EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32018O0017

Linja Gwida (UE) 2018/877 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta' Ġunju 2018 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2018/17)

ĠU L 154, 18.6.2018, p. 22–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/01/2022; Imħassar b' 32021O0835

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2018/877/oj

18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/22


LINJA GWIDA (UE) 2018/877 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-1 ta' Ġunju 2018

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2018/17)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 5.1, 12.1 u 14.3 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu jissorvelja t-trażmissjoni tal-politika monetarja u b'mod partikolari l-impatt tal-bidliet fir-rati tal-imgħax applikati għall-operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin u operazzjonijiet ta' rifinanzjament immirati fuq żmien twil u tax-xiri mwettaq taħt il-programmi ta' xiri ta' assi fuq il-kundizzjonijiet ta' self għad-djar u korporazzjonijiet mhux finanzjarji. Għal dan il-għan, ta'kull xahar hija meħtieġa informazzjoni statistika dwar titolizzazzjonijiet u trasferimenti oħra minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs) ta' self lil unitajiet domestiċi mqassma skont l-iskop. Barra minn hekk, hija meħtieġa informazzjoni statistika dwar l-aggregazzjoni nozzjonali tal-flus kontanti sabiex l-impatt ta' dawn il-pożizzjonijiet ikun jista' jiġi ddifferenzjat minn dak ta' depożiti u self oħrajn fuq il-karti tal-bilanċ tal-MFIs Wara l-istabbiliment tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, li sar kompletament operattiv fl-1 ta' Jannar 2015, huwa wkoll meħtieġ li jiġu rrappurtati pożizzjonijiet vis-à-vis l-SRB. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu stabbiliti l-formati u l-proċeduri li l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom isegwu sabiex jirrappurtaw din l-informazzjoni lill-BĊE.

(2)

Il-BĊE jżomm id-Database tar-Reġistru tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati (RIAD), repożitorju ċentrali ta' dejta ta' referenza dwar unitajiet istituzzjonali rilevanti għal skopijiet ta' statistika. Ir-RIAD taħżen, inter alia, il-listi tal-MFIs, fondi ta' investiment (IFs), korporazzjonijiet ta' vetturi finanzjarji u istituzzjonijiet relevanti għall-finijiet tal-istatistika dwar il-ħlasijiet. Peress li r-regoli u l-proċeduri li jispeċifikaw kif il-BĊNi jirrapportaw id-dejta meħtieġa lill-BĊE bl-użu tar-RIAD huma stabbiliti f'Linja Gwida separata, għal raġunijiet ta' ċertezza legali d-dispożizzjonijiet tal-Linja Gwida BĊE/2014/15 (1) li jittrattaw dawn ir-regoli u proċeduri jeħtieġu li jitħassru.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/38) (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti għar-rapportar ta' statistika dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-IFs. Il-BĊNi għandhom jikklassifikaw u jaggregaw din id-dejta. B'mod partikolari, huwa meħtieġ li jiġu identifikati impriżi għal investiment kollettiv f'titoli trasferibbli fl-istatistiki tal-IFs, li jeħtieġu klassifikazzjoni ġdida tad-dejta eżistenti, abbażi ta' informazzjoni mir-RIAD.

(4)

Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2014/15 għandha tiġi emendata f'dan is-sens,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida BĊE/2014/15 hija emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 1, jitħassar il-paragrafu 4;

2.

fl-Artikolu 3, il-ħames subparagrafu tal-paragrafu 1(a) huwa mibdul b'li ġej:

“Il-partiti kollha huma obbligatorji; madankollu, b'referenza għaċ-ċelloli fit-Tabelli 3 u 4 tal-Parti 3 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) li jikkorrispondu mal-Istati Membri mhux fiż-żona tal-euro, japplikaw ċerti dispożizzjonijiet speċjali, kif deskritt fil-paragrafu 8. B'referenza wkoll għal dik it-Tabella 3, wara l-istabbiliment tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (SRB) fl-2015 skont ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), il-BĊNi huma meħtieġ ukoll li jissottomettu pożizzjonijiet vis-à-vis l-SRB taħt iċ-ċellola ta' “istituzzjoni tal-UE magħżula”. Barra minn hekk, b'referenza għar-rekwiżiti tat-Tabella 5 tal-Parti 5 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) għar-rapportar ta' self titolizzat u dekontabilizzat li huma sservizzjati minn MFIs, il-BĊNi jistgħu jestendu r-rekwiżiti ta' rapportar biex jinkludu self ittrasferit mod ieħor li huwa isservizzjat minn MFIs. Sa fejn din l-informazzjoni addizzjonali mhix inkluża fir-rapportar taħt it-Tabella 5 tal-Parti 5 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) imma hija disponibbli għall-BĊNi, għandha tiġi inkluża d-dejta fit-Tabella 4 tal-Parti 1 tal-Anness II ta' din il-Linja Gwida. Sa fejn dik l-informazzjoni dwar is-self titolizzat jew ittrasferit mod ieħor li ma jkunx isservizzjat minn MFIs tkun disponibbli għall-BĊN (eż. minn OFIs jew awżiljarji finanzjarji li jaġixxu bħala dawk li jisservizzjaw is-self), din id-dejta għandha tiġi inkluża fit-Tabella 4 tal-Parti 1 tal-Anness II. Sa fejn dik l-informazzjoni statistika hija disponibbli għall-BĊN fuq l-aggregazzjoni nozzjonali ta' flus kontanti, din id-dejta għandha tiġi inkluża fit-Tabella 5 tal-Parti 1 tal-Anness II.

(*1)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).”;"

3.

fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa mibdul b'dan li ġej:

“2.   Frekwenza tar-rapportar u skadenza

L-istatistika tal-bażi ta' riżerva għandu jkun fiha sitt kronoloġiji għall-istituzzjonijiet ta' kreditu, b'referenza għall-figuri tal-ishma tal-aħħar tax-xahar li għandhom jiġu trażmessi lill-BĊE kull xahar, sa mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol tal-BĊN qabel il-bidu tal-perijodu ta' żamma ta' riżerva, permezz tas-sistema tal-iskambju tad-dejta tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ). Istituzzjonijiet ta' kreditu tal-aħħar għandhom jirrapportaw lill-BĊNi taqsim limitat fuq bażi trimestrali. Għal dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu tal-aħħar, għandha tintuża statistika tal-bażi ta' riżerva ssimplifikata għat-tliet perijodi ta' żamma ta' riżerva. Il-BĊNi għandhom jużaw id-dejta tal-bażi tar-riżerva trimestrali mill-istituzzjonijiet tal-aħħar għall-figuri ta' kull xahar rapportati lill-BĊE fit-tliet trażmissjonijiet tad-dejta wara r-rilaxx tagħhom.”;

4.

fl-Artikolu 9(2)(c), l-ewwel inċiż huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“It-tliet kronoloġiji tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, li jirreferu għaċ-ċifri tal-istokks tal-aħħar tax-xahar, għandhom jiġu trażmessi lill-BĊE sa mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol tal-BĊN ta' qabel il-bidu tal-perijodu ta' żamma.”;

5.

fl-Artikolu 17a(1), il-ħames subparagrafu huwa ssostitwit b'li ġej:

“Il-BCNi għandhom jagħmlu l-emendi neċessarji għall-informazzjoni rreġistrata fir-RIAD meta l-isħubija tal-panel tiġi affettwata.”;

6.

fl-Artikolu 19, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-tielet paragrafu huwa ssostitwit b'li gej:

“L-istokks kollha ta' tmiem ix-xahar u aġġustamenti tal-fluss ta' kull xahar kif ukoll informazzjoni ta' kull xahar dwar ħruġ/bejgħ ġdid u fidi ta' ishma/unitajiet ta' fond ta' investiment għandhom jiġu rrappurtati wkoll (i) għas-subsettur ta' fondi nnegozjati fil-borża (ETFs), bħala pożizzjoni “li minnhom” ta' “fondi totali”, u (ii) li jibda bil-perjodu ta' referenza Diċembru 2018, separatament għal impriżi għal investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) IFs u IFs mhux UCITS għal kull subsettur IF skont in-natura ta' investiment. Għad-dejta dwar UCITS u IFs mhux UCITS, il-BĊNi jistgħu jirrappurtaw estimi fuq bażi tal-aħjar sforz fl-ewwel sena tar-rapportar tad-dejta, jiġifieri mill-perjodu ta' referenza Diċembru 2018 għall-perjodu ta' referenza Novembru 2019.”;

(b)

ir-raba' subparagrafu huwa ssostitwit b'li gej:

“Sa fejn id-dejta hija disponibbli, inkluż fuq bażi tal-aħjar stima, stokks ta' tmiem is-semestru u aġġustamenti tal-fluss trimestrali kif ukoll informazzjoni trimestrali dwar ħruġ/bejgħ ġdid u fidi ta' ishma/unitajiet ta' fond ta' investiment għandhom jiġu rrappurtati wkoll għas-subsettur ta' fondi ta' ekwità privata (inkluż fondi ta' kapital ta' riskju) bħala pożizzjoni “li minnhom” ta' “fondi totali”.”;

7.

Fl-Artikolu 20, jitħassar il-paragrafu 6;

8.

fl-Artikolu 20(7), l-ewwel inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Jekk il-BĊNi jikkumpilaw dejta dwar l-attiv u l-passiv ta' FVCs direttament minn FVCs, u fejn rilevanti, ibbażata skont dejta irrappurtata minn MFIs skont ir-Regolament (KE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33), u fejn il-BĊNi jagħtu derogi lil FVCs skont l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/40), il-BĊNi għandhom iżidu l-kopertura sa 100 % għall-FVCs kollha meta jikkumpilaw l-attiv u l-passiv trimestrali ta' data ta' FVCs rrapportata lill-BĊE għal ammonti dovuti, tranżazzjonijiet finanzjarji u tħassir/tnaqqis fil-valur.”;

9.

L-Artikolu 24 huwa mħassar;

10.

L-Artikolu 25 huwa mħassar;

11.

L-Annessi II, III, IV u l-Glossarju huma emendati skont l-Anness ta' din il-Linja Gwida;

12.

L-Annessi V u VI huma mħassra.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Magħmula fi Frankfurt am Main, l-1 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Linja Gwida BĊE/2014/15 tal-4 ta' April 2014 dwar statistika monetarja u finanzjarja (ĠU L 340, 26.11.2014, p. 1).

(2)  Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar statistika dwar l-attiv u l-passiv ta' fondi ta' investiment (BĊE/2013/38) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 73).


ANNESS

L-Annessi II, III u IV u l-Glossarju tal-Linja Gwida BĊE/2014/15 huma emendati kif ġej:

1.

L-Anness II huwa emendat kif gej:

(a)

Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

(i)

fil-Parti 1, l-ewwel sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

“Fir-rigward tad-dejta tal-karta tal-bilanċ għal istituzzjonijiet finanzjarji monetarji oħrajn (MFIs), il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE dejta dwar ammonti pendenti skont it-Tabelli 1 sa 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33), u aġġustamenti fil-fluss skont it-Tabelli 1 u 2 aktar 'l isfel.”;

(ii)

ir-raba' paragrafu huwa ssostitwit b'li gej:

“Fir-rigward tar-rekwiżiti li jikkonċernaw it-titolizzazzjonijiet ta' self u trasferimenti oħra ta' self, il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE dejta skont it-Tabelli 5a u 5b tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE fuq bażi ta' kull xahar, fejn tkun disponibbli, dejta għall-aġġustament ta' self lil unitajiet domestiċi mqassma skont l-iskop għal titolizzazzjonijiet u trasferimenti ta' self oħra li huma meħtieġa fuq bażi trimestrali mit-Tabella 5b tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). Barra minn hekk, il-BĊNi għandhom jirrapportaw id-dejta tal-aġġustamenti tal-fluss skont it-Tabelli 3a u 3b hawn taħt. Il-partiti addizzjonali dwar it-titolizzazzjoni tas-self u trasferimenti tas-self oħra għandhom jiġu rrapportati fit-Tabella 4, sa fejn din id-dejta ma tkunx meħtieġa taħt it-Tabelli 5a u 5b tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).”;

(iii)

jiżdied il-ħames paragrafu:

“Fir-rigward tar-rekwiżiti li jikkonċernaw l-aggregazzjoni nozzjonali ta' flus kontanti, sa fejn id-dejta hija disponibbli, il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE ammonti pendenti u aġġustamenti tal-fluss relatati mal-pożizzjonijiet grossi ta' depożiti u self f'aggregazzjonijiet nozzjonali ta' flus kontanti li huma inklużi fir-rekwiżiti tar-rapportar tad-dejta skont it-Tabelli 1 sa 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) skont it-Tabella 5 ta' hawn taħt. Id-depożiti ta' aggregazzjoni nozzjonali ta' flus kontanti għandhom jiġu rrapportati bħala pożizzjoni “li minnhom” ta' “depożiti ta' matul il-lejl”. Is-self nozzjonali ta' aggregazzjoni ta' flus kontanti għandu jiġi ttrattat, fejn applikabbli, bħala “self revolving u overdrafts” u “self b'maturità sa u inkluża sena”, u għandu jiġi rrappurtat bħala pożizzjoni “li minnhom” pożizzjoni ta' “self”. Self mhux kopert kuntrattwalment mill-arranġament tal-aggregazzjoni ta' flus kontanti imma li jingħata lill-parteċipanti tal-aggregazzjoni m'għandux ikun inkluż fir-rapportar tat-Tabella 5.”;

(iv)

It-Tabella 3a hija ssostitwita b'dan li ġej:

Tabella 3a

Titolizzazzjonijiet u trasferimenti oħra ta' self: partiti li għalihom huma meħtieġa aġġustamenti fil-flussi ta' kull xahar  (*1)

PARTITI TAL-KARTI TAL-BILANĊ

A.

Domestiċi

B.

Żona tal-euro minbarra domestiċi

Ċ.

Bqija tad-dinja

MFIs

 

Gvern ġenerali (S.13)

 

Setturi residenti oħra

MFIs

 

Gvern ġenerali (S.13)

 

Setturi residenti oħra

Total

Gvern ġen. ieħor (S.1312+S.1313+S.1314)

Total

Fondi ta' investiment mhux MMF (S.124)

Intermedjarji finanzjarji oħrajn + awżiljari finanzjarji + istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u dawk li jisilfu l-flus (S.125+S.126+S.127)

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

Fondi tal-pensjoni (S.129)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

 

Unitajiet domestiċi + istituzzjonijiet bla qligħ li jservu unitajiet domestiċi (S.14 + S.15)

Total

Gvern ġen. ieħor (S.1312+S.1313+S.1314)

Total

Fondi ta' investiment mhux MMF (S.124)

Intermedjarji finanzjarji oħrajn + awżiljari finanzjarji + istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u dawk li jisilfu l-flus (S.125+S.126+S.127)

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

Fondi tal-pensjoni (S.129)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

 

Unitajiet domestiċi + istituzzjonijiet bla qligħ li jservu unitajiet domestiċi (S.14 + S.15)

Total

Kreditu għall-konsum

Self għal xiri ta' dar

 

Self ieħor

Total

Kreditu għall-konsum

Self għal xiri ta' dar

 

Self ieħor

 

SP/P (2)

 

SP/P (2)

1. 1.

Ammonti pendenti ta' self titolizzat mhux dirikonoxxut

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.1.

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.1.1.

li minnhom titolizzati b'FVC taż-żona tal-euro

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.

Self titolizzat u dirikonoxxut li għalih l-IFM taġixxi bħala servicer  (1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.1

Ammonti dovuti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

BĊNi biex jirrapportaw, fejn disponibbli, aġġustamenti relatati mar-rekwiżiti trimestrali tat-Tabella 5 tal-Anness I tar-Regolament BĊE/2013/33 għall-aġġustament ta' self lil familji skont l-iskop fuq bażi mensili.

(v)

It-Tabella 4 hija ssostitwita b'dan li ġej:

Tabella 4

Titolizzazzjonijiet u trasferimenti oħrajn ta' self: self dirikonoxxut mill-karta tal-bilanċ ta' IFM

PARTITI TAL-KARTI TAL-BILANĊ

A.

Domestiċi

B.

Żona tal-euro minbarra domestiċi

Ċ.

Bqija tad-dinja

MFIs

Mhux MFIs

MFIs

Mhux MFIs

 

Gvern ġenerali (S.13)

 

Setturi residenti oħra

 

Gvern ġenerali (S.13)

 

Setturi residenti oħra

Total

Gvern ġenerali oħrajn (S.1312+S.1313+S.1314)

Total

Fondi ta' investiment mhux MMF (S.124)

Intermedjarji finanzjarji oħrajn + awżiljari finanzjarji + istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u dawk li jisilfu l-flus (S.125+S.126+S.127)

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

Fondi tal-pensjoni (S.129)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

Unitajiet domestiċi + istituzzjonijiet bla qligħ li jservu unitajiet domestiċi (S.14 + S.15)

Total

Gvern ġenerali oħrajn (S.1312+S.1313+S.1314)

Total

Fondi ta' investiment mhux MMF (S.124)

Intermedjarji finanzjarji oħrajn + awżiljari finanzjarji + istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u dawk li jisilfu l-flus (S.125+S.126+S.127)

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

Fondi tal-pensjoni (S.129)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

Unitajiet domestiċi + istituzzjonijiet bla qligħ li jservu unitajiet domestiċi (S.14 + S.15)

Kreditu għall-konsum

Self għal xiri ta' dar

 

Self ieħor

Kreditu għall-konsum

Self għal xiri ta' dar

 

Self ieħor

 

SP/P (4)

 

SP/P (4)

3.

Self dirikonoxxut minn IFM  (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.1

Ammonti dovuti

 

M

M

 

M

M

M

M

M

M

 

M

M

 

M

M

M

M

M

M

M

Skop tas-self

 

 

 

 

 

 

 

 

 

M / Q

M / Q

M / Q

M / Q

 

 

 

 

 

 

 

 

 

M / Q

M / Q

M / Q

M / Q

 

Sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

Q

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Q

 

 

 

 

 

iktar minn sena u sa 5 snin

 

 

 

 

 

 

 

 

Q

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Q

 

 

 

 

 

iktar minn 5 snin

 

 

 

 

 

 

 

 

Q

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Q

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.2

Tranżazzjonijiet finanzjarji, bl-esklużjoni tal-impatt ta' trasferimenti ta' self

 

M

M

 

M

M

M

M

M

M

 

M

M

 

M

M

M

M

M

M

M

Skop tas-self

 

 

 

 

 

 

 

 

 

M / Q

M / Q

M / Q

M / Q

 

 

 

 

 

 

 

 

 

M / Q

M / Q

M / Q

M / Q

 

Sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

Q

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Q

 

 

 

 

 

iktar minn sena u sa 5 snin

 

 

 

 

 

 

 

 

Q

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Q

 

 

 

 

 

iktar minn 5 snin

 

 

 

 

 

 

 

 

Q

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Q

 

 

 

 

 

M

Rekwiżiti ta' dejta ta' kull xahar.

Q

Rekwiżiti ta' dejta ta' kull xahar.

M / Q

Rekwiżiti tad-dejta għandhom jiġu pprovduti fuq bażi trimestrali, u/jew fuq bażi mensili meta tkun disponibbli.

(vi)

Tiżdied it-Tabella 5 li ġejja:

Tabella 5

Aggregazzjoni nozzjonali ta' flus kontanti: ammonti pendenti u aġġustamenti tal-fluss  (*2)

PARTITI TAL-KARTI TAL-BILANĊ

A.

Domestiċi

B.

Żona tal-euro minbarra domestiċi

Ċ.

Bqija tad-dinja

MFIs

 

Gvern ġenerali (S.13)

 

Setturi residenti oħra

MFIs

 

Gvern ġenerali (S.13)

 

Setturi residenti oħra

Total

Gvern ġen. ieħor (S.1312+S.1313+S.1314)

Total

Fondi ta' investiment mhux MMF (S.124)

Intermedjarji finanzjarji oħrajn + awżiljari finanzjarji + istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u dawk li jisilfu l-flus (S.125+S.126+S.127)

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

Fondi tal-pensjoni (S.129)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

Unitajiet domestiċi + istituzzjonijiet bla qligħ li jservu unitajiet domestiċi (S.14 + S.15)

Total

Gvern ġen. ieħor (S.1312+S.1313+S.1314)

Total

Fondi ta' investiment mhux MMF (S.124)

Intermedjarji finanzjarji oħrajn + awżiljari finanzjarji + istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u dawk li jisilfu l-flus (S.125+S.126+S.127)

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

Fondi tal-pensjoni (S.129)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

Unitajiet domestiċi + istituzzjonijiet bla qligħ li jservu unitajiet domestiċi (S.14 + S.15)

OBBLIGAZZJONIJIET

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9.1.

Depożiti matul il-lejl

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9.1e

euro

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom: Pożizzjonijiet ta' aggregazzjoni nozzjonali ta' flus kontanti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9.x

Valuti barranin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom: Pożizzjonijiet ta' aggregazzjoni nozzjonali ta' flus kontanti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ASSI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.

Self

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2e

Euro

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom: Pożizzjonijiet ta' aggregazzjoni nozzjonali ta' flus kontanti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2x

Valuti barranin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom: Pożizzjonijiet ta' aggregazzjoni nozzjonali ta' flus kontanti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(b)

fil-Parti 3, it-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu hija ssostitwita b'dan li gej:

“Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE dejta dwar ammonti pendenti skont l-iskema stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1074/2013 (BĊE/2013/39), u aġġustamenti fil-fluss skont it-Tabella 1 aktar 'l isfel.”;

(c)

Il-Parti 4 hija emendata kif ġej:

(i)

It-Tabella 1 hija ssostitwita b'dan li ġej:

Tabella 1  (*3)

Dejta tal-BĊE/BĊNi

 

Domestiċi

Żona tal-euro minbarra domestiċi

Bqija tad-dinja

Total

OBBLIGAZZJONIJIET

 

 

 

 

8.

Munita fiċ-ċirkolazzjoni

 

 

 

 

li minnhom: karti tal-flus

 

 

 

 

Karti tal-flus tal-euro

 

 

 

#

Karti tal-flus ta' denominazzjoni nazzjonali

 

 

 

#  (5)

li minnhom: muniti

 

 

 

 

Muniti ddenominati f'euro

 

 

 

#

Muniti f'denominazzjonijiet nazzjonali

 

 

 

#  (5)

11.

Titoli ta' dejn maħruġin  (6)

 

 

 

 

Sa sena

 

 

 

 

13.

Kapital u riżervi

 

 

 

 

li minnhom: kapital ta' ekwità miġbur

 

 

 

 

li minnhom: profitt jew telf akkumulat fil-perijodu ta' kontabilità

 

 

 

 

li minnhom: dħul u spejjeż rikonoxxuti direttament fl-ekwità;

 

 

 

 

li minnhom: fondi li jirriżultaw minn dħul mhux imqassam lill-azzjonisti;

 

 

 

 

li minnhom: provvedimenti

 

 

 

 

14.

Bqija tal-obbligazzjonijiet

 

 

 

 

li minnhom: dovuti fuq depożiti

 

 

 

li minnhom: partiti tranżitorji

 

 

 

li minnhom: partiti ta' sospensjoni

 

 

 

li minnhom: derivattivi finanzjarji

 

 

 

li minnhom obbligazzjonijiet intra-Eurosistema marbutin mal-allokazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro

 (7)

 

 

ASSI

 

 

 

 

7.

Bqija tal-assi

 

 

 

 

li minnhom: dovuti fuq self

 

 

 

li minnhom: partiti tranżitorji

 

 

 

li minnhom: kategoriji ta' sospensjoni

 

 

 

li minnhom: derivattivi finanzjarji

 

 

 

li minnhom: talbiet intra-Eurosistema marbutin mal-allokazzjoni tal-karti tal-flus tal- euro

 (7)

 

 

(ii)

It-Tabella 2 hija ssostitwita b'dan li ġej:

Tabella 2  (*4)

Dejta ta' MFIs oħrajn (ishma)

 

Domestiċi

Żona tal-euro minbarra domestiċi

Bqija tad-dinja

Total

OBBLIGAZZJONIJIET

 

 

 

 

9.

Depożiti

 

 

 

 

Obbligazzjoni tal-kontroparti għal self mhux mhux dekontabilizzat  (8)

 

11.

Titoli ta' dejn maħruġin  (9)

 

 

 

 

Sa sena

#

#

#

 

Euro

#

#

#

 

Valuti barranin

#

#

#

 

Aktar minn sena u sa sentejn

#

#

#

 

Euro

#

#

#

 

Valuti barranin

#

#

#

 

13.

Kapital u riżervi

 

 

 

 

li minnhom: kapital ta' ekwità miġbur

 

 

 

 

li minnhom: profitt jew telf akkumulat fil-perijodu ta' kontabilità

 

 

 

 

li minnhom: dħul u spejjeż rikonoxxuti direttament fl-ekwità;

 

 

 

 

li minnhom: fondi li jirriżultaw minn dħul mhux imqassam lill-azzjonisti;

 

 

 

 

li minnhom: provvedimenti

 

 

 

 

14.

Bqija tal-obbligazzjonijiet

 

 

 

 

li minnhom: dovuti fuq depożiti

 

 

 

li minnhom: partiti tranżitorji

 

 

 

li minnhom: kategoriji ta' sospensjoni

 

 

 

li minnhom: derivattivi finanzjarji

 

 

 

li minnhom: provvedimenti

 

 

 

 

ASSI

 

 

 

 

3.

Titoli ta' dejn miżmuma

 

 

 

 

li minnhom: titoli ta' dejn proprji miżmuma

 

 

 

 

4

Ekwità

 

 

 

 

li minnhom: ekwità proprija miżmuma

 

 

 

 

5

Ishma/unitajiet ta' fondi ta' investiment

 

 

 

 

li minnhom ishma/unitajiet MMF proprji miżmuma

 

 

 

 (10)

7.

Bqija tal-assi

 

 

 

 

li minnhom dovuti: fuq self

 

 

 

li minnhom: partiti tranżitorji

 

 

 

li minnhom: kategoriji ta' sospensjoni

 

 

 

li minnhom: derivattivi finanzjarji

 

 

 

(d)

Il-Parti 13 hija emendata kif ġej:

(i)

It-tabella 1 hija mħassra;

(ii)

Il-paragrafu 1 huwa mħassar;

(e)

fil-Parti 15a tal-ewwel paragrafu s-sentenza “b'mod partikolari, il-BĊNi huma mistennija li jirrapportaw serje anċillari fuq il-bażi tal-aħjar sforz għal ammonti li jaqbżu EUR 50 miljun, iżda biss meta s-serje anċillari jkunu akbar minn 1 % tal-ammonti pendenti tal-indikatur, jiġifieri limitu minimu = mass(EUR 50 miljun, 1 % tal-istokks).”

“b'mod partikolari, il-BĊNi għandhom jirrapportaw serje anċillari fuq il-bażi tal-aħjar sforz għal ammonti li jaqbżu EUR 50 miljun, imma biss meta s-serje anċillari jkunu akbar minn 1 % tal-ammonti pendenti tal-indikatur, jiġifieri limitu minimu = mass(EUR 50 miljun, 1 % tal-istokks).”;

(f)

fil-Parti 16, it-Taqsima 3 hija mħassra;

(g)

fil-Parti 18, it-Tabella 3 hija mħassra;

2.

L-Anness III huwa emendat kif gej:

(a)

Il-Parti 1 tinbidel b'dan li ġej:

“PARTI 1

Introduzzjoni

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu arranġamenti speċjali għall-iskambju tad-dejta mal-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ), il-BĊNi tal-pajjiżi li aderew u xi istituti tal-istatisitka nazzjonali tal-Unjoni (NSIs). L-iskambji tad-data jużaw messaġġi ta' pjattaforma standardizzata indipendenti (SDMX (*5)), inkluż dejta (valuri numeriċi) u/jew attributi (metadejta li tispjega d-dejta skambjata).

Biex jiġu skambjati messaġġi statistiċi, id-dejta għandha bżonn tiġi strutturata skont definizzjonijiet ta' struttura tad-dejta preċiżi (DSDs (*6)) li l-kunċetti statistiċi u l-listi ta' kodiċi mehmuża jippermettu li l-kontenut tagħhom jiġi deskritt adegwatament u bla ambigwità. Il-kollezzjoni ta' DSDs kunċetti u listi tal-kodiċi assoċjati jissejħu “definizzjonijiet strutturali”.

Id-definizzjonijiet strutturali tal-BĊE jipprovdu l-lista ta' DSDs, listi ta' kunċetti assoċjati u listi ta' kodiċi maħluqin mill-BĊE u użati fl-iskambji tad-data statistika ta' SDMX. Id-definizzjonijiet huma maħżuna fir-Reġistru tas-SEBĊ (*7) kif ukoll fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea CIRCABC (*8) u huma aċċessibbli mill-membri tal-Electronic Data Interchange (EDI) u l-Grupp ta' Interess Statistiku (inklużi l-membri tal-Grupp ta' Ħidma dwar Ġestjoni ta' Informazzjoni Statistika (WGSIM)). Kopja lokali tinħażen ġeneralment f'kull BĊN. Jekk dan ma jkunx il każ, il-qasam tan-negozju tal-BĊNi għandu jikkuntattja lill-membru WGSIM tagħhom.

Parti 2 telenka d-DSDs tal-BĊE u l-flussi ta' dejta/settijiet ta' dejta relatati li qed jintużaw mis-SEBĊ fil-kuntest tal-istatistika monetarja u finanzjarja. Għal aktar dettalji dwar id-DSDs inklużi d-dimensjonijiet speċifiċi tal-kodiċijiet tas-serje, il-format tagħhom u l-listi tal-kodiċi assoċjati, kif ukoll l-attributi li jiddeskrivu d-dejta, il-format u l-livell ta' rabta tagħhom, jekk jogħġbok irreferi għar-Reġistru tas-SEBĊ.

(*5)  Statistical Data and Metadata eXchange, via SDMX-EDI or SDMX-ML messages."

(*6)  Qabel magħrufa bħala fa milji ta' kodiċi"

(*7)  https://sreg.escb.eu/"

(*8)  www.circabc.europa.eu”;"

(b)

Il-Parti 2 tinbidel b'dan li ġej:

“PARTI 2

DSDs u flussi ta' dejta/settijiet tad-dejta

1.

Fil-messaġġi SDMX kunċetti statistiċi skambjati jistgħu jintużaw jew bħala dimensjonijiet (fil-kompożizzjoni tal-“kodiċijiet” li jidentifikaw is-serje tal-ħin) jew bħala attributi (li jipprovdu informazzjoni dwar id-dejta). Dimensjonijiet u attributi kkodifikati jieħdu l-valur tagħhom minn listi ta' kodiċi predefiniti. Id-DSDs jiddefinixxu l-istruttura tal-kodiċijiet tas-serje skambjati, f'termini ta' kunċetti u listi ta' kodiċi assoċjati. Barra minn dan, huma jiddefinixxu r-relazzjoni tagħhom bl-attributi rilevanti. L-istess struttura tista' tintuża għal diversi flussi ta' dejta, li huma ddifferenzjati bl-informazzjoni tal-fluss ta' dejta/tad-sett tad-dejta.

2.

Fil-kuntest ta' statistika monetarja u finanzjarja, il-BĊE ddefinixxa 12-il DSD użati bħalissa għall-iskambju tal-istatistika mas-SEBĊ u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn. Għall-maġġoranza ta' dawk id-DSDs, sett tad-dejta wieħed li juża dik l-istruttura jiġi skambjat u għaldaqstant l-identifikatur DSD u l-identifikatur tas-sett tad-dejta assoċjat (DSI) użat fil-messaġġi tad-dejta SDMX huma l-istess. Għal finijiet ta' trattament, tempestività u/jew responsabbiltà, żewġ settijiet tad-dejta ġew iddefiniti fil-kuntest ta' skambju bl-użu ta “ECB_BSI1”, “ECB_SSI1” u “ECB_ICPF1” DSDs, u huma distinti fil-livell ta' DSI. Il-karatterisitiċi tal-flussi tad-dejta li ġejjin huma fi produzzjoni:

partiti tal-karta tal-bilanċ (BSI), identifikatur DSD u DSI “ECB_BSI1”,

partiti tal-karta tal-bilanċ fil-kuntest tal-Blue Book (Ktieb Ikħal) (BSP), identifikatur DSD“ECB_BSI1” u DSI “ECB_BSP”,

identifikaturi finanzjarji strutturali bankarji (SSI), identifikatur DSD u DSI “ECB_SSI1”

identifikaturi finanzjarji strutturali bankarji fil-kuntest tal-Blue Book (Ktieb Ikħal) (SSP), identifikatur DSD “ECB_BSI1” u DSI “ECB_SSP”,

Rati ta' imgħax MFI (MIR), identifikatur DSD u DSI “ECB_MIR1”,

intermedjarji finanzjarji oħra (OFI), identifikatur DSD u DSI “ECB_OFI1”,

kwistjonijiet ta' titoli (SEC), identifikatur DSD u DSI “ECB_SEC1”,

sistemi ta' ħlas u saldu (PSS), identifikatur DSD u DSI “ECB_PSS1”,

fondi ta' investiment (IVF), identifikatur DSD u DSI “ECB_IVF1”,

korporazzjonijiet vetturi finanzjarji (FVC), identifikatur DSD u DSI “ECB_FVC1”,

dejta bankarja kkonsolidata (CBD2), identifikatur DSD u DSI “ECB_CBD2”,

statistika bankarja konsolidata internazzjonali (CBS), identifikatur DSD u DSI “BIS_CBS”,

assi u obbligazzjonijiet ta' korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (ICB), identifikatur DSD “ECB_ICPF1” u DSI “ECB_ICB”,

operazzjonijiet tal-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (primjums, pretenzjonijiet, kummissjonijiet) (ICO), identifikatur DSD u DSI “ECB_ICO1”,

assi u obbligazzjonijiet ta' fondi tal-pensjonijiet (PFB), identifikatur DSD “ECB_ICPF1” u DSI “ECB_PFB”.”;

(c)

Il-Partijiet 3 u 4 huma mħassra;

3.

fl-Anness IV, it-tieni sentenza tat-Taqsima 2 tal-Parti 3 hija ssostitwita b'dan li ġej:

“Il-BĊNi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti fuq il-bażi tad-dejta rrappurtata mill-MFIs.”;

4.

fil-Glossarju, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“Is-subpartiti kapital u riżervi huma kif ġej:

(a)

Kapital ta' ekwità miġbur jinkludi l-fondi kollha kkontribwiti mis-sidien, mill-kontribuzzjoni inizjali għal kwalunkwe ħruġ sussegwenti ta' forom ta' proprjetà u jirrifletti l-ammont sħiħ ta' kapital miġbur.

(b)

Il-profitt jew it-telf akkumulat fil-perjodu tal-kontabbilità jikkonsisti fil-profitti u t-telf kollha tal-perijodu tal-kontabbiltà kurrenti kif irreġistrat fid-dikjarazzjoni tal-profitt u t-telf li għadu ma ġiex trasferit għal qligħ miżmum.

(c)

Dħul u spejjeż rikonoxxuti direttament f'ekwità jinkludu l-kontraparti għar-rivalutazzjonijiet netti tal-assi u l-obbligazzjonijiet li huma rreġistrati direttament fl-ekwità u mhux fid-dikjarazzjoni tal-profitt u t-telf skont il-qafas tal-kontabbiltà.

(d)

Fondi li jirriżultaw minn dħul mhux imqassam lill-azzjonisti jinkludu riżervi u fondi oħra (eż. profitt jew telf miġjuba 'l quddiem wara tmiem il-perjodu ta' kontabbiltà u qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar id-distribuzzjoni ta' dividendi jew approprjazzjoni bħala riżervi) mhux imqassma lill-azzjonisti.

(e)

Dispożizzjonijiet speċifiċi u ġenerali kontra self, titoli u tipi oħra ta' attività. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu l-benefiċċji kollha għal indebolimenti u telf ta' self sal-punt li mhumiex innettjati mill-kategorija ta' assi li jirreferu għalihom fil-karta tal-bilanċ statistika.

Investimenti tat-titoli proprji mill-MFIs jinkludu titoli li nxtraw minn investitur ieħor inkwistjoni u mbagħad mixtrija mill-ġdid mill-emittent oriġinali, kif ukoll titoli effettivament maħruġa u miżmuma mid-detentur fil-ħruġ. Kull tip ta' investimenti miżmuma għandhom jinġabru, jiġifieri:

titoli ta' dejn proprji miżmuma;

ekwità proprja miżmuma;

ishma/unitajiet MMF proprji miżmuma.

Valur nett hija l-partita ta' bilanċ tal-karta tal-bilanċ (B.90) (ESA 2010, paragrafu 7.02). L-istokk tal-assi u l-obbligazzjonijiet irreġistrati fil-karta tal-bilanċ huma vvalutati bil-prezzijiet xierqa, li normalment huma l-prezzijiet tas-suq prevalenti fid-data li għaliha tirrelata l-karta tal-bilanċ. Fi skema tal-pensjoni ta' benefiċċju ddefinit, madankollu, il-livell tal-benefiċċji tal-pensjoni mwiegħda lil impjegati parteċipanti jiġi ddeterminat b'formola miftiehma minn qabel. Ir-responsabbiltà ta' skema ta' pensjoni ta' benefiċċju ddefinit hija ugwali għall-valur preżenti tal-benefiċċji mwiegħda, u għalhekk fi skema ta' pensjoni ta' benefiċċju ddefinita l-valur nett jista' jkun differenti minn żero. Fi skema b'kontribuzzjoni ddefinita, il-benefiċċji mħallsa jiddependu mir-rendiment tal-assi akkwistati mill-iskema tal-pensjoni. Il-passiv ta' skema b'kontribuzzjoni ddefinita hu l-valur tas-suq attwali tal-assi tal-fond. Il-valur nett tal-fond ikun dejjem żero.

Aggregazzjoni nozzjonali ta' flus kontanti hija definita, għall-finijiet ta' din il-Linja Gwida, bħala arranġament ta' ġbir ta' flus kontanti pprovdut minn MFI (jew MFIs) lil grupp ta' entitajiet (iktar 'il quddiem “parteċipanti fl-aggregazzjoni” fejn: (a) il-parteċipanti fl-aggregazzjoni jżommu kontijiet legali separati; (b) l-imgħax li għandu jitħallas jew jiġi rċevut mill-MFI huwa kkalkulat fuq il-bażi ta' pożizzjoni nozzjonali netta tal-kontijiet kollha fl-aggregazzjoni; u (c) il-parteċipanti tal-aggregazzjoni jistgħu jiġbdu overdrafts sostnuti minndepożiti ta' parteċipanti oħra tal-aggregazzjoni, mingħajr trasferiment ta' fondi bejn il-kontijiet.”.


(*1)  Aġġustamenti għal write-offs/write-downs japplikaw biss fir-rigward tal-Parti 2; l-aġġustamenti ta' riklassifikazzjoni japplikaw kullimkien.

(1)  Il-BĊNi jistgħu jestendu l-kopertura ta' din il-partita għal self li b'mod ieħor ikun ittrasferit u dirikonoxxut mill-karta tal-bilanċ tal-IFM li għalih l-IFM taġixxi bħala dak li jisservisjah, skont il-prattika applikata fit-Tabella 5 tal-Anness I tar-Regolament BĊE/2013/33.

(2)  Sjieda unika/sħubijiet mingħajr status legali.”

(3)  BĊNi jirrapportaw dejta disponibbli fuq self dirikonoxxuti minn IFM li mhumiex inklużi fid-dejta rrapportata tat-Tabella 5 tal-Anness I tar-Regolament BĊE/2013/33.

(4)  Sjieda unika/sħubijiet mingħajr status legali.”

(*2)  Aġġustamenti għal tħassir/tnaqqis ta' valur japplikaw biss fir-rigward ta' Self; l-aġġustamenti ta' riklassifikazzjoni japplikaw kullimkien.”

(*3)  L-istokks għandhom jiġu trażmessi lill-BĊE għaċ-ċelloli kollha; l-aġġustamenti ta' riklassifikazzjoni biss għaċ-ċelloli indikati b'#. Iċ-ċelloli mmarkati b'salib (†) jindikaw partiti fil-memorandum bi prijorità baxxa.

(5)  Karti tal-flus u muniti denominati fil-muniti nazzjonali ta' qabel li jibqgħu pendenti wara l-adozzjoni tal-euro. Id-dejta għandha tiġi rrappurtata għal tal-anqas 12-il xahar wara t-tkabbir.

(6)  Titoli ta' dejn maħruġin mill-BĊN għandhom jiġu rrapportati biss jekk il-fenomenu huwa applikabbli.

(7)  Il-pożizzjonijiet netti vis-à-vis l-Eurosistema oriġinali minn (a) distribuzzjoni tal-karti tal-flus tal-euro maħruġa mill-BĊE (8 % tal-emissjonijiet totali); u (b) l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu tal-ishma kapitali. Il-pożizzjoni ta' kreditu jew ta' debitu nett tal-BĊN individwali u l-BĊE għandha tiġi allokata fuq in-naħa tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet tal-karta tal-bilanċ skont is-sinjal; jiġifieri pożizzjoni nett pożittiva fil-konfront tal-Eurosistema għandha tkun irrapportata fuq in-naħa tal-assi, pożizzjoni netta negattiva fuq in-naħa tal-obbligazzjonijiet.”;

(*4)  L-istokks għandhom jiġu trażmessi lill-BĊE għaċ-ċelloli kollha; l-aġġustamenti ta' riklassifikazzjoni u rivalutazzjoni biss għaċ-ċelloli indikati b'#. Iċ-ċelloli mmarkati b'salib (†) jindikaw partiti fil-memorandum bi prijorità baxxa.

(8)  Dawn il-partiti jirrappreżentaw l-obbligazzjoni tal-kontroparti lejn self titolizzat iżda mhux dekontabilizzat mill-karta tal-bilanċ tal-MFI skont l-istandards ta' kontabilità applikabbli.

(9)  Bla ħsara għall-ftehim bejn il-BĊE u l-BĊN, ma huwiex meħtieġ li dan is-sett ta' informazzjoni jiġi rrapportat mill-BĊNi meta l-BĊE juża sorsi tad-dejta alternattivi.

(10)  Investiment ta' ishma/unitajiet MMF proprji għandhom jiġu rrapportati biss jekk il-fenomenu huwa applikabbli.”;


Fuq