EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32017D0005
Decision (EU) 2017/468 of the European Central Bank of 26 January 2017 amending Decision ECB/2010/10 on non-compliance with statistical reporting requirements (ECB/2017/5)
Deċiżjoni (UE) 2017/468 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/10 dwar nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti għar-rappurtar tal-istatistika (BĊE/2017/5)
Deċiżjoni (UE) 2017/468 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/10 dwar nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti għar-rappurtar tal-istatistika (BĊE/2017/5)
ĠU L 77, 22.3.2017, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 30/01/2023; Impliċitament imħassar minn 32022R1917
22.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 77/1 |
DEĊIŻJONI (UE) 2017/468 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-26 ta’ Jannar 2017
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/10 dwar nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti għar-rappurtar tal-istatistika (BĊE/2017/5)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 5.1 u 34.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta’ Novembru 1998, dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (2), u partikolarment l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2157/1999 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta’ Settembru 1999 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (BĊE/1999/4) (3),
Billi:
(1) |
Il-proċedura għal-ġbir tat-tagħrif fuq ksur u l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni BĊE/2010/10 (4) instabet li hija għodda effettiva fit-trattazzjoni ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tar-rapportar statistiku u għalhekk għandha tiġi estiża għall-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità li jistgħu jirriżultaw skont ir-Regolament (UE) Nru 1333/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/48) (5). |
(2) |
Għandu jiġi kkjarifikat l-obbligu tal-aġenti li jirrapportaw biex jirrispondu domandi mill-Bank Ċentrali Ewropew jew mill-bank ċentrali nazzjonali dwar każijiet possibbli ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tar-rapportar tagħhom. |
(3) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2010/10 għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
Id-Deċiżjoni BĊE/2010/10 hija emendata kif ġej:
1. |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
2. |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
3. |
fl-Artikolu 3(1), il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:
|
4. |
fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 huwa mibdul b’li ġej: “2. F’każ ta’ ksur marbut mat-tempenstività, is-serjetà tal-ksur għandha tiddependi fuq in-numru ta’ jiem ta’ xogħol jew sigħat ta’ dewmien fil-konfront tal-iskadenza tal-BĊN jew tal-iskadenza tal-BĊN.” |
5. |
l-Artikolu 4a li ġej huwa mdaħħal: “Artikolu 4a Risposti għad-domandi L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrispondu domandi li jirrigwardaw każijiet possibbli ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tar-rappurtar tal-istatistika fil-perijodu ta’ żmien li jistabbilixxi l-BĊE jew il-BĊN rilevanti.”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ April 2017. Għandha tapplika mill-perjodu ta’ referenza tal-31 ta’ Marzu 2017 għar-rekwiżiti tar-rappurtar ta’ kuljum, mill-perijodu ta’ referenza ta’ Marzu 2017 għal rekwiżiti ta’ rappurtar ta’ kull xahar u annwali, u mill-ewwel trimestru tal-2017 għar-rekwiżiti tar-rappurtar trimestrali.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-26 ta’ Jannar 2017.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 1, Vol. 3, p. 23.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 1, Vol. 3, p. 19.
(3) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 1, Vol. 3, p. 139.
(4) Deċiżjoni BĊE/2010/10 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Awwissu 2010 dwar nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti għar-rapportar tal-istatistika (ĠU L 226, 28.8.2010, p. 48).
(5) Regolament (UE) Nru 1333/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar l-istatistika tas-swieq monetarji (BĊE/2014/48) (ĠU L 359, 16.12.2012, p. 97).
(*1) Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).
(*2) Regolament (UE) Nru 1333/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar l-istatistika tas-swieq monetarji (BĊE/2014/48) (ĠU L 359, 16.12.2012, p. 97).”;
(*3) Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2013 dwar statistika fuq rati ta’ imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/34) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 51).”;