EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32017D0016

Deċiżjoni (UE) 2017/936 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2017 li tinnomina kapijiet ta' unità ta' xogħol biex jadottaw deċiżjonijiet dwar kompetenza u idoneità (BĊE/2017/16)

ĠU L 141, 1.6.2017, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 30/09/2020; Imħassar b' 32020D1331

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/936/oj

1.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/26


DEĊIŻJONI (UE) 2017/936 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-23 ta' Mejju 2017

li tinnomina kapijiet ta' unità ta' xogħol biex jadottaw deċiżjonijiet dwar kompetenza u idoneità (BĊE/2017/16)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u b'mod partikolari l-Artikolu 11.6 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2017/933 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Novembru 2016 dwar qafas ġenerali għad-delegazzjoni ta' setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet għal strumenti legali relatati ma' kompiti superviżorji (BĊE/2016/40) (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 4 u 5 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2017/935 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Novembru 2016 dwar id-delegazzjoni tas-setgħa li jiġu adottati deċiżjonijiet dwar kompetenza u idoneità u l-evalwazzjoni tar-rekwiżiti ta' kompetenza u adegwatezza (BĊE/2016/42) (2), u b'mod paritkolari l-Artikolu 2 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta' Frar 2004 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex jiġi kkunsidrat l-għadd konsiderevoli ta' deċiżjonijiet li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ikollu jadotta fit-twettiq tal-kompiti superviżorji tiegħu, ġiet stabbilita proċedura għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati speċifiċi.

(2)

Deċiżjoni ta' delega hija effettiva mal-adozzjoni ta' deċiżjoni mill-Bord Eżekuttiv li tinnomina kap jew kapijiet ta' unità biex jieħdu deċiżjonijiet fuq il-bażi ta' deċiżjoni ta' delega.

(3)

L-importanza tad-deċiżjoni ta' delega u n-numru ta' destinatarji li lilhom ikollhom jintbagħtu deċiżjonijiet ta' delega għandhom jiġu kkunsidrati mill-Bord Eżekuttiv meta jinnominaw kapijiet ta' unità ta' ħidma.

(4)

Il-Presidenza tal-Bord Superviżorju tkun ġiet ikkonsultata dwar il-kapijiet tal-unità ta' ħidma li lilhom għandha tiġi ddelegata s-setgħa li jadottaw deċiżjonijiet dwar kompetenza u idoneità,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Deċiżjonijiet iddelegati dwar kompetenza u idoneità

Deċiżjonijiet iddelegati skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2017/935 (BĊE/2016/42) għandhom jiġu adottati mill-Viċi Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għas-Superviżjoni Mikroprudenzjali IV li huwa responsabbli għal deċiżjonijiet dwar kompetenza u idoneità, jew jekk il-Viċi Direttur Ġenerali ma jkunx disponibbli mill-Kap tad-Diviżjoni tal-Awtorizzazzjoni, u wieħed mill-kapijiet ta' unità ta' ħidma li ġejjin:

(a)

id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għas-Superviżjoni Mikroprudenzjali I, jekk is-superviżjoni tal-entità jew grupp taħt superviżjoni relevanti titwettaq mid-Direttorat Ġenerali għas-Superviżjoni Mikroprudenzjali I;

(b)

id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għas-Superviżjoni Mikroprudenzjali II, jekk is-superviżjoni tal-entità jew grupp taħt superviżjoni relevanti titwettaq mid-Direttorat Ġenerali għas-Superviżjoni Mikroprudenzjali II; jew

(c)

jekk Direttur Ġenerali ma jkunx disponibbli, mill-Viċi Direttur Ġenerali tiegħu.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-23 ta' Mejju 2017.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Ara paġna 14 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Ara paġna 21 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33.


Fuq