EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32000O0006

Verżjoni konsolidata tal-Linja gwida BĊE/2000/6 ta' l-20 ta' Lulju 2000 dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 52 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew wara t-tmiem tal-perjodu transitorju, kif emendata bil-Linja gwida (BĊE/2001/10)

ĠU C 325, 21.11.2001, p. 14–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Kapitolu 10 Volum 001 P. 279 - 280
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Kapitolu 10 Volum 001 P. 279 - 280
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Kapitolu 10 Volum 001 P. 279 - 280
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Kapitolu 10 Volum 001 P. 279 - 280
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Kapitolu 10 Volum 001 P. 279 - 280
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 10 Volum 001 P. 279 - 280
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Kapitolu 10 Volum 001 P. 279 - 280
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Kapitolu 10 Volum 001 P. 279 - 280
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Kapitolu 10 Volum 001 P. 279 - 280
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Kapitolu 10 Volum 005 P. 29 - 30
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Kapitolu 10 Volum 005 P. 29 - 30
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 10 Volum 003 P. 49 - 50

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

32000O0006



Official Journal C 325 , 21/11/2001 P. 0014 - 0015


Verżjoni konsolidata tal-Linja gwida BĊE/2000/6 ta' l-20 ta' Lulju 2000 dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 52 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew wara t-tmiem tal-perjodu transitorju, kif emendata bil-Linja gwida (BĊE/2001/10)

(2001/C 325/12)

IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "It-Trattat") u b'mod partikolari l-Artikolu 106(1) tiegħu u l-Artikoli 12.1, 14.3 u 52 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "L-Istatut"),

Billi

(1) L-Artikolu 52 ta' l-Istatut jagħti s-setgħa lill-Kunsill li jirregola l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) biex dan jieħu l-miżuri meħtieġa biex ikun żgurat li l-karti tal-flus denominati f'valuti b'rati ta' kambju fissi u li ma jinbidilux ikunu jistgħu jinbidlu mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) skond il-valur rispettiv tagħhom.

(2) L-għan ta' l-Artikolu 52 ta' l-Istatut huwa li jkun żgurat livell għoli ta' sostenibilità bejn il-units ta' muniti nazzjonali wara d-dħul tar-rati ta' kambju li hemm imsemmija fl-Artikolu 123(4) tat-Trattat u bejn il-units ta' valuti nazzjonali u l-euro. Għal dak il-għan, il-Kunsill Regolatorju tal-BĊE huwa li jiżgura li kull bank ċentrali nazzjonali jkun lest jibdel, skond ir-rati tal-kambju, kwalunkwe karta ta' flus maħruġa mill-BĊN ta' Stat Membru ieħor mingħajr ma jkun hemm deroga f'karti tal-flus euro.

(3) Il-BĊNi għandhom jiżguraw li l-karti tal-flus ta' l-Istati Membri parteċipanti l-oħra jkunu jistgħu jinbidlu ma' l-euro jew, skond il-leġislazzjoni nazzjonali, jiġu akkreditati f'xi kont bankarju. Il-banek ċentrali nazzjonali għandhom jiżguraw li l-kambju ta' flus li l-Istati Membri parteċipanti l-oħra jagħmlu ma' l-euro jkun jista' jsir fuq valur ugawali. Il-BĊNi huma obbligati jipprovdu tali servizz huma stess jew jaħtru aġent biex iwettaq dan is-servizz f'isimhom.

(4) Il-Kunsill Regolatorju tal-BĊE huwa determinat li jiżgura li kull BĊN ikun lest jibdel, skond ir-rati tal-kambju, kwalunkwe karta ta' flus maħruġa mill-BĊN ta' Stat Membru ieħor mingħajr ma jkun hemm l-ebda deroga f'kari tal-flus euro.

(4a) Billi huwa magħruf li, bħala regola ġenerali, il-karti tal-flus li jkunu fi stat ħażin ħafna ma jkunux jistgħu jinbidlu, u għandha ssir referenza speċifika għal ċerti kategoriji ta' karti tal-flus li għandhom ikunu esklużi mir-regoli tal-kambju; billi l-iskemi ta' l-immarkar se jkunu implementati minn uħud mill-BĊNi ta' Stati Membri parteċipanti, bl-għan li jiffaċilitaw u jipproteġu l-irtirat tal-karti tal-flus nazzjonali, u għalhekk il-karti tal-flus immarkati se jissemmew b'mod espliċitu fost il-karti tal-flus li ma jkunux jistgħu jinbidlu; billi huwa meqjus meħtieġ li titħejja informazzjoni fuq il-proċeduri ta' l-immarkar fl-Istati Membri differenti li huma disponibbli fuq is-sit ta' l-internet tal-BĊE.

(5) F'konformità ma' l-Artikoli 12.1 u 14.3 ta' l-Istatut, il-Linjigwida tal-BĊE jiffurmaw parti integrali mil-liġi tal-Komunità,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' din il-Linja gwida:

"BĊNi" tfisser il-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri li jkunu adottaw il-munita waħdanija f'konformità mat-Trattat,

"Stati Membri parteċipanti" tfisser l-Istati Membri kollha li jkunu adottaw il-munita waħdanija f'konformità mat-Trattat,

"karti tal-flus ta' Stati Membri parteċipanti oħra" għandha tfisser karti tal-flus maħruġa minn BĊN li kellhom valuta legali fil-31 ta' Diċembru 2001 u li jkunu ġew preżentati lil bank ċentral nazzjonali ieħor jew lill-aġent maħtur tiegħu għal fini ta' kambju,

"il-kambju ta' karti tal-flus ta' Stati Membri parteċipanti oħra" għandha tfisser il-bdil ta' karti tal-flus maħruġa minn bank ċentrali nazzjonali u li jkunu ġew preżentati lil bank ċentrali nazzjonali ieħor jew lill-aġent maħtur tiegħu biex dawn jinbidlu f'karti tal-flus u muniti euro jew biex dawn il-fondi jiġu akkreditati f'xi kont bankarju,

"immarkar" tfisser l-identifikazzjoni ta' karti tal-flus nazzjonali b'simbolu distintiv u speċifiku, eż. toqob li jsiru b'perforators, liema simboli għandhom isiru minn istituzzjonijiet awtorizzati fl-implimentazzjoni ta' miżuri legali meħuda fuq il-livell ta' kull Stat Membru parteċipanti, bil-ħsieb li titħaffef it-tneħħija ta' karti tal-flus nazzjonali miċ-ċirkolazzjoni,

"valur ugwali" għandha tfisser il-valur li jkun ġej mir-rati tal-kambju adottati mill-Kunsill ta' l-UE taħt l-Artikolu 123(4) tat-Trattat mingħajr ma jkun hemm firxa bejn ir-rati tax-xiri u l-bejgħ.

Artikolu 2

L-Obbligu li jsir kambju fuq valur ugwali

1. Il-BĊNi għandhom, f'minn ta' l-anqas lokalità waħda fit-territorju nazzjonali, jew huma stess jew permezz ta' l-aġent maħtur tagħhom, jiżguraw li l-karti tal-flus ta' l-Istati Membri parteċipanti l-oħra jkunu jistgħu jinbidlu f'karti tal-flus u muniti euro jew inkella, jekk issir talba, dawn jiġu akkreditati f'kont bankarju ma' l-istituzzjoni li twettaq il-kambju, jekk il-leġislazzjoni nazzjonali tkun tippermetti din il-possibilità, fiż-żewġ każijiet skond il-valur ugwali rispettiv tagħhom.

2. Il-BĊNi jistgħu jillimitaw il-membru u/jew il-valur totali tal-karti tal-flus ta' l-Istati Membri parteċipanti l-oħra li dawn ikunu lesti jaċċettaw għal kwalunkwe transazzjoni jew fi kwalunkwe ġurnata.

Artikolu 3

Il-Karti tal-flus li jistgħu jinbidlu

Il-karti tal-flus ta' l-Istati Membri parteċipanti l-oħra li jkunu jistgħu jinbidlu taħt din il-Linja gwida m'għandhomx ikunu fi stat ħażin ħafna. B'mod partikolari, il-karti tal-flus m'għandhomx ikunu magħmula aktar minn żewġ partijiet ta' l-istess karta tal-flus imwaħħlin flimkien jew inkella jkunu tħassru b'tagħmir għal kontra s-serq. Barra minn hekk, dawn m'għandhomx ikunu mmarkati jew tħassru b'mod li jkun impossibbli li li tkun verifikata l-preżenza ta' l-immarkar.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet finali

Din il-linja gwida għandha tapplika għall-karti tal-flus kollha ta' l-Istati Membri parteċipanti l-oħra li jkunu ġew preżentati għall-kambju bejn l-1 ta' Jannar 2002 u l-31 ta' Marzu 2002.

Din il-Linja gwida hija indirizzata lill-BĊNi ta' l-Istati Membri parteċipanti.

Din il-linja gwida għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

--------------------------------------------------

Fuq