EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32009D0025(01)

2010/14/: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 10 ta’ Diċembru 2009 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2010 (BĊE/2009/25)

ĠU L 7, 12.1.2010, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument Fis-seħħ: Danl-attinbidel. Verżjoni kkonsolidata kurrenti: 29/12/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/14(1)/oj

12.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 7/21


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-10 ta’ Diċembru 2009

dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2010

(BĊE/2009/25)

(2010/14/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, partikolarment l-Artikolu 128(2),

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklużiv mill-1 ta’ Jannar 1999 biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġin mill-Istati Membri li adottaw l-euro (minn issa ‘l quddiem “l-Istati Membri parteċipanti”).

(2)

L-Istati Membri parteċipanti ppreżentaw għall-approvazzjoni tal-BĊE l-estimi tagħhom tal-volum ta’ muniti euro li għandhom jinħarġu fl-2010, flimkien ma’ noti ta’ spjega dwar il-metodoloġija ta’ tbassir,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Approvazzjoni tal-volum ta’ muniti euro li għandhom jinħarġu fl-2010

Il-BĊE japprova l-volum ta’ muniti euro li għandhom jinħarġu mill-Istati Membri parteċipanti fl-2010 kif deskritt fit-tabella li ġejja:

(miljuni f’EUR)

 

Ħruġ ta’ muniti ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni u ħruġ ta’ muniti ta’ kollezzjoni (mhux iddestinati għaċ-ċirkolazzjoni) fl-2010

Il-Belġju

105,2

Il-Ġermanja

668,0

L-Irlanda

43,0

Il-Greċja

55,0

Spanja

210,0

Franza

290,0

L-Italja

283,0

Ċipru

18,1

Il-Lussemburgu

40,0

Malta

10,5

Il-Pajjiżi l-Baxxi

54,0

L-Awstrija

306,0

Il-Portugall

50,0

Is-Slovenja

30,0

Is-Slovakkja

62,0

Il-Finlandja

60,0

Artikolu 2

Disposizzjoni finali

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri parteċipanti.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta’ Diċembru 2009.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


Fuq