EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52009HB0026

Rakkomandazzjoni tal-bank ċentrali ewropew tal- 14 ta’ Diċembru 2009 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Central Bank and Financial Services Authority of Ireland (BĊE/2009/26)

ĠU C 308, 18.12.2009, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 308/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-14 ta’ Diċembru 2009

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Central Bank and Financial Services Authority of Ireland

(BĊE/2009/26)

2009/C 308/01

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 27.1,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni li għandha bħalissa s-Central Bank and Financial Services Authority of Ireland intemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2008. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni għas-sena finanzjarja 2009;

(3)

Is-Central Bank and Financial Services Authority of Ireland għażlet lil Deloitte & Touche bħala l- awdituri esterni għas-snin finanzjarji 2009 sal-2011,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi Deloitte & Touche jinħatru bħala l-awdituri esterni tas-Central Bank and Financial Services Authority of Ireland għas-snin finanzjarji 2009 sal-2011.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-14 ta’ Diċembru 2009.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


Fuq