EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32015D0037
Decision (EU) 2015/2202 of the European Central Bank of 19 November 2015 amending Decision ECB/2010/23 on the allocation of monetary income of the national central banks of Member States whose currency is the euro (ECB/2015/37)
Deċiżjoni (UE) 2015/2202 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Novembru 2015 li temenda d-Deċìżjoni BĊE/2010/23 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2015/37)
Deċiżjoni (UE) 2015/2202 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Novembru 2015 li temenda d-Deċìżjoni BĊE/2010/23 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2015/37)
ĠU L 313, 28.11.2015, p. 42–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 30/12/2016; Imħassar b' 32016D0036(01)
28.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/42 |
DEĊIŻJONI (UE) 2015/2202 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-19 ta' Novembru 2015
li temenda d-Deċìżjoni BĊE/2010/23 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2015/37)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2010/23 (1) tistabbilixxi mekkaniżmu għall-ġbir u l-allokazzjoni tad-dħul monetarju li jinkiseb minn operazzjoni tal-politika monetarja. |
(2) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/10) (2) tistabbilixxi programm ta' xiri ta' assi tas-settur pubbliku (il-“PSPP”) għall-għanijiet tal-politika monetarja. |
(3) |
Bħal xiri taħt id-Deċiżjoni BĊE/2009/16 (3) u d-Deċiżjoni BĊE/2011/17 (4), bonds tal-gvern u bonds maħruġin minn aġenziji mixtrija skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/774 (ECB/2015/10) għandhom jitqiesu li jiġġeneraw dħul bir-rata ta' referenza ddefinita fid-Deċiżjoni BĊE/2010/23. |
(4) |
Dħul miksub mis-self ta' strumenti ta' dejn negozjabbli taħt programmi ta' xiri ta' titoli relatati mal-politika monetarja m'għandux jitqies bħala dħul monetarju, billi b'mod ġenerali dawn l-operazzjonijiet mhumiex irreġistrati fil-kotba tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem il-“BĊNi”). |
(5) |
Dħul nett miksub minn ftehim ta' swap tal-Eurosistema ma' banek ċentrali tal-Eurosistema għandu jinqasam fost il-BĊNi bħala dħul monetarju. |
(6) |
Għaldaqstant għandha tiġi aġġustata l-kompożizzjoni tal-bażi tal-passiv u assi assenjabbli kif jidher fl-Annessi I u II tad-Deċiżjoni BĊE/2010/23, |
(7) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2010/23 għandha tiġi emendata f'dan is-sens, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
Id-Deċizjoni BĊE/2010/23 hija emendata kif ġej:
1. |
L-Artikolu 3(1) huwa ssostitwit b'dan li ġej: “1. L-ammont ta' dħul monetarju ta' kull BĊN għandu jkun iddeterminat billi jitkejjel id-dħul attwali li jirriżulta mill-assi assenjabbli rreġistrati fil-kotba tiegħu. Bħala eċċezzjonijiet għal dan:
(*) Deċiżjoni BĊE/2009/16 tat-2 ta' Lulju 2009 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (covered bond) (ĠU L 175, 4.7.2009, p. 18)." (**) Deċiżjoni BĊE/2011/17 tat-3 ta' Novembru 2011 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (ĠU L 297, 16.11.2011, p. 70)." (***) Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Marzu 2015 dwar programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji mis-settur pubbliku (BĊE/2015/10)(ĠU L 121, 14.5.2015, p. 20).”;" |
2. |
fil-paragrafu 1 qed jiżdied il-punt 8 li ġej:
|
3. |
fil-paragrafu A tal-Anness II, qed jiżdied il-punt 10 li ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2015.
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-19 ta' Novembru 2015.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Deċiżjoni BĊE/2010/23 tal-25 ta' Novembru 2010 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 17).
(2) Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Marzu 2015 dwar programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji mis-settur pubbliku (BĊE/2015/10) (ĠU L 121, 14.5.2015, p. 20).
(3) Deċiżjoni BĊE/2009/16 tat-2 ta' Lulju 2009 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (covered bond) (ĠU L 175, 4.7.2009, p. 18).
(4) Deċiżjoni BĊE/2011/17 tat-3 ta' Novembru 2011 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (ĠU L 297, 16.11.2011, p. 70).