banque centrale du Lussemburgu | 0,1708 % |

- Id-De Nederlandsche Bank | 4,4323 % |

- L-Österreichische Nationalbank | 2,3019 % |

- Il-Banco de Portugal | 2,0129 % |

- Is-Suomen Pankki | 1,4298 % |

- Is-Sveriges Riksbank | 2,6636 % |

- Il-Bank of England | 15,9764 % |

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet finali u tranżitorji

1. Id-Deċiżjoni BĊE/1998/13 hija bil-preżenti rrevokata b'effett mill-1 ta' Jannar, 2004.

2. Kull profitt jew telf nett tal-BĊE (jekk ikun hemm), id-dħul monetarju tal-BĊNi, id-dħul tal-BĊE magħmul mill-ħruġ tal-flus, ir-remunerazzjoni tat-talbiet tal-BĊNi li huma ekwivalenti għall-assi ta' riżerva barranin ittrasferiti lill-BĊE u r-remunerazzjoni tal-bilanċi interni għall-Ewrosistema dwar il-karti tal-flus ewro fiċ-ċirkolazzjoni, li għandhom x'jaqsmu mas-sena finanzjarja 2003, għandhom ikunu allokati u distribwiti skond il-proporzjonijiet fl-iskema kapitali applikabbli fil-31 ta' Diċembru, 2003.

3. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-19 ta' Diċembru, 2003.

4. Din id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Frankfurt am Main, it-18 ta' Diċembru 2003.

Għall-Gvernatur tal-Kunsill tal-BĊE

Jean-Claude Trichet

[1] ĠU L 125, tad-19.5.1999, p. 33.

[2] ĠU L 181, tad-19.7.2003, p. 43.

--------------------------------------------------

Fuq