Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52011AB0077

    Opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 6 ta’ Ottubru 2011 dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (CON/2011/77)

    ĠU C 301, 12.10.2011, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.10.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 301/2


    OPINJONI TAL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tas-6 ta’ Ottubru 2011

    dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

    (CON/2011/77)

    2011/C 301/03

    Introduzzjoni u bażi legali

    Fl-4 ta’ Ottubru 2011, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-President tal-Kunsill Ewropew għal opinjoni dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ Ottubru 2011 (1) dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew.

    Il-kompetenza tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    Osservazzjonijiet ġenerali

    1.

    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li ġiet ippreżentata lill-Kunsill Ewropew, u li fuqha qed jiġu kkonsultati l-Parlament Ewropew u l-Kunsill Governattiv tal-BĊE, tirrakkomanda illi Jörg Asmussen jinħatar bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għal mandat ta’ tmien snin.

    2.

    Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE huwa tal-opinjoni li l-kandidat propost huwa persuna ta’ awtorità u ta’ esperjenza professjonali rikonoxxuta fi kwistjonijiet monetarji jew bankarji kif mitlub mill-Artikolu 283(2) tat-Trattat.

    3.

    Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE m’għandu l-ebda oġġezzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex jaħtar lil Jörg Asmussen bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.

    Magħmul fi Frankfurt am Main, is-6 ta’ Ottubru 2011.

    Il-President tal-BĊE

    Jean-Claude TRICHET


    (1)  Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


    Fuq