Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52016HB0029

    Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta’ Ottubru 2016 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland (BĊE/2016/29)

    ĠU C 413, 10.11.2016, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.11.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 413/1


    RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tat-28 ta’ Ottubru 2016

    lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland

    (BĊE/2016/29)

    (2016/C 413/01)

    IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    (2)

    Il-mandat tal-awdituri esterni preżenti tal-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland, Grant Thornton, intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2015. Għalhekk huwa meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2016.

    (3)

    Il-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland għażel lil Mazars bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2016 sa 2020,

    ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

    Huwa rrakkomandat illi Mazars għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland għas-snin finanzjarji 2016 sa 2020.

    Magħmul fi Frankfurt am Main, it-28 ta’ Ottubru 2016.

    Il-President tal-BĊE

    Mario DRAGHI


    Fuq