EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32017D0037(01)
Decision (EU) 2017/2199 of the European Central Bank of 20 November 2017 amending Decision ECB/2014/40 on the implementation of the third covered bond purchase programme (ECB/2017/37)
Regolament (UE) 2017/2199 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/40 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (BĊE/2017/37)
Regolament (UE) 2017/2199 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/40 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (BĊE/2017/37)
ĠU L 312, 28.11.2017, p. 92–92
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 15/02/2020; Impliċitament imħassar minn 32020D0187
28.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 312/92 |
REGOLAMENT (UE) 2017/2199 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-20 ta' Novembru 2017
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/40 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (BĊE/2017/37)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u, b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12.1 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikolu 18.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2014/40 (1) stabbiliet t-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (iktar' il quddiem is-“CBPP3”). Flimkien mal-programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti b'assi, il-programm ta' xiri ta' assi mis-settur pubbliku u l-programm ta' xiri mis-settur korporattiv, is-CBPP3 huwa parti mill-programm ta' xiri ta' assi estiż (APP). L-għan tal-APP huwa li jkompli jtejjeb it-trasmissjoni tal-politika monetarja, sabiex jiffaċilita l-għoti ta' kreditu lill-ekonomija taż-żona tal-euro, iħaffef il-kundizzjonijiet għat-teħid ta' self minn unitajiet domestiċi u ditti u jikkontribwixxi sabiex ir-rati tal-inflazzjoni jinġiebu lura għal livelli li huma taħt iżda qrib għal 2 % fuq medda ta' żmien medju, b'mod konsistenti mal-objettiv primarju tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet. |
(2) |
Il-Kunsill Governattiv iddeċieda fl-4 ta' Ottubru 2017 li jirfina iktar ir-regoli applikabbli għall-eliġibbiltà għax-xiri taħt il-bonds iggarantiti CBPP3 li komunement jissejħu bħala bonds iggarantiti pass-through kundizzjonali, minħabba r-riskji ogħla potenzjali li għalihom tiġi esposta l-Eurosistema. |
(3) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2014/40 għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda
Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2014/40, għandu jiżdied il-punt 9 li ġej:
“9. |
Bonds koperti għandhom ikunu esklużi mix-xiri taħt is-CBPP3 fejn kemm: (a) għandhom struttura pass-through kundizzjonali, fejn avvenimenti predefiniti jwasslu għal estensjoni tal-maturità tal-bond u qlib għal struttura ta' ħlas li tiddependi primarjament fuq flussi ta' kontanti ġġenerati mill-assi fil-grupp ta' kopertura sottostanti; kif ukoll (b) jinħarġu minn entità bi klassifikazzjoni tal-aħjar l-ewwel emittent taħt CQS3.”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2018.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-20 ta' Novembru 2017.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Deċiżjoni BĊE/2014/40 tal-15 ta' Ottubru 2014 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (ĠU L 335, 22.11.2014, p. 22).