Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 52018HB0001
Recommendation of the European Central Bank of 26 January 2018 to the Council of the European Union on the external auditors of the Oesterreichische Nationalbank (ECB/2018/1)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Jannar 2018 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Oesterreichische Nationalbank (BĊE/2018/1)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Jannar 2018 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Oesterreichische Nationalbank (BĊE/2018/1)
ĠU C 37, 1.2.2018, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 37/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-26 ta’ Jannar 2018
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Oesterreichische Nationalbank
(BĊE/2018/1)
(2018/C 37/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
L-Artikolu 37(1) tal-Att Federali Awstrijakk dwar l-Oesterreichische Nationalbank jistipula illi l-Laqgħa Ġenerali tal-Oesterreichische Nationalbank teleġġi awditur estern alternattiv għal perijodu pluriennali ta' massimu ta' ħames snin. L-awditur estern alternattiv jingħata l-mandat biss f’każ li l-awditur estern ma jistax iwettaq il-verifika. |
(3) |
Il-mandati kemm tal-awdituri esterni kurrenti kif ukoll tal-awdituri esterni alternattivi kurrenti tal-Oesterreichische Nationalbank intemmu wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2017. Huwa għalhekk meħtieġ illi jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2018. |
(4) |
L-Oesterreichische Nationalbank għażel lil Ernst & Young Wirtschaftsprüfungsgesellschaft m.b.H. bħala l-awditur estern tiegħu u lil Deloitte Audit Wirtschaftsprüfungs GmbH bħala l-awditur estern alternattiv għas-snin finanzjarji 2018 sa 2022, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
1. |
Huwa rrakkomandat illi Ernst & Young GmbH Wirtschaftsprüfungsgesellschaft għandhom jinħatru bħala l-awditur estern tal-BĊE għas-snin finanzjarji 2018 sa 2022. |
2. |
Huwa rrakkomandat illi Deloitte Audit Wirtschaftsprüfungs GmbH għandhom jinħatru bħala l-awditur estern alternattiv tal-Oesterreichische Nationalbank għas-snin finanzjarji 2018 sa 2022. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-26 ta’ Jannar 2018.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI