EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52014HB0058

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 16 ta’ Diċembru 2014 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Lietuvos bankas (BĊE/2014/58)

ĠU C 465, 24.12.2014, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 465/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-16 ta’ Diċembru 2014

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Lietuvos bankas

(BĊE/2014/58)

(2014/C 465/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/509/UE (1) il-Litwanja tissodisfa l-kundizzjonijiet neċessarji għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga favur il-Litwanja msemmija fl-Artikolu 4 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 (2) hija rrevokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2015.

(3)

Skont l-Artikolu 50 tal-Liġi dwar il-Lietuvos bankas, mill-1 ta’ Jannar 2015 id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tal-Lietuvos bankas għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill.

(4)

Lietuvos bankas għażel lil UAB “PricewaterhouseCoopers” bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2015 sa 2017,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi UAB “PricewaterhouseCoopers” għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni ta’ Lietuvos bankas għas-snin finanzjarji 2015 sa 2017.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-16 ta’ Diċembru 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/509/UE tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-adozzjoni tal-euro mil-Litwanja fl-1 ta’ Jannar 2015 (ĠU L 228, 31.7.2014, p. 29).

(2)  ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.


Fuq