EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32007D0019(01)

2008/21/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 7 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2001/15 tas- 6 ta’ Diċembru 2001 , dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus ewro (BĊE/2007/19)

ĠU L 1, 4.1.2008, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0029(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/21(1)/oj

4.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 1/7


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2001/15 tas-6 ta’ Diċembru 2001, dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus ewro

(BĊE/2007/19)

(2008/21/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 106(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-Artikolu 16,

Billi:

(1)

Bis-saħħa ta’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/503/KE ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni minn Ċipru tal-munita waħda ta’ l-1 ta’ Jannar 2008 (1) u l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/504/KE ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni minn Malta tal-munita waħda fl-1 Jannar 2008 (2), Ċipru u Malta jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni ta’ l-ewro u d-derogi mogħtija lil dawn l-Istati Membri skond l-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni (3) ser jiġu rrevokati b’effett mill-1 ta’ Jannar 2008.

(2)

L-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2001/15 dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus ewro (4) jiddefinixxi l-“iskema ta’ allokazzjoni ta’ karti tal-flus” u jirreferi għall-Anness ma’ dik id-Deċiżjoni, li jispeċifika l-iskema ta’ allokazzjoni ta’ karti tal-flus applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2007. Billi Ċipru u Malta ser jadottaw l-ewro fl-1 ta’ Jannar 2008, id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 għandha tiġi emendata sabiex tiġi ddeterminata l-iskema ta’ allokazzjoni ta’ karti tal-flus li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Emenda tad-Deċiżjoni BĊE/2001/15

Id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 hija emendata kif ġej:

(1)

L-aħħar sentenza ta’ l-Artikolu 1(d) hija sostitwita b’li ġej:

“L-Anness ma’ din id-Deċiżjoni jispeċifika l-iskema ta’ allokazzjoni ta’ karti tal-flus li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008.”;

(2)

L-Anness mad-Deċiżjoni BĊE/2001/15 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 7 ta’ Diċembru 2007.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 186, 18.7.2007, p. 29.

(2)  ĠU L 186, 18.7.2007, p. 32.

(3)  Att li jitratta l-kundizzjonijiet tas-sħubija tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

(4)  ĠU L 337, 20.12.2001, p. 52. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni BĊE/2006/25 (ĠU L 24, 31.1.2007, p. 13).


ANNESS

SKEMA TA’ ALLOKAZZJONI TA’ KARTI TAL-FLUS MILL-1 TA’ JANNAR 2008

European Central Bank

8,0000  %

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

3,2615  %

Deutsche Bundesbank

27,0880  %

Central Bank and Financial Services Authority of Ireland

1,1730  %

Bank of Greece

2,3980  %

Banco de España

9,9660  %

Banque de France

18,9915  %

Banca d’Italia

16,5395  %

Central Bank of Cyprus

0,1650  %

Banque centrale du Luxembourg

0,2080  %

Bank Ċentrali ta’ Malta/Central Bank of Malta

0,0825  %

De Nederlandsche Bank

5,1395  %

Oesterreichische Nationalbank

2,6610  %

Banco de Portugal

2,2620  %

Banka Slovenije

0,4215  %

Suomen Pankki

1,6430  %

Total

100,0000  %


Fuq